AVVIŻI – PARISH NOTICES ST JULIAN’S PARISH 1st to 2nd June 2019

Posted by on June 1, 2019 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI – PARISH NOTICES ST JULIAN’S PARISH 1st to 2nd June 2019

 

  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Fil-kappella tal-Kunċizzjoni jkun hemm velja ta’ talb quddiem Ġesu Sagramentat mid-9pm ‘l quddiem.
  • First Friday: At 7.00pm there will be Mass followed by an adoration at the Parish Church. A prayer vigil will be held at Kuncizzjoni in front of the Blessed Sacrament from 9pm onwards.
  • Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser ikun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 7.00pm mass in the Parish Church.
  • Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2013, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali sas-6 ta’ Ġunju. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).
  • Catechism applications: Those who wish to apply for the Holy Communion class for next year, that is those children born in 2013, can collect their application from the Parish Office until 6th June. (Those children who have already attended this year do not need to reapply as they automatically go to the next class.)
  • Kors ta’ Kana:  Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda l-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
  • Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September.  Those interested may apply at the Parish Office during office hours.
  • Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Mejju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Monica Bonett, Alfred Mizzi, Edwin Ebejer, Vincenzo Sultana u Emilia Borg.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Monica Bonett, Alfred Mizzi, Edwin Ebejer, Vincenzo Sultana and Emilia Borg who entered eternal life during the month of May. Eternal rest give unto them O Lord …

Ikkummenta