Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

 Qari I Inti tagħti lill-midinbin żmien għall-indiema. Għerf 12, 13.16-19 Qari mill-Ktieb tal-Għerf M’hemmx Alla ieħor ħliefek, li jieħu ħsieb kollox biex ikollok turih li ma qtajtx il-ħaqq ħażin. Għax is-setgħa tiegħek hi l-għajn tal-ġustizzja, u, għax int Sid ta’ kollox, lil kulħadd tagħder. Int turi saħħtek ma’ min ma jemminx fil-kobor ta’ setegħtek: u trażżan ’il dawk li, għalkemm jafuha, iqumu kontriha. Għax sid il-qawwa, int tagħmel il-ħaqq bil-ħniena; lilna tmexxina bi tjieba kbira. Għalkemm għandek is-setgħa, issibha wkoll meta tridha. B’dan l-għemil int għallimt lill-poplu tiegħek, li l-ġust għandu jkun twajjeb. Din hi t-tama sabiħa li inti tajt lil uliedek, li inti tagħti żmien għall-indiema ta’ dnubiethom.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Salm Responsorjali Salm 85 (86), 5-6.9-10.15-16a R/. (5a): Mulej, inti twajjeb u taħfer Int, Sidi, twajjeb u taħfer, kollok tjieba għal kull min isejjaħlek. Agħti widen, Mulej, għat-talba tiegħi, isma’ l-leħen tal-ilfiq tiegħi. R/. Il-ġnus kollha, li għamilt, jiġu jinxteħtu quddiemek, u jsebbħu ismek, Sidi. Għax kbir int, u għemejjel tal-għaġeb tagħmel; int waħdek Alla! R/. Int, Alla Sidi, ħanin u twajjeb, iddum biex tagħdab, kollok tjieba u fedeltà. Ħares lejja u ħenn għalija, agħti qawwa lill-qaddej tiegħek. R/.   Qari II L-Ispirtu stess jidħol għalina. Rum 8, 26-27 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Ħuti, l-Ispirtu, min-naħa tiegħu, jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna. Għax aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem; u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi x-xewqa tal-Ispirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skond ma jrid Alla. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju ara Mt 11, 25 Hallelujah. R/. Hallelujah Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-saltna wrejthom liċ-ċkejknin. R/. Hallelujah   Evanġelju Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien. Mt 13, 24-43 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: “Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?”. Iżda hu qalilhom: “Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi”. “Tridx immorru niġbruha?”, qalulu l-qaddejja. “Le, qalilhom, għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll. Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi””. Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta...

Read More

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Lulju 2020

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Lulju 2020

  Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina: L-Ewwel Tqarbina se tiġi ċċelebrata fil-Parroċċa fil-weekend li ġej. Iċ-ċelebrazzonijiet se jsiru ġewwa l-Knisja Parrokkjali nhar s-Sibt fl-10.30am u l-Ħadd minflok il-quddiesa tad-9.30am. Għalhekk nhar is-Sibt, il-quddiesa tad-9.00am se ssir fit-8.30am. Il-Ħadd, il-quddiesa tad-9.30am se tkun rizervata biss għall-familjari ta’ dawk li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu l-koperazzjoni tagħkom biex tipparteċipaw f’quddies ieħor li għandna fil-Parroċċa. Infakkru lill-ġenituri tat-tfal se jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni li se jsiru laqgħat għalihom u għat-tfal nhar it-Tnejn u t-Tlieta filgħaxija, skont id-data tal-Preċett.   Celebration of the First Holy Communion: The First Holy Communion will be celebrated next weekend in our Parish. The celebrations will be held in the Parish Church on Saturday at 10.30am and Sunday instead of 9.30am mass. For this reason, the 9.00am mass on Saturday will be held at 8.30am. On Sunday, the 9.30am mass will be reserved only for the family members of the children receiving their First Holy Communion. We kindly ask you for your cooperation to participate in other masses in the Parish. May we also remind the parents and the children taking part in the celebration that there are going to be two meetings on Monday and Tuesday evening, depending on the date of their celebration. Ringrazzjament: Nixtieq nirringrazzjakom tal-ġabra speċjali li saret il-ġimgħa l-oħra għall-bżonnijiet tal-parroċċa fejn ġbarna €2,000.  Grazzi tal-ġenerożita’ tagħkom. Appreciation: We would like to thank you for the special collection held during last weekend’s masses, where we collected €2,000.  Thank you so much for your...

Read More

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Lulju 2020

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 4 – 5 ta’ Lulju 2020

  L-Ewwel Tqarbina: L-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa din is-sena minħabba ċ-ċirkostanzi prezenti, se ssir is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju filgħodu. First Holy Communion: Due to the current circumstances, the First Holy Communion in the Parish is going to be celebrated on Saturday 18th and Sunday 19th July. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-aħħar ta’ Settembru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali permess ta’ appuntament billi wieħed iċempel l-Uffiċċju jew permezz ta’ email. Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Course. In our Parish, the course is held on Sunday morning and starts on the last Sunday in September.  Those interested may call the Parish Office for an appointment or even send an email. Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ġunju għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Evelina Satariano, John Micallef, Nazzareno Dalli, Maria Calleja u Antoinette Spiteri. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem… Prayers for our faithful departed: We pray for : Evelina Satariano, John Micallef, Nazzareno Dalli, Maria Calleja and Antoinette Spiteri who entered eternal life during June. Eternal rest grant unto them O Lord … Avviż dwar il-maskri: Skont id-direttivi aġġornati, għalkemm il-maskri m’humhiex obbligatorji, huwa xorta rrikmandat li jintlibsu fil-knisja. Notice regarding face masks: According to the updated health directives, although masks are no longer obligatory, it is highly recommended that one wears them in church. Ġabra: Matul dan il-weekend, qed ssir ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa. Collection: A special collection is being made this weekend in aid of the...

