AVVIŻI – PARISH NOTICES

Posted by on August 10, 2019 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI – PARISH NOTICES

 

  • Festa ta’ Santa Marija: Nhar il-Ħamis niċċelebraw is-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema – Festa Kmandata.  Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am u 7.00pm.  Lejliet il-Festa, l-Erbgħa filgħaxija, il-quddiesa tas-7.00pm tkun il-Vġili ta’ din is-Solennita’ u tgħodd għall-obbligu tal-quddies ta’ din il-Festa.
  • Feast of St Mary: On Thursday we celebrate the feast of the Assumption of Our Lady and is a day of obligation. Mass times will be as follows: 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am and 7.00pm.  On Wednesday, the 7.00pm Mass is a Vigil Mass of this Solemnity and satisfies the obligation to attend Mass for this Feast.
  • Festa ta’ San Ġiljan:
  • Nhar is-Sibt, nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġimgħa tal-Festa. Fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola.  Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali.  Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja.
  • On Saturday, we commence celebrations with a Mass in Spinola Bay at 7.45pm. There will not be a Mass in the Parish Church at the same time. A Lejla Maltija will be held in Spinola Bay after the Mass.
  • Nhar il-Ħadd, fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għalqu 10, 25 jew 50 sena miżżewġin.
  • On Sunday there will be a Mass for families of the Parish. Those couples who were recently married, or married in the parish 10, 25 or 50 years ago are especially welcome.
  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.
  • Collection of food items: The Diaconia Commission is currently collecting food items for needy families in our Parish. All food items are to be placed in the baskets in the Parish Church, Lapsi Church and Kuncizzjoni Chapel. We thank you in advance for your help.
  • Ikla għall-festa: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tavża wkoll li għal dan iż-żmien hekk sabiħ u għażiż, kulħadd ikun jista’ jgawdi minn ikla. Għaldaqstant qed nirrikorru għall-ġenerożita’ tagħkom biex tgħinuna finanzjarjament biex dan ikun possibli. Kontribuzzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-għajnuna li dejjem tajtuna.
  • Cooked meal: The Diaconia Commission also appeals for your generosity during this special time of St Julian’s feast where all families can enjoy a good meal. Therefore a special appeal will be made for your generous help in order that it can feed the needy families within the Parish.  Any donation can be made at the Parish Office.  Thank you in advance for your kind help.
  • Jum l-Anzjani – quddiesa fil-ġimgħa tal-Festa: Dawk l-anzjani li għandhom bżonn it-trasport għall-quddiesa li ser issir nhar it-Tlieta 20 t’Awwissu fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, mitluba jċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex jinfurmawna minn qabel.
  • Mass for the Elderly: Transport is available for the Mass for the Elderly being held on Tuesday 20th August at 6.30pm at Lapsi Church.  One can book transport by calling the parish office.
  • Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
  • Cana Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September.  Those interested may apply at the Parish Office during office hours.

Ikkummenta