Festa San Ġiljan Ospitalier – Jum il-Familja

Festa San Ġiljan Ospitalier – Jum il-Familja

Il-Mulej Ġesu jistieden lill-familji kollha biex ikunu l-mistiedna tiegħU. Mela ejja niġu, mhux għax aħna b’saħħitna, iżda għax dgħajfa, mhux għax nemmnu fiH, iżda għax jemmen Hu fina; mhux għax aħna tajbin iżda għax Hu tajjeb. Ejjew, aħna li għandna ħafna jew ftit fidi; aħna li ppruvajna nimxu warajH, u aħna li fallejna. Huwa l-Mulej Ġesu li jistieden lill-familji kollha biex jiġu jiltaqgħu miegħU għall-quddiesa li ser issir nhar il-Ħadd, 21 ta’Awwissu fis-7.00 pm  fil-Knisja Parrokkjali. ( Il-Parroċċa ta’ San Ġiljan tgħin aktar minn 80 familja li huma fil-bżonn. Napprezzaw ħafna jekk magħkom iġġibu affarijiet ta’ l-ikel biex jitqassmu fost dawn il-familji.) Agħfas din il-link biex tara video clip qasira verament interessanti: Jum il-Familja   The Lord Jesus invites all families to be his guests. So let us come, not because we are strong, but because we are weak; not because we believe in Him, but because He believes in us; not because we are good, but because He is good. Come, we who have much faith and we who have little; we who have tried to follow Him, and we who have failed. It is our Lord who invites all families to come to meet Him for mass which is going to be held on Sunday, 21st August at 7.00 pm at the Parish Church. ( More than 80 families in need are given assistance by the St. Julian’s Parish. We would appreciate if you bring with you food stuffs to be distributed amongst these...

Read More

Marriage Preparation Course

Marriage Preparation Course

Couples getting married in Malta in a Roman Catholic Church should attend the Marriage Preparation Course.  This is an obligatory course and it is suggested that one attends this course around two years prior to the wedding.  The course consists of short and interesting weekly talks / workshops.  Discussions are held in small groups where different opinions can be expressed with other couples who are also getting married in a Roman Catholic church.  Leaders will  be present to help throughout the meetings.  In our parish, the course will start on the first Sunday of October 2016 and will be held in the morning.  Applicants may go to the parish office during the opening hours to...

