AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Ottubru 2019

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Ottubru 2019

Confirmation: Rehearsal for all children and godparents on Tuesday at 7.30pm. Confession on Thursday in the Parish Church from 5.30pm to 7.30pm for all children as well as their parents and godparents as a preparation for the Confirmation. Confirmation celebaration in the Parish Church on Saturday at 5.30pm. There won’t be a mass at 7.45pm afterwards. There will be a mass at 5.30pm at the Immaculate Conception Chapel and at 6.30pm at Lapsi Church. Griżma tal-Isqof: Nhar it-Tlieta fis-7.30pm se jkun hawn rehearsal għat-tfal u l-parrini fil-Knisja Parrokkjali. Bħala preparazzjoni għall-Griżma, nhar il-Ħamis ser ikun hawn servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali mill-5.30pm sas-7.30pm għat-tfal tal-Griżma flimkien mal-ġenituri u l-parrini. Nhar is-Sibt fil-5.30pm issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali. Ma jkunx hemm quddiesa fit-7.45pm. Ikun hemm quddies fil-5.30pm fil-Knisja tal-Kunċizzjoni u fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi. Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk mill-Ħadd li ġej 27 ta’ Ottubru, il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess. Winter Hours: Next weekend we shall by turning back the clock by one hour, so as from 27th October all evening masses will be at 6.30pm, except for Saturdays which remain...

Read More

PARISH NOTICES – AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 t’Ottubru 2019

PARISH NOTICES – AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 t’Ottubru 2019

  Griżma: Nhar it-Tlieta se ssir il-laqgħa għall-ġenituri u parrini fil-Knisja Parrokkjali fis-7.30pm. Confirmation: A meeting for all parents and godparents taking part in the forthcoming Confirmation is going to be held at the Parish Church on Tuesday at 7.30pm. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa 18 t’Ottubru se ssir Ħarġa. Trasport jitlaq mill-Bajja ta’ Spinola fl-9.45am. Min jixtieq izjed informazzjoni jista’ jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali. Grupp Ħbiberija: The Diaconia Commission reminds you that the next Grupp Hbiberija meeting is to be held on Friday 18th October.  Transport will leave at 9.45am from Spinola.  All those who wish to book may do so by calling the Parish Office until Tuesday evening. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa mit-tfal għall-familja kollha fid-9.30am fejn ser issir ukoll il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Griżma fis-26 t’Ottubru. Mass for Children: A children’s mass will be held next Sunday at 9.30am and the candidates for Confirmation will be attending. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali Wedding Anniversaries Mass: Married couples who are celebrating their wedding anniversary throughout this month, are invited together with their families to a thanksgiving mass on Sunday at 7.00pm in the Parish Church. Ġurnata Missjunarja: Il-Weekend li ġej ser issir ġabra speċjali għall-Missjoni. Mission Sunday: A special collection will be organised next Sunday being Mission...

Read More

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Nagħman raġa’ lura għand il-bniedem ta’ Alla u stqarr lill-Mulej. 2 Slat 5, 14-17 Qari mit-Tieni Ktieb tas-Slaten F’dak iż-żmien, Nagħman, il-kmandant tal-eżerċtu tas-Sultan ta’ Aram, niżel fil-Ġordan, u għodos seba’ darbiet, bħalma qallu Eliżew, il-bniedem ta’ Alla, u ġismu raġa’ sarlu qisu l-ġisem ta’ tfajjel żagħżugħ, u ndaf mil-lebbra tiegħu. U raġa’ lura għand Eliżew, il-bniedem ta’ Alla, hu u kull min kellu miegħu; daħal, waqaf quddiemu u qallu: “Ara, issa naf, iva, li ma hemmx Alla ieħor fid-dinja kollha, ħlief f’Iżrael. Ilqa’, nitolbok, dan ir-rigal mingħand il-qaddej tiegħek”. U qallu Eliżew: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej li lilu naqdi, jien ma nieħu xejn”. U ma ħadhulux, għad li l-ieħor issikkah ħafna. Għalhekk Nagħman qallu: “La ma tridx, nitolbok li tingħata lill-qaddej tiegħek tagħbija ta’ żewġ bgħula ħamrija; għax il-qaddej tiegħek mhuwiex se jagħmel iżjed sagrifiċċji tal-ħruq u offerti lil allat oħra, jekk mhux lill-Mulej”. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4 R/. (ara 2b): Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni lill-ġnus Għannu lill-Mulej għanja ġdida, għax għamel ħwejjeġ tal-għaġeb. Ġibitlu r-rebħa l-leminija tiegħu, u d-driegħ imqaddes tiegħu. R/. Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu, f’għajnejn il-ġnus wera l-ġustizzja tiegħu. Ftakar fit-tjieba u l-fedeltà tiegħu mal-poplu ta’ Iżrael. R/. L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha, infexxu fil-hena, ifirħu u għannu! R/.   Qari II Jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu ma’ Kristu. 2 Tim 2, 8-13 Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju Għażiż, ftakar f’Ġesù Kristu, li qam mill-imwiet, li hu min-nisel ta’ David, skont l-Evanġelju li ħabbart jien. Għalih jien qiegħed inbati sa l-irbit tal-ktajjen bħallikieku għamilt xi delitt. Imma l-kelma ta’ Alla mhijiex marbuta! Għalhekk kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li Alla għażel, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta’ glorja għal dejjem fi Kristu Ġesù. Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha: Jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll; jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll; jekk niċħduh, jiċħadna hu wkoll; jekk nonqsu mill-kelma li tajna, hu jibqa’ jżomm kelmtu; għax hu ma jistax iqarraq bih innifsu.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju 1 Tess 5, 18 Hallelujah. R/. Hallelujah Iżżu ħajr lil Alla f’kollox. Dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù. R/. Hallelujah Evanġelju Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani. Lq 17, 11-19 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Ġara li huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”. Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom...

