AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ Ġunju 2018

Posted by on June 2, 2018 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ Ġunju 2018

 

  1. Kunċizzjoni: Nixtiequ navżaw li mhux se jkun hawn quddiesa tal-5.30pm nhar ta’ Sibt matul Ġunju kollu.

 

  1. Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja ta’ Lapsi u Adorazzjoni oħra wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, ser ikun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2012, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Ġurnata għal Sqallija: L-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi qed torganizza ġurnata għal Sqallija nhar is-Sibt, 23 ta’ Ġunju. Posters u programm sħiħ minn fuq in-noticeboards ta’ ħdejn il-bibien tal-knisja. Min jixtieq jirriżerva post għandu jkellem lil Niki Papagiorcopulo jew iċempel l-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Mejju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Emmanuel Zammit, Beatrice Vassallo, Mary Sciberras, Julian Dalli, Mary Carmela Gray-Bannerman, Elias Caruana u Patrick Vella.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Ikkummenta