AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 ta’ Diċembru 2019

Posted by on December 7, 2019 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 ta’ Diċembru 2019
  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala tal-Konferenzi mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Irtir: Il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru, festa nazzjonali, se jkun hawn nofstanhar irtir għall-Avvent fil-monasteru tal-Klarissi mid-9.30am sas-1.00pm u tinkludi quddiesa. Iktar dettalji u għall-bookings wieħed jista’ jċempel lill-uffiċċju parrokkjali.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina ser jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għalihom.

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ikla għall-Milied: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi ser issir ikla għall-Milied nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru għall-membri tal-Grupp Ħbiberija. Kull min jixtieq aktar dettalji jew min jixtieq jibbukkja, għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu wkoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Bejgħ ta’ Ponsjetti u affarijiet tal-Milied: Il-weekend li ġej se jkun hawn ponsjetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.

 

  1. Donazzjonijiet għall-Albanija: Caritas Malta qiegħda tappella għal kontribuzzjoni ta’ flus biex jiġu megħjuna ħutna li tilfu lil nieshom u djarhom kawża tat-terremot fl-Albanija. Hemm urġenza kbira għall-għajnuna.  Il-Caritas waqqfet fond għal dan il-għan.  Iktar dettalji minn fuq il-website tal-Caritas.

 

  1. Trasport għall-għotja tad-demm: Il-Kunsill se jorganiżża trasport għal dawk li jixtiequ jagħtu d-demm fi żmien il-Milied. Dan ser isir nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru fl-10.30am.  Kull min jixtieq, jista’ jċempel lill-Kunsill.

Ikkummenta