Il-Mixja ta’ Fr Gilbert Scicluna

Il-Mixja ta’ Fr Gilbert Scicluna

Kif tafu, nhar il-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, tmien djakni ser jiġu ordnati saċerdoti.  Fost dawn id-djakni, ser ikun hemm Fr Gilbert Scicluna, id-djaknu li għal din l-aħħar sena kien fostna ġewwa San Ġiljan. Gilbert Scicluna twieled tal-Pieta’ fit-13 ta’ Lulju 1990.  Huwa imrobbi fil-Kalkara fejn kien abbati għal żmien twil u anke kien attiv fil-qasam tal-Mużew tas-subien.  Huwa ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Kalkara.  Minn hemm hu attenda l-kulleġġ Savio ġewwa Ħad-Dingli.  Meta temm l-istudji sekondarji tiegħu, bdiet il-mixja lejn is-seminarju.  Fiż-żmien li kien is-seminarju, huwa ta s-servizz tiegħu fil-parroċċi taż-Żejtun, ta’ Ħaż-Żabbar u l-Isla.  Għal dawn l-aħħar tnax il-xahar kellna x-xorti li jkun fostna ġewwa San Ġiljan.  F’Ottubru li għadda Gilbert ġie ordnat Djaknu u b’xorti tajba tħalla jagħti s-servizz tiegħu ġewwa San Ġiljan.  Il-kappillan dan l-aħħar ħabbar li anke wara li jiġi ordnat saċerdot, Fr Gilbert ser jibqa’ jagħti s-servizz tiegħu fil-parroċċa tagħna.  Din hija grazzja kbira speċjalment wara snin fejn kollna neqsin ħafna mis-saċerdoti.    Fl-14 ta’Lulju 2016 il-parroċċa ta’ San Ġiljan ser tagħti rigal lil Fr Gilbert permezz ta’quddiesa fil-knisja parrokjali u riċeviment li jsegwi eżatt wara.  Minn din il-paġna nawguraw lil Fr Gilbert, nwegħduh it-talb tagħna u nħeġġu lil Ġiljaniżi biex jingħaqdu miegħu fl-14 ta’Lulju 2016 għal quddiesa fil-knisja parrokjali.     This slideshow requires...

Read More

8 Saċerdoti Ġodda

8 Saċerdoti Ġodda

Il-Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni saċerdotali ta’ tmien djakni. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ – tlieta minn Ħal Qormi, wieħed mill-Kalkara, wieħed mill-Mosta, wieħed min-Naxxar, wieħed mill-Ordni tal-Minuri Konventwali, u ieħor mill‑Ordni tas-Salesjani ta’ Don Bosco – se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma: Patri Allister Marija Aquilina tal‑Ordni tal‑Minuri Konventwali, Dun Robert Falzon, Salesjan ta’ Don Bosco, Dun Sergio Fenech mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Dun Mark Mallia Pawley mill‑Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Dun Claude Mifsud mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta, Dun James Saydon mill‑Parroċċa ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar, Dun Andrew Schembri mill‑Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, u Dun Gilbert Scicluna mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex jitlob għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati nhar l‑Erbgħa. Irridu ngħidu li Dun Gilbert Scicluna huwa d-djaknu li ilu fostna ġewwa San Ġiljan għal din l-aħħar sena waqt li Dun Sergio Fenech serva bħala seminarista fil-parroċċa tagħna ftit snin ilu. Nitolbu għalihom u...

Read More

Pittura ta’ Preti tittieħed għar-Restawr

Pittura ta’ Preti tittieħed għar-Restawr

Wara madwar 8 snin ta’ stennija, llum wara nofs in-nhar ittieħdet għar restawr il-pittura li turi id-depożizzjoni – lil Sidna Ġesu’ jitniżżel minn fuq is-salib.  Din il-pittura tinsab fil-knisja l-antika ‘Ta Lapsi’ u hija xogħol il-bottega ta’ Mattia Preti.  Il-kappillan Fr Claude Portelli irnexxielu jsib benefattur li ser iħallas l-ispejjeż kollha biex din il-pittura tiġi restawrata.  L-ispiża hija ta’madwar għaxart elef ewro.   Ix-xogħol ta’ restawr qed isir minn Pierre Buġeja u mistenni jitlesta iżjed tard matul din is-sena.  Aħna ser inżommukom aġġornati bil-progress li jkun qed isir.  Ta’ min jgħid li dan huwa xogħol delikat ħafna, speċjalment minħabba l-ħsarat kbar li fiha.     This slideshow requires...