Read More

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek ġust u rebbieħ. Żakk 9, 9-10 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija Dan jgħid il-Mulej: “Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon, għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm! Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek; ġust u rebbieħ, umli u riekeb fuq ħmar, fuq felu ta’ ħmara. Hu jeqred il-karru minn Efrajm u ż-żiemel minn Ġerusalemm; jinqered il-qaws tal-gwerra. Hu jxandar il-paċi lill-ġnus, il-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar, u mix-xmara tal-Ewfrat sat-trufijiet”.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 144 (145), 1-2.8-9.10-11.13cd-14 R/. (1): Mulej, inbierek ismek għal dejjem Ħa nkabbrek, Alla tiegħi, sultan, u nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem. Kuljum irrid inbierkek, u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem. R/. Twajjeb u ħanin il-Mulej, idum biex jagħdab u kollu tjieba. Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej, tjubitu fuq kull ma għamel. R/. Kull ma għamilt iroddlok ħajr, Mulej; iberkuk il-ħbieb tiegħek kollha. Is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru, fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu. R/. Ta’ kelmtu l-Mulej fil-wegħdiet tiegħu kollha, twajjeb f’dak kollu li għamel. Iwieżen il-Mulej lil kull min se jaqa’, iqajjem lil kull min hu mitluq. R/. Qari II Jekk tmewtu bl-Ispirtu l-għemil tal-ġisem, tgħixu. Rum 8, 9.11-13 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Ħuti, intom ma intomx taħt il-ħakma tal-ġisem, imma tal-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom. Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu. Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom. Hekk mela, ħuti, aħna m’aħniex midjunin mal-ġisem biex ngħixu skond il-ġisem. Għax jekk tgħixu skond il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu l-għemil tal-ġisem bl-Ispirtu, tgħixu. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Mt 11, 25 Hallelujah. R/. Hallelujah Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-Saltna wrejthom liċ-ċkejknin. R/. Hallelujah Evanġelju Jien ta’ qalb ħelwa u umli. Mt 11, 25-30 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu. Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek...

Read More

San Pietru u San Pawl, Appostli Solennità

San Pietru u San Pawl, Appostli  Solennità

29 ta’ Ġunju San Pietru u San Pawl, Appostli Solennità Qari I Atti 12:1-11 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli Għall-ħabta ta’ dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf. Imbagħad, billi ra li din il-ħaġa għoġbot lil-Lhud, qatagħha li jaqbad ’il Pietru wkoll. Dan kien f’jiem l-Ażżmi. Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, qiegħed għassa miegħu erba’ għaqdiet ta’ suldati ta’ erbgħa kull waħda, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu. Pietru, mela, kien arrestat fil-ħabs, bil-għassa miegħu. Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħda titlob ’l Alla għalih bil-ħeġġa. Fil-lejl stess ta’ qabel ma Erodi kellu joħroġ ’il Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b’żewġ ktajjen, waqt li xi għassiesa kienu għassa mal-bieb tal-ħabs. F’daqqa waħda ġie hemm anġlu tal-Mulej, u dawl idda mal-kamra. L-anġlu ta lil Pietru daqqa fuq ġenbu, qajmu u qallu: “Qum malajr.” Il-ktajjen waqgħu minn ma’ idejh. Imbagħad l-anġlu qallu: “Dawwar il-mantar miegħek u imxi warajja.” Pietru ħareġ u mexa warajh, bla ma ntebah li dak li kien qiegħed jiġri permezz tal-anġlu kien tassew; ħaseb li kienet xi ħolma. Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni waħda wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid li kien jagħti għall-belt; u dan infetah waħdu. Ħarġu, u mxew tul it-triq. F’daqqa waħda l-anġlu telaq minn ħdejh. Imbagħad Pietru ġie f’tiegħu, u qal: “Issa qiegħed ninduna, tabilħaqq, li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qegħdin jistennew li jsir.”  Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla. Salm Responsorjali Salm 33, 2-9 R/. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom! Kull ħin inbierek ’il-Mulej, tifħiru dejjem f’fommi. Bil-Mulej tiftaħar ruħi, jisimgħu l-fqajrin u jifirħu! R/. Kabbru ’l-Mulej miegħi, u ngħollu ismu flimkien. Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, u minn kull biża’ ħelisni. R/. Ħarsu lejh u tiddu bil-ferħ, u wiċċkom ma jistħix. Dan il-fqajjar sejjaħ il-Mulej, u semgħu, u mid-dwejjaq kollha tiegħu ħelsu. R/. L-anġlu tal-Mulej jgħammar madwar dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.  Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej, hieni l-bniedem li jistkenn fih. R/. Qari II Tim 4:6-8. 17-18 Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju Għażiż: Jiena ngħid għalija, demmi ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-dehra tiegħu. Il-Mulej waqaf miegħi u tani l-qawwa biex, bis-saħħa tiegħi, il-kelma tixxandar sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha. Hekk jien inħlist minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema. Glorja lilu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.   Il-Kelma tal-Mulej....

Read More