AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ Novembru 2019

Posted by on November 2, 2019 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ Novembru 2019
  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar il-Ħamis fis-7.00pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Il-laqgħa ser issir fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Quddiesa għall-mejtin tagħna: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali, ikun hawn quddiesa għal dawk li mietu matul din is-sena fil-Parroċċa tagħna.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Laqgħa: Se ssir laqgħa għall-parruċċani kollha nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru fis-7.15pm fis-sala tal-konferenzi.  Kull min għandu għal qalbu l-parroċċa hu mħeġġeġ jattendi biex flimkien niddiskutu u nisimgħu proposti għall-Pjan Pastorali għal dawn l-erbgħa snin li ġejjin.

 

  1. Ġabra għall-Missjoni: Il-ġabra li saret għall-Missjoni kienet ta’ €2,800.  Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.

 

  1. Ġabra għall-Hospice: Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se ssir ġabra b’risq il-Hospice wara kull quddiesa.

 

  1. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ottubru għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Ives Debarro, Margaret Bedford Calleja, Carmen Scerri u Joseph Zammit. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Ikkummenta