Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

Qari I Inqiegħed ruħi fikom u terġgħu tieħdu l-ħajja. Eżek 37, 12-14 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel Hekk qal Sidi l-Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom, poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Iżrael. Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, poplu tiegħi. U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja. Inqegħedkom f’artkom u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel”. Oraklu tal-Mulej. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4c-6.7-8 R/. (7): Għand il-Mulej hemm it-tjieba Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: isma’, Sidi, il-leħen tiegħi! Ħa jkunu widnejk miftuħa, jiena u nitolbok bil-ħniena. R/. Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, Sidi, min jista’ jżomm sħiħ? Imma għandek hemm il-maħfra, biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek. R/. Jien lill-Mulej nistenna, ruħi f’kelmtu tittama. Tistenna ruħi lil Sidi, aktar milli l-għassiesa s-sebħ. R/. Jistenna Iżrael lill-Mulej! Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, u l-fidwa għandu bil-kotra. Hu li jifdi lil Iżrael minn ħtijietu kollha. R/.   Qari II L-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom. Rum 8, 8-11 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Ħuti, dawk li jgħixu skond il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla. Issa intom ma intomx taħt il-ħakma tal-ġisem, imma tal-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom. Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu. Jekk Kristu jgħammar fikom, għalkemm il-ġisem hu mejjet minħabba fid-dnub, imma l-Ispirtu hu ħajjitkom minħabba l-ġustizzja. Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Ġw 11, 25a.26 R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu! Jien hu l-qawmien u l-ħajja, jgħid il-Mulej; kull min jemmen fija, dan ma jmut qatt. R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!   Evanġelju Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Ġw 11, 1-45 Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, 1kien hemm wieħed marid, Lażżru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b’xuxitha; u Lażżru, il-marid, kien ħuha. Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid”. Meta sama’ l-aħbar Ġesù qal: “Din m’hijiex marda tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta’ Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta’ Alla”. Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lażżru. Meta sama’ li dan marad, baqa’ jumejn oħra fejn kien, u mbagħad qal lid-dixxipli: “Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija”. Qalulu d-dixxipli: “Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa’ sejjer hemm?”. Weġibhom Ġesù: “Mhux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi binhar, ma...

Read More

Marzu – Ikomplu l-Family Visits

Marzu – Ikomplu l-Family Visits

Ikomplu l-Family Visits Data Triq 05-Mar Triq Wied Ghomor Triq Patrick Brydone 06-Mar Triq Lapsi minn Triq San Mark sa Telgħet B’Kara (iż-żewġ naħat)   12-Mar Triq Claire E Engel (in-naħa ta’ San Ġiljan) Triq J Buontempo 13-Mar Triq Claire E Engel (in-naħa ta’ San Gwann) 20-Mar Triq il-Karmnu 26-Mar Triq Sant’Anglu Triq Sant’Elija 27-Mar Triq Lapsi (Lapsi Court sa Triq San Mark – in-naħa tax-xellug) 02-Apr Triq Lapsi (mill-Uffiċċju Parrokkjali sa Triq San Mark – in-naħa...

Read More

It-Tieni Ħadd tar-Randan

It-Tieni Ħadd tar-Randan

Qari I Is-sejħa ta’ Abram, missier il-poplu ta’ Alla. Ġen 12, 1-4a Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Abram: “Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik. U jien nagħmlek ġens kbir, inbierkek u nkabbarlek ismek, u int tkun barka. Jien inbierek lil min ibierkek, u nisħet lil min jisħtek. U jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art”. U telaq Abram kif kien qallu l-Mulej. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22 R/. (22): Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna Sewwa hi l-kelma tal-Mulej, kollox bil-fedeltà huwa għamel. Hu jħobb id-dritt u s-sewwa; bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. R/. Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu, fuq dawk li jittamaw fit-tjieba tiegħu, biex jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom, u jaħjihom fi żmien il-ġuħ. R/. Ruħna tixxennaq għall-Mulej, hu l-għajnuna u t-tarka tagħna. Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna, kif fik hi t-tama tagħna. R/. Qari II Alla jsejħilna u jdawwalna. 2 Tim 1, 8b-10 Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju Għażiż, aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju, u afda fil-qawwa ta’ Alla, li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa, mhux għax qies l-għemejjel tagħna, imma skond il-pjan tiegħu stess u skond il-grazzja tiegħu. Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù, imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù li qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju ara Mk 9, 7 R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu! Fi sħaba kollha dawl, leħen il-Missier instema’: “Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu”. R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu! Evanġelju Wiċċu sar jiddi bħax-xemx. Mt 17, 1-9 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija”. Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu”. Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża’. Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: “Qumu. La tibżgħux”. Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu. Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: “Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet”. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek...

