Nibdew is-Sena taħt il-ħarsien ta’ Marija Omm Alla

Nibdew is-Sena taħt il-ħarsien ta’ Marija Omm Alla

Omm Alla – Dan huwa t-titlu ewlieni u essenzjali tal-Madonna. Liema titlu niċċelebraw fl-Ewwel Jum tas-sena. Din hija kwalita’, rwol, li l-fidi tal-poplu Nisrani, fid-devozzjoni ġenwina u tenera tiegħu lejn l-Omm tas-sema, għarfet minn dejjem. Ejjew niftakru dak il-waqt kbir tal-istorja tal-Knisja antika meta fil-Konċilju ta’ Efesu kienet ġiet definita b’mod awtorevoli l-maternita’ divina tal-Verġni Marija.  Il-verita’ dwar il-maternita’ divina ta’ Marija sabet eku Ruma fejn, ftit wara, ġiet mibnija l-Bażilka ta’ Santa Marija Maggiore, l-ewwel santwarju marjan ta’ Ruma u tal-Punent kollu, u fejn hija meqjuma x-xbiha ta’ Omm Alla – it-Theotokos – taħt it-titlu Saħħa tal-poplu Ruman.  Jirrakkuntaw li n-nies ta’ Efesu waqt il-Konċilju iltaqgħu fil-ġnub tal-bieb tal-bażilka fejn kienu qed jiltaqgħu l-Isqfijiet u għajjtu: “Omm t’Alla”.  Fil-waqt li l-fidili kienu qed jitolbu li jiġi uffiċjalment definit dan it-titlu tal-Madonna, kienu qed juru li jagħarfu l-maternita’ divina.  Huwa l-atteġġjament spontanju u sinċier ta’ wlied li kienu jafu sewwa l-Omm tagħhom, għax kienu jħobbuha b’tenerezza kbira ħafna.  Imma huwa aktar minn hekk: huwa is-sens tal-fidi  tal-poplu qaddis t’Alla, li qatt meta huwa mgħaqud ħaġa waħda, qatt ma jiżbalja. Marija hija minn dejjem preżenti fil-qalb, fid-devozzjoni u fuq kollox fil-mixja ta’ fidi tal-poplu nisrani.  “Il-Knisja timxi fiż-żmien … u f’din il-mixja tgħaddi tfassal għal darb’oħra l-istess triq li wettqet il-Verġni Marija” (Ġwanni Pawlu II, Enċiklika Redemptoris Mater, 2).  It-triq tagħna tal-fidi hija l-istess bħal dik ta’ Marija; għalhekk inħossuha b’mod partikulari qribna!  Għal dak li għandu x’jaqsam mal-fidi, li hija ċ-ċappetta tal-ħajja nisranija, l-Omm t’Alla qasmet magħna l-kundizzjoni tagħna bħala bnedmin, kellha timxi l-istess toroq li ngħaddu aħna, xi drabi diffiċli u mdallmin, kellha timxi ‘l quddiem fil- “pellegrinaġġ tal-fidi” (Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Lumen Gentium, 58). Il-mixja tagħna ta’ fidi hija marbuta, b’mod li ma jinħallx, ma’ Marija mill-waqt meta Ġesu’ li kien qiegħed imut fuq is-salib tahielna bħala Omm u qal: “Din hija ommok” (Ġw 19, 27).  Dawn il-kelmiet għandhom il-valur ta’ testment u jagħtu Omm lid-dinja.  Minn dak il-waqt, l-Omm t’Alla saret ukoll Ommna!  Fis-siegħa li fiha l-fidi tad-dixxipli kienet qed tiġi kważi maqsuma b’tant diffikultajiet u inċertezzi, Ġesu’ jafdaha f’Dik li kienet l-ewwel waħda li emmnet, u li l-fidi tagħha qatt ma ġiet nieqsa.  U l-“mara” ssir Omm tagħna fil-mument li fih titlef l-Iben divin tagħha.  Il-qalb tagħha miġruħa titwessa’ biex tagħti post għall-bnedmin kollha, tajbin u ħżiena, kulħadd, u li tħobbhom bħalma kien iħobbhom Ġesu’.  Il-mara li fit-tieġ ta’ Kana tal-Galilija kienet tat il-koperazzjoni tagħha ta’ fidi biex jiġu mgħarrfa l-meravilji ta’ Alla fid-dinja; fuq il-kalvarju żżomm mixgħula l-fjamma tal-fidi fil-qawmien ta’ Binha, u din tgħaddiha bi mħabba ta’ omm lill-oħrajn.  Hekk Marija ssir għajn ta’ tama u ta’ ferħ veru! O Marija fil-bidu ta’ din is-sena ġdida kun int li takkumpanjana fil-mixja tal-ħajja...

