FUNZJONIJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2019

Posted by on April 7, 2019 in Featured Article, Kummissjoni Liturgija | 0 comments

FUNZJONIJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2019

PROGRAMM

TAL-FUNZJONIJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2019

Parroċċa San Ġiljan

 

L-Erbgħa

10 t’April 2019

Servizz ta’Qrar

Quddiesa fis-7.00pm fil-knisja parrokjali u servizz ta’Qrar u Adorazzjioni fis-silenzju sal-10:00pm

Il-Ġimgħa

12 t’April 2019

Marija Addolorata

3:00pm Adorazzjoni  tal-Ħniena Divina fil-knisja parrokjali.

4:30pm Siegħa mad-Duluri fil-knisja l-antika Ta’Lapsi

5:30pm Quddiesa fil-knisja Ta’Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni

6:30pm Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Addolorata mill-knisja Parrokkjali.  Quddiesa eżatt wara l-pellegrinaġġ.

Il-Ħadd

14 t’April 2019

Ħadd il-Palm

Ninġabru fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali qabel il-quddiesa tad-09:30am fejn isir it-tberik taż-żebbuġ, purċissjoni qasira u bidu tal-Quddiesa tad-09:30am bis-sehem tal-familji u tfal.

It-Tnejn

15 t’April 2019

Via Sagra Meditata

Quddiesa fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali u wara tibda’ l-Via Sagra meditata.

Il-Ħamis

18 t’April 2019

Ħamis ix-Xirka

5:30pm Quddiesa fil-knisja Ta’Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni

7:00pm Tifkira Solenni tat-Twaqqif tal-Ewkaristija u ħasil tar-riġlejn.

Wara jibdew il-viżti.

Fl-10:30pm tibda’ siegħa adorazzjoni.

Il-Ġimgħa

19 t’April 2019

Il-Ġimgħa l-Kbira

Il-knisja parrokkjali tiftaħ fit-tmienja.

3:00pm Azzjoni Liturġika tal-Passjoni tal-Mulej

Is-Sibt

20 t’April 2019

Sibt il-Għid

8:00pm Vġili Solenni u sahra tal-Għid il-Kbir.

Il-Ħadd

21 t’April 2019

Għid il-Kbir

9:30am Quddiesa u wara tberik u tqassim tal-figolli.

10:30am Tibda d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Banda Spinola minn ħdejn il-knisja parrokkjali.

 

Ikkummenta