1 ta’ Jannar L-Imqaddsa Omm Alla Marija Solennità

1 ta’ Jannar  L-Imqaddsa Omm Alla Marija  Solennità

Qari I Isejħu ismi fuq ulied Iżrael, u jiena nberikhom. Num 6, 22-27 Qari mill-Ktieb tan-Numri Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Kellem lil Aron u lil uliedu u għidilhom: “Meta tbierku lil ulied Iżrael, hekk għandkom tgħidulhom: Ibierkek il-Mulej u jħarsek! Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek, u jurik il-ħniena! Iħares lejk il-Mulej bi mħabba, u jagħtik is-sliem!” Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Iżrael, u jiena nberikhom”. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Salm Responsorjali Salm 66 (67), 2-3.5.6.8 R/. (2a). Iħenn għalina Alla, u jberikna Iħenn għalina Alla, u jberikna; idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu! Biex jingħarfu fuq l-art triqatek, fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek. R/. Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ, għax trieġi l-popli bis-sewwa, u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom. R/. Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha. Iberikna Alla, u tibża’ minnu l-art kollha minn tarf għall-ieħor! R/. Qari II Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara. Gal 4, 4-7 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin Ħuti, meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied. U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: “Abbà! Missier!”. U hekk m’intix iżjed ilsir, iżda iben: u jekk iben, werriet ukoll bil-grazzja ta’ Alla. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Lhud 1, 1-2 Hallelujah. R/. Hallelujah Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b’ħafna manjieri permezz tal-profeti. Issa f’dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta’ Ibnu. R/. Hallelujah   Evanġelju Sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Lq 2, 16-21 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kulma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom. Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesù, bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek...

Read More

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi Festa

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi  Festa

Qari I Sir 3, 2-6. 12-14 Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak. Il-Mulej għolla l-missier fuq it-tfal, u saħħaħ dritt l-omm fuq l-ulied. Min jibża’ minn missieru jagħmel tajjeb għal dnubietu, u min iweġġaħ lil ommu qisu qed jiġma’ f’teżor. Min jibża’ minn missieru jifraħ b’uliedu, u meta jitlob jinstama’. Min iweġġaħ lil missieru jkollu għomor twil, u min iserraħ lil ommu jkun qed jisma’ mill-Mulej. Ibni, ieqaf ma’ missierek fi xjuħitu, u matul ħajtu tweġġagħlux qalbu. Ukoll jekk moħħu jeħfief, agħdru, u tonqsux mill-ġieħ meta għadek f’saħħtek, għax il-ħniena ma’ missierek ma tintesiex, imma tingħaddlek bi ħlas għal dnubietek. Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla. Salm Responsorjali Salm 127 R/. Hieni kull min jibża’ mill-Mulej! Hieni kull min jibża’ mill-Mulej, kull min jimxi fit-triqat tiegħu! Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol; hieni int, u riżqek tajjeb! R/. Martek tkun bħal dielja għammiela fl-irkejjen ta’ darek; uliedek bħal xitel taż-żebbuġ madwar il-mejda tiegħek. R/. Ara, kif ikun imbierek il-bniedem li jibża’ mill-Mulej! Ibierkek il-Mulej minn Sijon! Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm tul ħajtek kollha! R/. Qari II Kol 3: 12-21 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin. Ħuti, intom il-magħżulin ta’ Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu. Ilbsu mela sentimenti ta’ ħniena, tjieba, umiltà, ħlewwa u sabar. Stabru b’xulxin, u, jekk xi ħadd minnkom ikollu xi jgħid ma’ ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll. U fuq kollox ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol tal-perfezzjoni. Ħalli s-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom, dak issliem li għalih kontu msejħa biex issiru ġisem wieħed. U ta’ dan roddu ħajr lil Alla. Ħalli l-kelma ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom; għallmu bl-għerf kollu u widdbu lil xulxin b’salmi u innijiet u b’għana spiritwali, u b’radd il-ħajr kantaw f’qalbkom innijiet lil Alla. Kulma tagħmlu jew tgħidu, agħmlu kollox f’isem il-Mulej Ġesù, u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu. Intom, nisa miżżewġa, obdu lil żwieġkom, kif għandu jkun fil-Mulej. Intom imbagħad, irġiel miżżewġa, ħobbu n-nisa tagħkom, u tkunux iebsa magħhom. Intom, tfal, isimgħu millġenituri tagħkom f’kollox, għax dan hu li jogħġob lill-Mulej. Intom missirijiet, la ddejqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom. Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla. Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Kol 3: 15a.16a R/. Hallelujah. Ħalli s-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom; ħalli l-kelma ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom. R/. Hallelujah. Evanġelju Mt 2: 13-15.19-23 Qari mill-Evanġelju skont San Mattew. Meta telqu l-Maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu”. Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u lil ommu bil-lejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:...

