AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Settembru 2020

Posted by on September 5, 2020 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Settembru 2020

 

Festa Nazzjonali: Nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru, hi l-Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija – Festa Nazzjonali. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ fost il-ġimgħa.

National Feast: Tuesday 8th September, the feast of the Birth of the Virgin Mary, is a national feast. Mass times will be the same as weekdays.

Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 7.00pm mass in the Parish Church.

Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 20 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkjaw.

Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 20th September at 10.30am for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course. Bookings are to be made at the Parish Office.

Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September.  Those interested may apply at the Parish Office during office hours.

Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Awwissu għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Jesmond Cutajar, Austin Grixti, Tanya Wismayer, David Borg, Giuseppe Farrugia, Paul Tonna, Henry Hunt u Rita Toledo. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Prayers for our faithful departed: We pray for Jesmond Cutajar, Austin Grixti, Tanya Wismayer, David Borg, Giuseppe Farrugia, Paul Tonna, Henry Hunt and Rita Toledo who entered eternal life during the month of August. Eternal rest give unto them O Lord …

Ikkummenta