Qed Joqrob fi Tmiemu !

Posted by on May 26, 2019 in Featured Article | 0 comments

Qed Joqrob fi Tmiemu !

Wasal fi tmiemu x-xogħol kbir li sar fuq il-faċċata tal-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan.   Kif tħabbar dal-għodu mill-kappillan Dun Claude Portelli, fil-jiem li ġejjin ser jasal fi tmiemu ix-xogħol kbir li sar fuq barra tal-knisja parrokjali.

Il-kappillan irringrazzja lil kulħadd tal-paċenzja waqt li kien qed isir ix-xogħol u appella biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu biex il-knisja, kemm barra u anke ġewwa tibqa tinżamm fi stat tajjeb u nadif.

B’hekk matul l-aħħar sena, il-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan ħadet dehra ferm isbaħ u aktar friska kemm minn ġewwa u anke minn barra.

Grazzi kbira tmur għall-kappillan li permezz ta’ħidma bla waqfien ser jara proġett ieħor isir realta’.  Grazzi kappillan.

 

Ikkummenta