Read More

Parish Notices ST JULIANS PARISH 21st to 22nd December 2019

Parish Notices ST JULIANS PARISH 21st to 22nd December 2019

  Confession on Christmas Eve: There will be the service of confession on Christmas Eve in the Parish Church from 9.30am until noon.   Christmas Eve Masses: Immaculate Conception Chapel:                              5.30pm          Mass   Lapsi Church:                    8.30pm          Mass in English   Parish Church:                  6.30pm          Christmas Eve Mass 11.00pm          Hymns by Amadeus Choir Traditional Children’s Christmas Sermon Midnight Mass   Christmas Day: Mass times will be at 8.00am, 9.30am, 11.00am and 12.15pm.   Parish Office: The parish office will be closed until Friday 3rd January.   Feast of the Holy Family: A special Mass for families will be said on Sunday at 9.30am at the Parish Church.    Appreciation: A special thank you goes to those who provided cooked meals and food hampers during this month.   Greetings: The Parish Priest and clergy wish you all a Blessed...

Read More

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 ta’ Diċembru 2019

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 ta’ Diċembru 2019

Servizz ta’ Qrar Lejlet il-Milied: Filgħodu se jsir servizz ta’ qrar mid-9.30am sal-12.00pm.   Quddies għal Lejlet il-Milied Kappella tal-Kunċizzjoni: 5.30pm     Quddiesa   Knisja ta’ Lapsi:                 8.30pm      Quddiesa bl-Ingliż   Knisja Parrokkjali:             6.30pm      Quddiesa tal-Vġili 11.00pm   Għanjiet tal-Milied mill-Amadeus Chamber Choir Priedka tat-tfal Quddiesa ta’ nofsillejl   Jum il-Milied: Ħinijiet tal-Quddies ikunu fit-8.00am, 9.30am, 11.00am u 12.15pm.   Uffiċċju Parrokkjali: Minn nhar it-Tlieta, l-uffiċċju parrokkjali se jkun magħluq għal żmien il-festi u jerġa’ jiftaħ nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar.   Festa tal-Familja Mqaddsa: Nhar il-Ħadd fil-Knisja Parrokkjali, ser issir quddiesa speċjali għall-familji fid-9.30am u tiġdid tal-wegħdiet taż-Żwieġ.   Grazzi: Grazzi minn qalbna lil kull min ta ikel, hamper jew ikliet sħan dan il-Milied.   Awguri: Il-Kappillan u l-kleru jawguraw l-isbaħ xewqat għall-Milied ħieni lil...

Read More

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena A

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent – Sena A

Qari I Arawha, ix-xebba ssir omm. Is 7, 10-14 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija F’dak iż-żmien, il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u jgħidlu: “Itlob sinjal għalik mingħand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fl-għoli tas-smewwiet”. U Aħaż wieġeb: “Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej”. U l-profeta wieġeb: “Isimgħu, mela, dar David! Mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin, biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi? Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Araw, ix-xebba titqal u tiled iben, u ssemmih Għimmanu-El”.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Salm Responsorjali Salm 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6 R/. (7c.10b): Ħa jidħol il-Mulej, hu s-Sultan tal-glorja Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, id-dinja u kull ma jgħix fiha. Għax hu fuq l-ibħra waqqafha u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha. R/. Min jista’ jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej, min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu idejh indaf u qalbu safja, min ma jagħtix ruħu għall-frugħa. R/. Dan ikollu barka mingħand il-Mulej, u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu. Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb. R/. Qari II Ġesù Kristu, min-nisel ta’ David, u Iben ta’ Alla. Rum 1, 1-7 Bidu tal-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Pawlu, qaddej ta’ Kristu Ġesù, imsejjaħ biex ikun appostlu, maħtur għall-Evanġelju ta’ Alla. Dan hu l-Evanġelju li Alla kien wiegħed permezz tal-profeti fil-Kotba Mqaddsa dwar Ibnu Ġesù Kristu Sidna li, skond it-tnissil tal-ġisem, twieled min-nisel ta’ David, u, skond l-Ispirtu s-Santu, ġie rivelat bħala l-Iben ta’ Alla b’kull qawwa permezz tal-qawmien mill-imwiet. Bih aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall-ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il-ġnus kollha għall-ġieħ ta’ ismu. Fosthom tinsabu intom ukoll, imsejħin biex tkunu ta’ Ġesù Kristu; lill-maħbubin kollha ta’ Alla li jinsabu Ruma msejħin biex ikunu qaddisin: grazzja ilkom u sliem mingħand Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Mt 1, 23 Hallelujah. R/. Hallelujah Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El: “Alla magħna”. R/. Hallelujah Evanġelju Ġesù jitwieled minn Marija l-għarusa ta’ Ġużeppi, bin David. Mt 1, 18-24 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom”. Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: “Ara, ix-xebba tnissel u jkollha...

Read More