Read More

Il-Qawwa tal-Ħajja Nisranija 

Il-Qawwa tal-Ħajja Nisranija 

  Il-qawwa tal-ħajja Nisranija tinsab fil-laqgħa bejn dnubietna u Kristu li jsalvana.  Fejn mhemmx din il-laqgħa, il-Knejjes huma dekadenti u l-Insara berdin. L- Appostli Pietru u Pawlu jgħinuna nifhmu li n-Nisrani jista’ jiftaħar b’żewġ affarijiet: “dnubietu u Kristu msallab“.  Il-qawwa tal-Kelma t’Alla li tittrasforma, tibda’ minn dan l-għarfien.  Hekk, Pawlu fl-ittra lill-Korintin jistieden lil min jaħseb li hu għaref “biex isir iblaħ ħalli jsir għaref, għax l-għerf ta’ din id-dinja huwa bluha quddiem Alla”. Pawlu jgħidilna li l-qawwa tal-Kelma t’Alla, dik li tibdel il-qalb, li tibdel id-dinja, li tagħti t-tama, li tagħtina l-ħajja, ma nsibuhiex fl-għerf uman: mhix f’xi diskors sabiħ, f’xi rakkont imlewwen tal-inteliġenza umana. Dik hi bluha, jgħidilna.  Il-qawwa tal-Kelma t’Alla tiġi minn imkien ieħor.  Il-qawwa tal-Kelma t’Alla tgħaddi wkoll mill-qalb tal-predikatur li jippritkaha:  “Siru boloħ”, jiġifieri tqiegħdux is-sigurtà tagħkom f’għerfkom, fl-għerf tad-dinja. L-Appostlu Pawlu ma kienx jiftaħar bl-istudji tiegħu minkejja li kien studja mal-aktar professuri importanti ta’ żmienu, imma kien jiftaħar biss b’żewġ affarijiet. Hu stess jgħid: “Jien niftaħar biss bi dnubieti”.  Dan meta jinghad jiskandaliżża.  Imbagħad, f’post ieħor jgħid: Jien niftaħar biss bi Kristu u f’dan imsallab”. Il-qawwa tal-Kelma t’Alla tinsab fil-laqgħa bejn dnubieti u d-Demm ta’ Kristu li jsalvani.  U meta din il-laqgħa ma sseħħx, il-qalb titlef il-qawwa.  Meta din il-laqgħa li kellna tul ħajjitna tintesa, insiru mondani, inkunu rridu nitkellmu dwar il-ħwejjeġ t’Alla bil-lingwaġġ uman; dan ma jiswa’ xejn, ma jagħtix ħajja. Anki Pietru, fil-Vanġelu tas-sajda mirakoluża, jkollu l-esperjenza tal-laqgħa ma’ Ġesù billi jara d-dnub tiegħu: jara l-qawwa ta’ Ġesù u jara lilu nnifsu.  Jintefa’ f’saqajH u jgħidlu: “Mulej, tbiegħed minni għax jiena midneb”.  F’din il-laqgħa bejn Kristu u dnubieti hemm is-salvazzjoni tieghi. Il-post privileġġjat għall-laqgħa ma’ Ġesù Kristu huwa d-dnubiet tagħna.  Jekk in-Nisrani ma jħossx li hu midneb u salvat mid-Demm ta’ Kristu, Kristu Msallab, dan ikun Nisrani f’nofs it-triq, Nisrani biered. U meta aħna naraw Knejjes dekadenti, parroċċi dekadenti, istituzzjonijiet dekadenti, żgur li l-Insara li jkunu fihom qatt ma ltaqgħu ma’ Ġesù Kristu jew inkella nsew il-laqgħa li xi darba kellhom miegħu. Il-qawwa tal-ħajja Nisranija u l-qawwa tal-Kelma t’Alla tinsab propju f’dak il-mument fejn jiena, midneb, niltaqa’ ma’ Ġesù… u dik il-laqgħa tibdilli ħajti… ittini l-qawwa biex inħabbar is-salvazzjoni lill-oħrajn. Jien għandi ħila li ngħid lill-Mulej: “Jiena midneb”, mhux bit-teorija imma bl-istqarrija tad-dnub konkret?  U jien għandi ħila nemmen li propju Hu, b’Demmu, ħelisni mid-dnub u tani ħajja ġdida?  Għandi fiduċja fi Kristu? Ghaldastant nistaqsi jien ukoll : biex għandu jiftaħar in-Nisrani?  San Pawl joffrilna risposta diretta meta jghidilna li n-nisrani ghandu jiftahar b’żewġ affarijiet: bi dnubietu u bi Kristu msallab.   Fr...