Read More

Jum Internazzjonali tal-Familja

Il-familja: is-santwarju għal soċjetà b’saħħitha Il-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Familja mill-Ġnus Maqgħuda, liema Jum jiġi iċċelebrat nhar il-15 ta’ Mejju, u li din is-sena kellu bħala tema Assigurazzjoni għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, ġagħlni naħseb fit-tul fuq l-importanza tal-familja fi ħdan is-soċjetà tallum.   Il-familja, il-ċellola bażika tas-soċjetà, għandha għadma iebsa quddiem wiċċha xi tgerrem: is-sekularizzazzjoni. Fl-omelija tiegħu tul il-laqgħa li kellu fl-okkażjoni ta’ l-Ewwel Jum Nazzjonali tal-Familji Kattoliċi Kroati, li seħħ nhar il-5 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet, il-Papa Benedittu XVI saħaq kemm is-sekularizzazzjoni moderna, għaliex kinset lil Alla minn nofs, spiċċat biex qerdet ukoll il-familja.   “B’xorti ħażina, ikollna nammettu li l-firxa tas-sekularizzazzjoni wasslet għat-twarrib ta’ Alla mill-ħajja u kattret it-tifrik tal-familja, speċjalment fl-Ewropa”. Is-sekularizzazzjoni sqiet lill-familja l-velenu ta’ libertà falza għaliex imnaddfa minn kull responsabbiltà komunitarja. Jissokta l-Papa: “Il-libertà mingħajr l-impenn lejn il-verità ġiet assolutizzata, u l-għana tal-individwu permezz tal-konsumiżmu tal-ġid materjali u tal-esperjenzi li jtiru mar-riħ huma meqjusa b’ idejal. Dan l-idejal joskura il-kwalità tar-relazzjonijiet interpersonali u tal-valuri umani profondi. L-imħabba ġiet ridotta għall-emozzjoni sentimentali u għall-gratifikazzjoni tal-impulsi mingħajr l-ebda impenn biex wieħed jibni rabtiet ta’ appartenenza reċiproka u mingħajr il-ftuħ għall-ħajja”.   Ma nafx liema familja tista’ tassew tibqa’ wieqfa fuq saqajha jekk il-membri li jiffurmawha jagħmlu dak li jaqblilhom? Fuq kollox, jekk għandhiex tibqa’ tissejjaħ familja sempliċiment għaliex il-membri ħaslu joqgħodu fl-istess dar? Mela, dak li jagħmilha m’huwiex għaliex fiha hemm persuni singoli. M’aħniex qiegħdin nitħaddtu fuq merħla annimali fejn l-importanti hu li jkunu gozz. Il-komunjoni familjari m’hijiex kotra bla sens iżda ċelebrazzjoni tal-kapaċità intrinsika u li Alla żejjen biha lilna l-bniedmin li ngħixu ma’ xulxin f’rabta ta’ mħabba u solidarjetà. Il-familja ma tistax tkejjel l-imħabba ta’ bejn il-membri tagħha fuq dak li jħossu għal xulxin. Il-ħass jiżloq. Kulħadd jgħaddi mill-kriżijiet tiegħu. Jiġu mumenti fejn membri differenti fi ħdan l-istess familja jgħaddu minn nawfraġji kbar. Anki l-istess qagħda ekonomika tal-familja taf toħloq piżijiet emozzjonali u spiritwali fuq il-membri tagħha li jistgħu jkunu tqal ħafna biex jinġarru. Aħħ jgħidha kulħadd!   Madankollu, il-familja għandha ħafna x’toffri lis-soċjetà tallum. L-akbar messaġġ li tista’ tgħaddilha hu li l-progress tassew hu dak li jolqot lill-persuna sħiħa. Li l-ħajja tmur lil hinn mill-flus u l-esperjenzi varji u eċitanti li wieħed jista’ jagħmel. L-aktar ħaġa mportanti li s-soċjetà kontemporanja jeħtieġilha tifhem hija li biex hi tkun tista’ tabilħaqq tiffjorixxi trid bilfors toħloq qafas ta’ support! F’dan il-qasam il-familja, sa minn ġuf ommha, hija esperta mill-kbar. Immaġina dawk il-familji fejn hemm persuni li qiegħdin ibatu. Ara ftit kif il-membri l-oħra jduru magħhom. Jgħinuhom. Jisimgħuhom. Jagħmlu minn kollox biex jgħinuhom iħossuhom speċjali. Ħu, ngħidu aħna, każi ta’ mard. Dan nista’ ngħidu jiena personalment. Meta dan l-aħħar għaddejt mill-esperjenza ta’ attakk tal-qalb, il-familja mxerrda tiegħi ingħaqdet miegħi minn kullimkien u għalenija issapportjatni bil-kbir....

Read More

Jibda il-Kors bi Tħejjija għaż-Żwieġ

Jibda il-Kors bi Tħejjija għaż-Żwieġ

Nhar il-Ħadd 4 t’Ottubru 2015, fl-1030am beda l-kors ta’Kana għas sena 2015.  Dan il-Kors organiżżat mill-Grupp Żwieġ u Familja tal-parroċċa ta’San Ġiljan jibqa’ sejjer sal-bidu ta’ Diċembru 2015.  Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-programm sħih: KORS TA KANA San Ġiljan...