Read More

10 ta’Diċembru 1914 -2014 – Sorijiet tal-Klarissi

10 ta’Diċembru 1914 -2014 – Sorijiet tal-Klarissi

Mitt sena ilu bħal lum, 10 ta’Diċembru 2014 jiġu Malta għall-ewwel darba is-Sorijiet ta’ Santa Klara jew aħjar kif nafuhom aħna, is-sorijiet tal-Klarissi.  Is-sorijiet tal-Klawsura huma persuni li jiddedikaw ħajjithom għat-talb. Persuni li jgħixu ħajjithom fis-silenzju qrib t’Alla, izda li f’moħħhom xorta għandhom l-imħabba lejn il-proxxmu.  L-Ordni tas-Sorijiet Klarissi gewwa Malta twaqqfet fl-1914, fl-ewwel gwerra dinjija meta l-komunita’ Franciza ta’ Nazaret kienet imkeccija mill-Palestina u gew Malta bhala refuġjati. Il-Maltin laqgħuhom ħafna u tawhom kull għajnuna. Fil-bidu marru joqghodu Haz-Zabbar, imbghad ġew joqgħodu San...

Read More

Ikla tal-Milied

Ikla tal-Milied

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’Diċembru 2014, fil-parroċċa ta’ San Ġiljan ġiet organiżżata ikla tal-Milied fil-Cavalieri Hotel.  Il-komunita’ Ġiljaniża ikkonkorriet bi ħġarha għal din l-attivita’.  Fil-preżenza tal-kappillan Fr Claude u l-viċi Fr Paul, kulħadd deher sodisfatt f’din il-lejla sabiħa.  Minn hawnhekk nixitequ nirringrazzjaw lill-organiżżaturi tal-organiżżazzjoni perfetta u tal-preparazzjoni kollha li saret.    ...

Read More

Titlesta Fażi Oħra mir-Restawr tal-Kappella tal-Kunċizzjoni

Titlesta Fażi Oħra mir-Restawr tal-Kappella tal-Kunċizzjoni

Is-Sibt 6 ta’Diċembru 2014, jumejn biss qabel il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, ġab fi tmiemu fażi ohra mir-restawr li qed isir fil-Kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa San Ġiljan. Il-Knisja tal-Kunċizzjoni f’San Ġiljan tinsab fi Triq San Ġorġ. Illum insibuha mdawwra b’ħafna ristoranti billi din tinsab ftit l-isfel minn Paceville. Quddiemha hemm Xatt is-Sajjieda. Fil-fatt din il-knisja ħelwa hija xi kultant magħrufa wkoll bħala “Tas-Sajjieda”, għax fl-imgħoddi kienu huma l-aktar li kienu jiffrekwentawha. Il-kappilan Fr Claude Portelli, flimkien ma numru żgħir ieħor ta’nies iddeċidew li jagħtu spinta lil din il-kappella permezz ta’ diversi xogħolijiet ta’restawr. Hawn taħt, permezz tar-ritratti qed nurukom ftit mix-xogħol li kien għaddej matul dawn l-aħħar xhur. Grazzi kbira tmur għall-voluntiera kollha li għamlu ħilithom biex din il-fażi tkun lesta sal-festa tal-Immakulata.  Grazzi wkoll lil Ms Erika Gatt – ir-restawratriċi li ħadmet flimkien mat-tim tagħha biex ħareg dan ir-riżultat tant sabiħ.  Din il-ġawhra issa tista’ tibqa’ titgawda mill-komunita’ Ġiljaniża flimkien ma dawk kollha li jżuru dawn l-inħawi.           This slideshow requires...

Read More