AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 1 – 2 ta’ Diċembru 2018

Posted by on December 1, 2018 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN  1	– 2 ta’ Diċembru 2018
  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni. Fil-kappella tal-Kunċizzjoni jkun hemm velja ta’ talb quddiem Ġesu Sagramentat mid-9pm ‘l quddiem.

 

  1. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar is-Sibt niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni tkun fit-8.30am. Il-quddies kollu tas-Sibt ikun tas-Solennita’ tal-Kunċizzjoni.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Bejgħ ta’ Ponsjetti u affarijiet tal-Milied: Il-weekend li ġej se jkun hawn ponsjetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.

 

  1. Kalendarju: Min jixtieq kalendarju tal-Parroċċa għas-sena d-dieħla, jista’ jiġbor wieħed minn fejn il-bieb tal-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Irtir: Il-Ħamis 13 ta’ Diċembru, festa nazzjonali, se jkun hawn nofstanhar irtir għall-Avvent fil-monasteru tal-Klarissi mid-9.30am sas-1.00pm. Se jmexxi l-irtir Fr Martin Micallef OFMCap u l-programm se jinkludi quddiesa. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Christmas Dinner. Qed norganizzaw Christmas Dinner nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru fit-8pm f’Gululu Restaurant b’risq il-parroċċa. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mill-Book Centre.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu wkoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Talb għall-mejtin: Fix-xahar ta’ Novembru għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Arthur Bonnici u John Grima. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Ikkummenta