AVVIŻI – NOTICES -PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 t’Awwissu 2018

Posted by on August 4, 2018 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI – NOTICES -PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 t’Awwissu 2018

 

  • Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.
  • Divine Mercy Adoration: On Friday from 3.00pm to 4.00pm a Divine Mercy Adoration will be held at Lapsi Church. Everyone is welcome to attend.

 

  • Festa ta’ S. Klara: Nhar is-Sibt, is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ Santa Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.
  • Feast of St Clare: On Friday the Poor Clares invite us to celebrate the Feast of St Clare with them in their monastery in St Julians. A mass will be held at 6.30pm.

 

  • Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 7.00pm mass in the Parish Church.

 

  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.
  • Collection of food items: The Diaconia Commission is currently collecting food items for needy families in our Parish. All food items are to be placed in the baskets in the Parish Church, Lapsi Church and Kuncizzjoni Chapel. We thank you in advance for your help.

 

  • Ġabra speċjali: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tavża wkoll li għal dan iż-żmien hekk sabiħ u għażiż, kulħadd ikun jista’ jgawdi minn ikla bnina u sustanzjuż Għaldaqstant qed nirrikorru għall-ġenerożita’ tagħkom biex tgħinuna finanzjarjament biex dan ikun possibli. Kontribuzzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-għajnuna li dejjem tajtuna.
  • Special collection: The Diaconia Commission also appeals for your generosity during this special time of St Julian’s feast where all families can enjoy a good meal. Therefore a special appeal will be made for your generous help in order that it can feed the needy families within the Parish.  Any donation can be made at the Parish Office.  Thank you in advance for your kind help.

 

  • Anniversarju 50 sena: Kull min iżżewweġ jew tgħammed f’din il-Knisja Parrokkjali 50 sena ilu hu mistieden biex ikellimna minħabba attivita’ li se norganiżżaw fil-ġimgħa tal-Festa.
  • 50th Anniversary: All those who were married or were baptised in the Parish Church 50 years ago are invited to contact us regarding an activity being organised during the week of the Feast.

 

  • Inawgurazzjoni tal-Vara Titulari ta’ San Giljan: Nhar it-13 t’Awwissu se ssir l-Inawgurazzjoni tal-Vara ta’ San Ġiljan fil-Knisja ta’ Lapsi. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tas-7pm se ssir Lapsi li tkun animata mis-St Julian’s Choral Group.  Wara l-quddiesa jkun hemm diskorsi dwar ir-restawr, preżentazzjoni u inawgurazzjoni tal-Vara.
  • Inauguration of the Titular Statue of St Julian: The Inauguration will be held at Lapsi Church on Monday 13th August.  Animated mass will be said at 7.00pm and followed by speeches regarding its restoration, a presentation and inauguration of the Statue.  No evening mass will be held at the Parish Church on the day.

 

  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Lulju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Carmel Borg, Maria Tabone, Imelda Giacchino u Norman Pace Axiak.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Carmel Borg, Maria Tabone, Imelda Giacchino and Norman Pace Axiak who entered eternal life during the month of July. Eternal rest grant unto them O Lord …

Ikkummenta