Read More

Laqgħa tal-Għarajjes

Laqgħa tal-Għarajjes

Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

Read More

KORS TA’ KANA ‘TĦEJJIJA GĦAŻ- ŻWIEĠ’ FIL- PARROĊĊA – GRUPP LINGWA MALTIJA

KORS TA’ KANA ‘TĦEJJIJA GĦAŻ- ŻWIEĠ’ FIL- PARROĊĊA – GRUPP LINGWA MALTIJA

  Fil- parroċċa tagħna bejn Ottubru u Diċembru 2014 isiru żewġ korsijiet ta’ Kana bi tħejjija għaż – żwieġ nisrani – wieħed bil- Malti u ieħor bl- Ingliż.  Hawnhekk se nagħtu ftit informazzjoni fuq il- kors li sar bil- Malti. Il- kors beda fil- 05 t’ Ottubru u spiċċa fis- 07 ta’ Diċembru – kien isir dejjem kull nhar ta’ Ħadd filgħodu bejn 10.30am u 1pm.  Attendew għal dan il- kors 21 koppja għarajjes li tqassmu f’ 4 gruppi b’ koppja miżżewġa, msejjħa koppa mexxejja li tkun imħarrġa sabiex tmexxi l- grupp.  Din is- sena il- koppji mexxejja kienu Ġorg u Catherine Saliba, Joe u Michelle Meli, Mario u Doreen Xuereb u Carm u Michelle Fenech, li kienu wkoll il- koppja koordinatriċi tal- kors.  Il- kors kien jestendi fuq 10 laqgħat dejjem b’ suġġett differenti u rilevanti għal ħajja miżżewġa. Fost is- suġġetti li ddiskutejna kien hemm kommunikazzjoni effettiva, kif tħares lejn konflitt, kif timpenja ruħek bħala miżżewweġ(a), sesswalita u l- ippjanar ta’ familja, finanżi, x’ inhu s- sagrament taż- żwieġ, u proċeduri u dokumenti meħtieġa għal żwieġ nisrani.  Il- kors fl- aħħar laqgħa imbagħad spiċċa bil- qrar u quddiesa li ġiet iċċelebrata minn Fr Claude.  Wara kien hemm bibita tal- aħħar fis- sala Ġwanni Pawlu II bejn l- għarajjes kollha u l- koppji mexxejja. Il- koppji li attendew ġew minn diversi lokalitajiet ta’ Malta – kellna għarajjes mhux biss minn San Ġiljan iżda anke minn Balzan, Ta’ Xbiex, San Ġwann, Mosta, Mtarfa, Kalkara, Qormi, Buġibba etc.  Għall- ewwel l- għarajjes jiġu ftit fuq qalbhom għax jaħsbu li se jkollhom joqgħodu jisimgħu xi priedka monotona fuq iż- żwieġ.  Iżda wara l- ewwel sessjoni malajr jibdlu fehmthom għax jaraw li s- suġġetti huma interessanti u utli ferm għalihom.   Barra minn hekk huma jiġu mħeġġa jintervenu u jagħtu l- kummenti tagħhom. Għarusa minnhom qaltli “ jien kont qed ngħid kif se jgħaddu dawn is- sagħtejn u nofs iżda lanqas rajthom għaddejin!” Ieħor qalilna “Ħadt gost li ġejt u lanqas naf kif għaddew dawn l- 10 ġimgħat!”  Ikun hemm ħafna kummenti positivi li juru li l- kors ħalla impressjoni tajba fuq dawn l- għarajjes. Ta’ min jgħid iżda li din is- sena l- parroċċa kellha problema fejn se tagħmel dan il- kors.  Dan peress li l- parroċċa ma għandiex faċilitajiet ta’ kmamar biżżejjed biex tospita 4 gruppi u għalhekk dawn l- aħħar snin il- laqgħat kienu jsiru fil- Magister Academy li hi skola privata tal- Ingliż.  Iżda minħabba xi xogholijiet li jridu jsiru f’ din l- iskola, din is – sena ma kienx possibli li jsir hemmhekk.  Għalhekk wara ħafna qtigh il- qalb l- Agostinjani tawna permess nużaw il- kunvent ta’ Santa Rita f’ Baystreet – hawn nixtieq nirringrazzja lil Fr Joe...

Read More