Read More

Messaġġ mill-kappillan għax-xahar t’Ottubru

Messaġġ mill-kappillan għax-xahar t’Ottubru

Mhux biżżejjed inkunu Nsara tajbin, jeħtieġ nidħlu fil-misteru ta’ Ġesù Il-qalba tal-misteru ta’ Ġesù Kristu hi li Hu ħabbni u ta lilu nnifsu għalija. Tajjeb li mmorru l-quddies u nitolbu, biex inkunu Nsara tajbin, imma l-kwistjoni ċentrali hi jekk aħna dħalniex fil-misteru ta’ Ġesù Kristu. Fl-ittra ta’ San Pawl lir-Rumani, l-Appostlu juża d-dnub, id-diżubbidjenza, il-grazzja, il-maħfra biex jgħinna nifhmu li wara dan kollu hemm storja ta’ salvazzjoni. Iżda minħabba li m’hemmx kliem biżżejjed li bih nistgħu nispjegaw lil Kristu, San Pawl jixprunana, għax aħna nitfixklu quddiem il-misteru ta’ Kristu. Dal-kliem hu biss passi mill-mixja biex nidħlu fil-misteru, li mhux faċli tifhmu. Li nifhmu x’inhu Ġesù Kristu għalija, għalik, għalina, ifisser li nidħlu fil-misteru tiegħu. Jista’ jkun hemm min hu lest li jagħti ħajtu għal xi ħadd tajjeb imma kien Kristu biss li ta ħajtu għalija, midneb. B’dal-kliem San Pawl irid jgħinna nidħlu fil-misteru ta’ Kristu, li mhux faċli imma hu grazzja. Dan ma fehmuhx biss il-qaddisin kanonizzati imma bosta qaddisin oħra moħbija fil-ħajja ta’ kuljum, bnedmin umli li daħlu fil-misteru u ttamaw bis-sħiħ fil-Mulej. Daħlu fil-misteru ta’ Ġesù msallab – bluha, jgħidilna San Pawl, u jżid jgħid li hu jiftaħar biss bi dnubietu u bis-salib ta’ Kristu. Għalhekk meta mmorru l-quddies aħna nafu li Hu jinsab fil-Kelma u jiġi jiltaqa’ magħna. Imma dan mhux biżżejjed biex nidħlu fil-misteru. Il-misteru hu ħafna aktar minn hekk. Il-misteru hu li nintelqu fl-abbiss tal-ħniena li ma tistax titfisser bil-kliem: hi biss tgħanniqa ta’ mħabba, l-imħabba li wasslitu jmut għalina. Meta mmorru nqerru dnubietna u nitolbu maħfra, inħossuna kalmi u ferħanin. Iżda dan mhux biżżejjed biex nidħlu fil-misteru ta’ Kristu. Meta mmur inqerr, immur niltaqa’ma’ Ġesù, nidħol fit-tgħanniqa ta’ maħfra li jgħidilna dwarha Pawlu: ir-rigal tal-maħfra. Meta jistaqsuna: Min hu Ġesù għalik?, tista’ twieġeb li hu Iben Alla, tgħid il-Kredu, tkun taf il-Katekiżmu kollu, iżda mbagħad naslu f’punt meta ma nkunux nistgħu ngħidu li ċ-ċentru tal-misteru ta’ Ġesù Kristu huwa li Hu ħabbni, ta lilu nnifsu għalija. Il-misteru ta’ Ġesù mhux suġġett tal-istudju għax lil Ġesù nifhmuh biss bil-grazzja. Il-Via Sagra tgħinna nifhmu aktar dan għax hi mixja ma’ Ġesù fil-waqt li fih itina t-tgħanniqa tal-maħfra u l-paċi. Tajjeb ukoll li nagħmlu l-Via Sagra fi djarna u naħsbu dwar il-Passjoni tal-Mulej. Il-qaddisin il-kbar kollha jgħidulna li aħna nibdew il-ħajja spiritwali tagħna bil-laqgħa mal-misteru ta’ Ġesù msallab. Santa Tereża kienet tgħid lis-sorijiet biex jitolbu bil-kontemplazzjoni u t-talba l-aktar għolja kienet tibdieha bil-meditazzjoni dwar il-Passjoni tal-Mulej. Hi qalbi li trid tipprova tifhem li Hu ħabbni u ta lilu nnifsu għalija bil-mewt fuq is-salib. Dan hu li jrid jispjegalna San Pawl, li jrid idaħħalna fl-abbiss tal-misteru ta’ Kristu. Nista ngħid li jien Nisrani tajjeb għax immur il-quddies il-Ħadd, nagħmel opri ta’ ħniena, nitlob, ngħallem u nrabbi lil uliedi tajjeb....

