Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier

Posted by on August 17, 2019 in Featured Article, Festa | 0 comments

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier

Is-Sibt, 17 t’Awwissu

Jum it-Tħabbira tal-Festa

7.45PM Quddiesa f’Xatt is-Sajjieda, Bajja Spinola mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli.

Wara l-quddiesa jkun hemm Lejla Maltija fl-istess post bis-sehem tal-Banda San Ġiljan.

Ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali.

 

Il-Ħadd, 18 t’Awwissu

Jum il-Familja

7.00PM Fil-Knisja Parrokkjali, quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mir-Rev.du Dun Marco Portelli, saċerdot mill-parroċċa u direttur spiritwali tal-GianFranġisk Abela Junior College tal-Università ta’ Malta.

Mistiedna jattendu koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum u koppji li għalqu xi anniversarju taż-żwieġ.

 

It-Tnejn, 19 t’Awwissu

Jum id-Dilettanti tal-Festa

Ħruġ tal-Vara min-Niċċa

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

 

7.00PM Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli, u animata mis-St. Julian’s Choral Group, immexxi mis-Sur Pio Dalli. Mistiedna speċjali membri tal-għaqdiet li jorganizzaw jew jieħdu sehem attiv fil-festa ta’ San Ġiljan, dilettanti tal-festa u persuni li jisimhom għal qaddis patrun tagħna San Ġiljan.

 

Wara l-quddiesa, il-vara titulari ta’ San Ġiljan tinħareġ min-niċċa tagħha u titwassal fuq fuq iz-zuntier tal-knisja, fejn tiġi milqugħa mill-Banda San Ġiljan li tatiha tislima permezz tad-daqq tal-innu popolari u marċi oħra.

 

It-Tlieta, 20 t’Awwissu

Jum l-Anzjani u l-Morda

6.30PM Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), quddiesa għall-anzjani u l-morda organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-griżma tal-morda. Il-quddiesa tkun immexxija mir-Rev.du Dun Ryan Lee Pace, Viċi-Parroku tal-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Stella Maris, Tas-Sliema, u animata mis-St Julian’s Choral Group.

 

Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.

 

Fis-7.00pm ikun hemm xorta waħda quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

 

L-Erbgħa, 21 t’Awwissu

L-Ewwel Jum tat-Tridu

Jum it-Tfal u l-Adolexxenti

7.00PM Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-adolexxenti kollha tal-parroċċa mir-Rev.du Dun Jean Gove’, saċerdot novell. Il-quddiesa tkun animata mill-Folk Group.

 

Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal u l-adolexxenti bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq il-Karmnu, Triq Sant’Anġlu, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. X’ħin il-vara tasal quddiem il-knisja l-antika tkun milqugħa bil-briju organizzat mit-tfal għat-tfal.

 

Il-Ħamis, 22 t’Awwissu

It-Tieni Jum tat-Tridu

Jum l-Għaqdiet

 

7.00PM Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa b’ringrazzjament għad-don tas-saċerdozju  mir-Rev.du Dun Aayrton-Ray Muscat, saċerdot novell li huwa assenjat fil-parroċċa tagħna. Għal din il-quddiesa, li qed tiġi organizzata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali, huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa tkun animata mis-St Julian’s Choral Group, taħt it-tmexxija tas-Sur Pio Dalli.

 

F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja b’risq il-proġetti ta’ karità tal-Parroċċa.

 

Il-Ġimgħa, 23 t’Awwissu  

It-Tielet Jum tat-Tridu

 

6.00PM Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), quddiesa letta mir-Rev.du Dun Peter Ellul, saċerdot novell. Wara l-quddiesa, il-W.R. Kan. Dr Joseph Zammit, Kanonku tal-Kolleġġjata u Bażilika ta’ San Ġorġ Martri tal-Belt Victoria, Għawdex, jinseġ prietka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan.

Hekk kif tintemm il-prietka, tingħad il-kurunella, isir il-kant tal-Innu tal-Istrofi Nomine Insignem u l-Antifona Beate Juliane (1847). Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Il-liturġija ser tiġi ppreseduta minn Dun Peter Ellul. Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi taħt it-tmexxija ta’ Mons. Ġwann Galea. Tiġi esegwita mużika mill-Cappella Nani.

Wara jkun hemm riċeviment żgħir fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.

 

Preżentazzjoni tat-Trabi lil San Ġiljan

7.00PM Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mir-Rev.du Dun Paul Mizzi, Viċi-Parroku, u animata mis-St Julian’s Choral Group.  Fi tmiem il-quddiesa, issir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan u tingħata tifkira.

 

Is-Sibt, 24 t’Awwissu

Lejliet il-Festa

5.00PM Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) mill-W.R. Kan. Dr Nicholas J. Doublet, Kanċillier tar-Reverendissimu Kapitlu tal-Perinsinji Kolleġġjata ta’ Sant’Elena, Birkirkara.

6.00PM Translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) sal-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-W.R. Monsinjur Paul C. Vella, Prepostu Arċipriet tal-Perinsinji Kolleġġjata u Bażilika ta’ Sant’Elena Imperatriċi, Birkirkara.

Wara t-Translazzjoni il-W.R. Prepostu Arċipriet Monsinjur Paul C. Vella jiċċelebra quddiesa solenni fil-Knisja Parrokkjali, bis-sehem l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai.

Illum ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm.

 

Il-Ħadd, 25 t’Awwissu

Jum il-Festa

Il-ħin tal-quddies ikun hekk: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (solenni), 11.30am (minflok tal-12.15pm).

9.30AM Fil-Knisja Parrokkjali, quddiesa solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju ta’ Malta u Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi, flimkien mal-kleru tal-parroċċa. Il-paniġierku jiġi minsuġ mill-W.R. Kan. David Cilia. Il-quddiesa tkun animata mill-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai.

6.00PM Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali qabel il-ħruġ tal-purċissjoni.

7.00PM Ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Ġiljan, immexxija minn Fr Franco Grech OSA. Jingħata salut mill-kaċċaturi miġbura fuq il-bejt tal-knisja. L-Għaqda Mużikali San Gabrijel ta’ Ħal Balzan tilqa’ l-purċissjoni fuq iz-zuntier tal-knisja bid-daqq tal-innu popolari u wara takkumpanjaha matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Lapsi, Sant’Anġlu, Telgħet Birkirkara, il-Kbira u Ġorġ Borg Olivier.

8.00PM Marċ mis-Soċjeta’ Filarmonika GM Fra. Antoine de Paule Banda Kristu Re, mistiedna tal-Banda San Ġiljan.  Il-Banda San Ġiljan tagħti bidu għall-marċ li jitlaq mill-Każin tal-Banda għal Triq Ġorġ Borġ Olivier sa tarf ta’ Triq il-Kbira fejn tilqa’ l-Istatwa Artistika ta’ San Ġiljan u takkumpanjaha fil-purċissjoni sad-dħul fil-Knisja.

10.15PM Il-Ġiljaniżi jkunu jistgħu jerfgħu l-vara ta’ San Ġiljan tul Triq Wied Għomor sal-pont tal-Knisja.

11.00PM Dħul tal-purċissjoni fil-Knisja, milqugħa bil-kant tal-antifona Beate Juliane ta’ Dr Paolo Nani mill-Amadeus Chamber Choir. Wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-Innu ta’ San Ġiljan.

Ikkummenta