AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Mejju 2018

Posted by on May 19, 2018 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Mejju 2018

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-6.15pm, se jsir talb bir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija f’The Gardens.

 

  1. Preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina:
    1. Nhar it-Tlieta fil-5.15pm se jsir l-Ewwel Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali u fl-istess ħin ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.
    2. Nhar is-Sibt se jsir Irtir ta’ riflessjoni għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina mid-9.30am sal-11.00am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

 

  1. Ċelebrazzjoni Marjana: Nhar il-Ħamis fil-5.15pm it-tfal kollha tal-katekiżmu, flimkien mal-ġenituri, jiltaqgħu fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali għall-inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ Sidtna Marija mit-tfal.  Din l-attivita’ tagħlaq is-sena tal-Kateketika.

 

  1. Pellegrinaġġ Marjan: Nhar Il-Ġimgħa fis-7.30pm il-Leġjun ta’ Marija ser torganiżża Pellegrinaġġ Marjan mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja tal-Kunċizzjoni.  Kulħadd hu mistieden.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal. Waqt din il-quddiesa jsir talb speċjali għat-tfal kollha li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fl-ewwel Sibt ta’ Ġunju.

 

  1. Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd ukoll fl-10.30am se ssir il-Laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-sitt xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana.  Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2012, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Jum Nazzjonali ta’ Talb u sawm: Il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju 2018 se jiġi organizzat Jum Nazzjonali ta’ Talb u sawm favur il-ħajja għall-protezjoni tat-tarbija fil-ġuf. Kull persuna u għaqda flimkien mal-membri tagħhom huma mħeġġin biex jipparteċipaw bil-mod tagħhom f’din l-inizjattiva.

 

  1. Ġabra Speċjali: Il-weekend li ġej il-gabra fil-quddies kollu se tkun għall-proġett tat-tibjid li se jibda ġewwa l-Knisja Parrokkjali fil-jiem li ġejjin. Nappellaw għall-ġenerosita’ tagħkom biex ikun jista’ jseħħ dan il-proġett tant meħtieġ li fl-aħħar mill-aħħar se jkun proġett li jgawdi minnu kulħadd.

Ikkummenta