AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 27 – 28 ta’ Ġunju 2020

Posted by on June 27, 2020 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 27 – 28 ta’ Ġunju 2020

 

  1. Solennita’ ta’ S. Pietru u S. Pawl: Nhar it-Tnejn, Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl, hija festa pubblika. Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal bħal ta’ fost il-ġimgħa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jieħu sehem fil-quddiesa f’din is-Solennita’.

 

  1. Ordinazzjoni Presbiterali: Nhar it-Tnejn ukoll se ssir l-ordinazzjoni ta’ 10 djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Parroċċa Kristu Re, Paola fis-6.30pm. Din l-ordinazzjoni ser tixxandar fuq TVM2.  Inzommuhom fit-talb tagħna.

 

  1. Anniversarju tal-Ordinazzjoni: Din il-ġimgħa għandhom ukoll l-anniversarju tal-ordinazzjoni tagħhom Fr Paul, Fr Stefan u Fr Marco. Nawgurawlhom għall-ħidma tagħhom u nitolbu għalihom.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ħadd il-knisja ta’ Lapsi se tkun miftuħa għall-quddies tad-9.00am.  Sakemm ma navżawkomx mod ieħor, il-quddies tal-Ħadd biss se jsir għalissa.  30 ruħ biss jistgħu joqogħdu fil-Knisja.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali permess ta’ appuntament billi wieħed iċempel l-Uffiċċju jew permezz ta’ email.

 

  1. Ġabra: Matul il-weekend li ġej, se ssir ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

Ikkummenta