Read More

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Il-ġust jgħix bil-fedeltà tiegħu. Ħab 1, 2-3; 2, 2-4 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ħabakuk  Mulej, kemm se ndum nokrob għall-għajnuna u int ma tismax, jew ngħajjat: “Vjolenza!” u int ma ssalvax? Għaliex turini l-ħażen, u inti toqgħod tħares lejn il-ħtija? Quddiemi qerda u vjolenza, hemm it-tilwim, u l-ġlied dejjem jiżdied. Imbagħad il-Mulej wieġeb u qalli: “Ikteb id-dehra, onqoxha fuq tavlozzi, hekk li jkun jista’ jħaffef min jaqraha. Għax id-dehra sseħħ meta jkun waqtha, tistenna sa ma ttemm, u ma tqarraqx. Jekk hija ddum ma tasal, int stennieha, għax tiġi żgur, ma tiddawwarx ma tasal! Arah jinfena min mhux ruħu sewwa, iżda l-ġust jgħix bil-fedeltà tiegħu”.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Salm Responsorjali Salm 94 (95), 1-2.6-7.8-9 R/. (ara 8): Isimgħu leħen il-Mulej, u twebbsux qalbkom Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej, ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna! Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ. R/. Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, għarkupptejna quddiem il-Mulej li ħalaqna! Għaliex hu Alla tagħna, u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu. R/. Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! “La twebbsux qalbkom bħal f’Meriba, bħal dakinhar f’Massa, fid-deżert, meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, għalkemm raw dak li jien għamilt”. R/.   Qari II Tistħi xejn minħabba fix-xhieda għal Sidna. 2 Tim 1, 6-8. 13-14 Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju Għażiż, infakkrek biex tqajjem fik id-don ta’ Alla, li jinsab fik bit-tqegħid ta’ jdejja; għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ mħabba u ta’ rażan. Mela tistħi xejn minħabba fix-xhieda għal Sidna, anqas minħabba fija, priġunier tiegħu, imma aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju, u afda fil-qawwa ta’ Alla. Żomm quddiem għajnejk l-eżempju tat-tagħlim sħiħ li smajt mingħandi, fil-fidi u fl-imħabba li huma fi Kristu Ġesù. Ħares bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina t-teżor sabiħ li kien fdat f’idejk.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju 1 Piet 1, 25 Hallelujah. R/. Hallelujah Il-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem: din hi l-kelma tal-Evanġelju li kien imxandar lilkom. R/. Hallelujah Evanġelju Kieku kellkom fidi. Lq 17, 5-10 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, l-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi!”. Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut: “Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar”, u hi kienet tisma’ minnkom. Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: “Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel”? jew: “Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int”? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kulma tkunu ordnati, għidu: “Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna...

Read More