AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 t’Awwissu 2019

Posted by on August 3, 2019 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 3 – 4 t’Awwissu 2019

 

  • Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  • Festa ta’ S. Klara: Nhar il-Ħadd is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ Santa Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.

 

  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali, il-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni.

 

  • Ikla għall-festa: Il-Kummissjoni Djakonija tixtieq tavża wkoll li għal dan iż-żmien hekk sabiħ u għażiż, kulħadd ikun jista’ jgawdi minn ikla bnina u sustanzjuż Għaldaqstant qed nirrikorru għall-ġenerożita’ tagħkom biex tgħinuna finanzjarjament biex dan ikun possibli. Kontribuzzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-għajnuna li dejjem tajtuna.

 

  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Lulju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Zak Mifsud, Alexander Grech, Jane Caruana u Jason Mallia.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Ikkummenta