Read More

Nibdew żmien ir-Randan Imqaddes

Nibdew żmien ir-Randan Imqaddes

Nhar il-Erbgħa 26 ta’ Frar 2020, nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes.  F’dan il-jum hemm l-obbligu tas-sawm u astinenza.  Obbligati għas-sawm dawk bejn 18-59 sena waqt li għall-astinenza dawn kollha minn 14-il sena l-fuq. Fil-quddies kollu jsir it-tiswib tal-irmied fuq rasna b’sinjal ta’ ndiema u penitenza.  Kulħadd huwa mitlub li jħares dan il-jum b’quddiesa, Qrara u Tqarbina. Indem u emmen…Trab kont u trab terġa ssir. Is-Sawm u l-Penitenza ma rridux inħarsu lejhom biss bħala forom ta’ ċaħda iżda bħala gwadann fil-ħajja tagħna kollha kemm hi; bħala mezz kif nerġgħu inqumu b’enerġija ġdida li nagħmlu t-tajjeb għalina nfusna u l-ġid lil ta’ madwarna, ġid li kultant nitilfu minħabba r-rutina u l-għaġġla tal-ħajja li lkoll ngħixu. Is-Sawm u l-Penitenza huma mezzi li Alla joffrilna biex mill-ġdid inħarsu lejn il-mera tiegħu u nagħrfu mill-ġdid is-sbuħija tagħna bħala persuni u bħala komunità, mhux kif naraw lilna nfusna aħna jew skont il-mudelli li timponi fuqna ċertu tip ta’ kultura, iżda kif jarana Alla nnifsu li jħobbna bi mħabba bla qjies. Il-Liturġija matul ir-Randan: Żmien ir-Randan huwa żmien liturġiku qawwi. Jibda nhar l-Erbgħa ta’ l-Irmied (Ras ir-Randan) bis-sejħa: “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba!” Fih 5 iĦdud. Nhar Ħadd il-Palm tibda l-Ġimgħa Mqaddsa. Ħamis ix-Xirka filgħaxija jibda t-Tridu Mqaddes ta’ l-Għid li jwassal għall-“Festa tal-festi kollha”. “Il-Misteru tal-Qawmien mill-imwiet, li fih Kristu ħassar il-mewt, jimla ż-żmien il-qadim tagħna bil-qawwa setgħana tiegħu, sakemm iġib kollox taħtu”. Katekiżmu tal-Knisja Kattolika,1169 Ir-Randan hu żmien penitenzjali, u allura l-liturġija tgħinna nidħlu f’dan l-ispirtu…billi m’hemmx fjuri fuq l-artal orgni jindaqq baxx vjola: sinjal ta’ penitenza Ejja ma nitilfux l-opportunita’ li jtina dan...