Read More

Marija, Omm l-Evanġeliżżazzjoni

Marija, Omm l-Evanġeliżżazzjoni

  Marija, Omm l-Evanġeliżżazzjoni                            Għal dan ix-xahar t’Ottubru xtaqt naqsam magħkom ftit riflessjonijiet meħudin mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku. Lejn l-aħħar tal-Eżortażżjoni (paragrafu 284-288) l-Papa joffrilna riflessjonijiet fuq Marija bħala Omm l-evanġelizzazzjoni. Papa Franġisku jgħid li flimkien mal-Ispirtu s-Santu, qalb il-poplu hemm dejjem Marija.  Hi kienet tiġbor madwarha lid-dixxipli biex isejħu l-qawwa tiegħu (Atti 1:14), u hekk għamlet possibbli dik l-isplużjoni missjunarja li seħħet nhar Għid il-Ħamsin.  Hi Omm il-Knisja li tevanġelizza u mingħajrha ma nistgħux nifhmu b’mod sħiħ l-ispirtu tal-evanġelizzazzjoni ġdida. (Evangelii Gaudium,284) Fuq is-salib, waqt li Kristu kien qed ibati f’ġismu l-laqgħa drammatika bejn id-dnub tad-dinja u l-ħniena ta’ Alla, seta’ jilmaħ biswit riġlejh il-preżenza kollha faraġ tal-Omm u tad-dixxiplu l-maħbub.  F’dak il-waqt kruċjali, qabel stqarr b’mitmuma l-ħidma li l-Missier kien fdalu f’idejh, Ġesù qal lil Marija: “Mara, hawn hu ibnek”.  Imbagħad qal lid-dixxiplu l-maħbub: “Hawn hi ommok” (Ġw 19:26-27).  Dawn il-kelmiet ta’ Ġesù fuq l-għatba tal-mewt l-ewwel nett ma jesprimux xi tħassib mimli ħniena għal ommu, imma pjuttost huma formula ta’ rivelazzjoni li tixkef il-misteru ta’ missjoni speċjali ta’ fidwa.  Ġesù ħallielna lil ommu biex tkun omm tagħna.  Kien biss wara li għamel dan li Ġesù seta’ jħoss li “kollox hu mitmum” (Ġw 19:30).  F’riġlejn is-salib, fis-siegħa l-kbira tal-ħolqien ġdid, Kristu jibgħatna għand Marija.  Jibgħatna għandHa għax ma jridx li nimxu mingħajr omm, u l-poplu f’dik ix-xbieha ta’ omm jaqra l-misteri kollha tal-Vanġelu.  Il-Mulej ma jridx li l-Knisja tiegħu tkun nieqsa mill-ikona femminili.  Hi, li nisslitu b’fidi hekk kbira, tissieħeb ukoll “mal-bqija ta’ nisilha, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti ta’ Alla u li għandhom ix-xhieda ta’ Ġesù” (Apok 12:17).  Ir-rabta intima bejn Marija, il-Knisja u kull fidil, li, f’xejriet diversi, inisslu lil Kristu, ġiet imfissra bi kliem mill-isbaħ mill-Beatu Iżakk tal-Istilla: “Fl-Iskrittura mnebbħa minn Alla,  dak li b’mod ġenerali nifhmu għall-Knisja, verġni u omm, nifhmuh b’mod partikulari għall-Verġni Marija […]  Bl-istess mod nistgħu ngħidu li kull ruħ fidila hi għarusa tal-Verb ta’ Alla, omm ta’ Kristu, bint u oħt, verġni u omm għammiela […]  Kristu baqa’ għal disa’ xhur f’ġuf Marija, jibqa’ fit-tabernaklu tal-fidi tal-Knisja sat-temma tas-sekli; u, fl-għarfien u fl-imħabba tar-ruħ fidila, għal dejjem ta’ dejjem” (Evangelii Gaudium,285) Marija hi dik li għar tal-annimali taf tibdlu f’dar għal Ġesù, bi ftit faxex fqajra u ħafna ħlewwa.  Hi l-qaddejja ċkejkna tal-Missier li taqbeż bil-ferħ fit-tifħir.  Hi dik is-sieħba dejjem attenta li ma jmurx jonqos l-inbid fil-ħajja tagħna.  Hi dik b’qalbha minfuda mis-sejf, li tista’ tifhem l-uġigħ kollu tagħna.  Bħala omm ta’ kulħadd, hi sinjal ta’ tama għall-ġnus li qed ibatu l-uġigħ tal-ħlas sakemm jasal iż-żmien li twarrad il-ġustizzja.  Hi l-missjunarja li tersaq qrib tagħna biex tissieħeb magħna f’ħajjitna, u bl-imħabba tagħha ta’...

Read More

Il-parroċċa sfida kontinwa

Il-parroċċa sfida kontinwa

Ma nkunx żbaljat li ngħid li llum il-ġurnata l-lajċi huma l-maġġoranza kbira tal-poplu ta’ Alla u li għandhom għas-servizz tagħhom minoranza ċkejkna: s-saċerdot. Illum kiber l-għarfien dwar l-identita’ u l-missjoni tal-lajċi fil-Knisja. Għandna ħafna lajċi, anke jekk qatt mhu biżżejjed, b’sens komunitarju b’saħħtu u fedelta’ kbira lejn l-impenn fil-karita’, fil-katekeżi, fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Din il-kuxjenza ta’ din ir-responsabbilita’ lajkali ssib il-bidu u l-pedament tagħha fil-Magħmudija u fil-Konfermazzjoni. (cfr Evangelium Gaudium,114) Ilkoll jeħtieġ li nifhmu sewwa li nkunu Knisja tfisser nkunu Poplu ta’Alla, fid-dawl tal-pjan kbir ta’ mħabba li għandu l-Missier. Dan jimplika li nkunu l-ħmira ta’ Alla qalb il-bnedmin. Ifisser inħabbru u nwasslu s-salvazzjoni ta’ Alla fid-dinja tagħna, li spiss hi mitlufa, li għandha bżonn tweġibiet li jgħamlulha l-qalb, li jimlewha bit-tama, li jagħtuha ħeġġa ġdida fil-mixja tagħha. Il-parroċċa għalhekk hi l-preżenza tal-Knisja f’territorju fejn tinstema’ l-Kelma, fejn tikber il-ħajja Nisranija, fejn isiru d-djalogu, it-tħabbira, l-imħabba ġeneruża, l-adorazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni. Permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, il-parroċċa tagħmel il-qalb u tifforma lill-membri tagħha biex isiru aġenti tal-evanġelizazzjoni. Hi komunita’ ta’ komunitajiet, santwarju fejn dawk li huma bil-għatx jersqu jixorbu biex jissoktaw jimxu, u ċentru ta’ mandat missjunarju kontinwu. Fid-dawl ta’ dan kollu wieħed irid ikun onest u jammetti li s-sejħa għar-reviżjoni u għat-tiġdid tal-parroċċi għadha ma tatx biżżejjed frott biex l-istess parroċċċi jkunu komunitajiet ħajja u parteċipazzjoni. (cfr Evangelium Gaudium, 28) Fid-dawl ta’ dawn il-ħsibijiet, tajjeb li f’dawn il-jiem fejn se nkunu qed niċċelebraw il-festa f’ġieħ il-patrun tagħna San Ġiljan, insaqsu lilna nfusna kemm qed nikkontribwixxu individwalment biex il-parroċċa tagħna tkun tassew komunita’ ta’ ħajja vibranti. Huwa sabiħ li darba fis-sena naraw li ħafna jingħaqdu biex joffru ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet f’ġieħ il-Qaddis Patrun tagħna pero’ tajjeb li din ma tkunx esperjenza ta’ ġimgħa u tieqaf imma tkun esperjenza li nippruvaw inġedduha ta’ sikwit. Nawguralkom l-isbaħ xewqat għal dawn il-jiem...