Read More

Ejjew nilqgħu b’qalb kbira lill-Papa Franġisku – Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Ejjew nilqgħu b’qalb kbira lill-Papa Franġisku – Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Għeżież, Huwa b’ferħ kbir li lqajna l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur Malta fil-31 ta’ Mejju 2020, nhar Għid il-Ħamsin. Meta f’Jannar li għadda kien qed jagħmel ir-riflessjoni tiegħu fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli, li titkellem fuq kif l-Appostlu Missierna San Pawl wasal Malta fin-nawfraġju, il-Papa kellu kummenti sbieħ ħafna fuq il-Maltin li laqgħu lil Pawlu u lin-nies tal-ġifen. Hu qal: “Il-Maltin huma twajba, huma ġentili, huma akkoljenti, diġà sa minn dak iż-żmien.” Sejħilna “poplu hekk qalbu tajba”.[1] Hu reġa’ kkummenta fuq din is-silta meta għamel ir-riflessjoni waqt il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda bejn l-Insara. Il-Papa qal: “meta rifsu Malta, daqu l-ospitalità tan-nies tal-gżira, il-ħlewwa u l-umanità tagħhom.”[2] Bi ħlewwa liema bħalha B’rabta ma’ din is-silta li tant laqtet lill-Papa Franġisku, it-tema magħżula għal din iż-żjara tiegħu fostna hi: “ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2). Iż-żjara tas-suċċessur ta’ Pietru fil-gżira ta’ Pawlu għandha tgħinna biex dak li l-Kelma ta’ Alla tgħid fuqna l-Maltin ikompli jkun ta’ ispirazzjoni kontinwa f’ħajjitna. Il-Papa Franġisku għamel din ir-riflessjoni fuq kif Pawlu u n-nies tal-ġifen intlaqgħu mill-Maltin: “F’kuntrast mal-vjolenza qalila tal-baħar f’tempesta, jirċievu x-xhieda tal-‘ħlewwa liema bħalha’ tan-nies tal-gżira. Dawn in-nies, li għalihom kienu barranin, jidhru attenti għall-ħtiġijiet tagħhom. Iqabbdulhom in-nar biex jisħnu, joffrulhom kenn mix-xita u l-ikel x’jieklu. Imqar jekk għadhom ma rċivewx l-Aħbar it-Tajba ta’ Kristu, juruhom l-imħabba ta’ Alla f’għemejjel konkreti ta’ ħlewwa. Fil-fatt, l-ospitalità spontanja u l-ġesti ta’ għożża jwasslu xi ħaġa mill-imħabba ta’ Alla. U l-ospitalità tal-Maltin titħallas lura bil-mirakli ta’ fejqan li Alla jwettaq permezz ta’ Pawlu fuq il-gżira. Għalhekk, jekk in-nies ta’ Malta għall-Appostlu kienu sinjal tal-Providenza ta’ Alla, huwa wkoll kien xhud tal-imħabba ħanina ta’ Alla għalihom.”[3] Illum, kważi elfejn sena wara din il-ġrajja, irridu nirringrazzjaw lil Alla għall-imħabba tiegħu għalina sa mill-ewwel snin tax-xandir tal-Evanġelju u tul l-istorja tagħna. Irridu nuru wkoll l-apprezzament tagħna lill-Papa Franġisku, u nilqgħuh u niftħu qalbna għalih biex jgħinna nagħrfu xi tfisser li ngħixu “bi ħlewwa liema bħalha” quddiem l-isfidi ta’ żmienna. Il-Papa Franġisku ġej fostna biex bil-preżenza tiegħu u bil-kelma tiegħu jħeġġiġna f’dan. Fiż-żjara qasira, imma mimlija tifsira li se jagħmel Malta, se jkollu l-okkażjoni li jiċċelebra u jitlob mal-Maltin u mal-Għawdxin u jurina kif, ippurifikati mill-Ispirtu ta’ Alla li jnaddafna minn ħtijietna, nistgħu ngħixu f’rikonċiljazzjoni vera ma’ xulxin u nittrattaw lil xulxin b’dinjità u “bi ħlewwa liema bħalha”. Kull ħajja umana hi prezzjuża Hija wkoll ix-xewqa speċifika tal-Papa li jiltaqa’ mal-migranti waqt din iż-żjara, bħalma għamel f’postijiet oħra fil-Mediterran. Dan kien il-kliem tiegħu hu u jirrifletti fuq is-silta tan-nawfraġju ta’ Pawlu: “Illum, il-baħar li fuqu nnawfragaw Pawlu u sħabu għadu post perikoluż għall-ħajja ta’ baħħara oħra. Fid-dinja kollha għandna migranti rġiel u nisa li qed jaffrontaw vjaġġi riskjużi biex jaħarbu mill-vjolenza, biex jaħarbu mill-gwerra, biex jaħarbu...

Read More