Read More

Il-Prima Messa ta’ Fr. Paul Mizzi

Il-Prima Messa ta’ Fr. Paul Mizzi

Il-Prima Messa ta’ Fr. Paul Mizzi ħa ssir nhar it-24 t’ Awwissu u l-quddiesa ta’ ringrazzjament tibda fis-6.30pm.   Twelidt fl-24 t’ Awissu 1967 fl-isptar Blue Sisters u trabbejt tas-Sliema – fil-parrocca tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Il-ġenituri tiegħi huma John, li ħalliena fil-Ġimgħa l-Kbira tal-2008 u Doris ta’ 83 sena. Għandi ħija, Carmel, li huwa sena iżgħar minni. Illi noqgħod San Ġiljan għaxar snin, wara li għamilt xi disa’ snin ngħix il-Pieta’; fil-parrocca tal-Msida. Ħadt l-edukazzjoni primarja tiegħi fl-iskola tas-sorijiet ta’ St Joseph tas-Sliema. Wara li temmejt l-iskola Sekondarja, fil-Kulleġġ Santu Wistin fil-Pieta’, għamilt kors ta’ sentejn fis-Secretarial School tan-New Lyceum (illum il-Junior College). Fl-1987 dħalt naħdem ta’ skrivan f’ kumpanija privata li tispecjalizza fir-reġistrażżjoni tal-vapuri taħt il-bandiera Maltija – GM INTERNATIONAL SERVICES LTD – li tinsab il-Belt Valletta. Qattajt 23 sena naħdem f’din il-kumpanija. Ftit wara li bdejt naħdem, ġejt appuntat bħala manager tas-sezzjoni tar-reġistrażżjonijiet tal-vapuri u fl-aħħar snin ġejt appuntat ukoll bħala wieħed mid-diretturi tal-kumpanija. This slideshow requires JavaScript. Għalkemm il-ġibda lejn l-altar kont ili nħossha minndu kont tifel/żagħażugħ, dejjem kont ngħid li ma ninqalax u ma jistħoqlix. Imma il-Mulej baqa’ jiġri warajja u kull tant żmien kien jibgħatli xi sinjali, għalkemm dejjem kont insibha difficli biex ngħid l-IVA tiegħi! Kien propju fil-festa ta’ San Pawl tal-2008 li ħadt id-deciżżjoni li nitkellem mas-seminarju u wara sentejn ta’ dixxerniment ġejt accetat li nibda l-mixja tiegħi fis-seminarju, preciżament fis-sollenita’ ta’ San Pietru u San Pawl tal-2010. Minħabba l-eta’ tiegħi, ġejt mibgħut għal-formazzjoni tiegħi fil-Kulleġġ Beda f’Ruma, li hu Kulleġġ mmexxi mil-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet Ingliżi (u Wales). Il-programm hu addatat għal-irġiel maturi; fil-fatt l-eta’ tvarja bejn it-30 u s-67 sena. Il-kors ta’ erbgħa snin hu miftuħ għan-nazzjonitajiet kollha li jitkelmu bil-lingwa Ingliża. Għalhekk għandna studenti mil-kontinenti kollha. Fl-14 ta’ Ġunju 2013 ġejt ordnat djaknu fil-Bażilika San Paolo fuore le mura f’Ruma. Ninsab cert li l-esperjenzi li għadejt minnhom f’ħajti, specjalment fid-dinja tax-xogħol, għandhom jgħinuni fil-futur biex nkun ta’ servizz lejn il-poplu li l-Mulej jafda f’idejja bla ma jistħoqqli. J’Alla dak li beda din l-opra fija jwassalha...

Read More