KORS TA’ KANA ‘TĦEJJIJA GĦAŻ- ŻWIEĠ’ FIL- PARROĊĊA – GRUPP LINGWA MALTIJA

KORS TA’ KANA ‘TĦEJJIJA GĦAŻ- ŻWIEĠ’ FIL- PARROĊĊA – GRUPP LINGWA MALTIJA

  Fil- parroċċa tagħna bejn Ottubru u Diċembru 2014 isiru żewġ korsijiet ta’ Kana bi tħejjija għaż – żwieġ nisrani – wieħed bil- Malti u ieħor bl- Ingliż.  Hawnhekk se nagħtu ftit informazzjoni fuq il- kors li sar bil- Malti. Il- kors beda fil- 05 t’ Ottubru u spiċċa fis- 07 ta’ Diċembru – kien isir dejjem kull nhar ta’ Ħadd filgħodu bejn 10.30am u 1pm.  Attendew għal dan il- kors 21 koppja għarajjes li tqassmu f’ 4 gruppi b’ koppja miżżewġa, msejjħa koppa mexxejja li tkun imħarrġa sabiex tmexxi l- grupp.  Din is- sena il- koppji mexxejja kienu Ġorg u Catherine Saliba, Joe u Michelle Meli, Mario u Doreen Xuereb u Carm u Michelle Fenech, li kienu wkoll il- koppja koordinatriċi tal- kors.  Il- kors kien jestendi fuq 10 laqgħat dejjem b’ suġġett differenti u rilevanti għal ħajja miżżewġa. Fost is- suġġetti li ddiskutejna kien hemm kommunikazzjoni effettiva, kif tħares lejn konflitt, kif timpenja ruħek bħala miżżewweġ(a), sesswalita u l- ippjanar ta’ familja, finanżi, x’ inhu s- sagrament taż- żwieġ, u proċeduri u dokumenti meħtieġa għal żwieġ nisrani.  Il- kors fl- aħħar laqgħa imbagħad spiċċa bil- qrar u quddiesa li ġiet iċċelebrata minn Fr Claude.  Wara kien hemm bibita tal- aħħar fis- sala Ġwanni Pawlu II bejn l- għarajjes kollha u l- koppji mexxejja. Il- koppji li attendew ġew minn diversi lokalitajiet ta’ Malta – kellna għarajjes mhux biss minn San Ġiljan iżda anke minn Balzan, Ta’ Xbiex, San Ġwann, Mosta, Mtarfa, Kalkara, Qormi, Buġibba etc.  Għall- ewwel l- għarajjes jiġu ftit fuq qalbhom għax jaħsbu li se jkollhom joqgħodu jisimgħu xi priedka monotona fuq iż- żwieġ.  Iżda wara l- ewwel sessjoni malajr jibdlu fehmthom għax jaraw li s- suġġetti huma interessanti u utli ferm għalihom.   Barra minn hekk huma jiġu mħeġġa jintervenu u jagħtu l- kummenti tagħhom. Għarusa minnhom qaltli “ jien kont qed ngħid kif se jgħaddu dawn is- sagħtejn u nofs iżda lanqas rajthom għaddejin!” Ieħor qalilna “Ħadt gost li ġejt u lanqas naf kif għaddew dawn l- 10 ġimgħat!”  Ikun hemm ħafna kummenti positivi li juru li l- kors ħalla impressjoni tajba fuq dawn l- għarajjes. Ta’ min jgħid iżda li din is- sena l- parroċċa kellha problema fejn se tagħmel dan il- kors.  Dan peress li l- parroċċa ma għandiex faċilitajiet ta’ kmamar biżżejjed biex tospita 4 gruppi u għalhekk dawn l- aħħar snin il- laqgħat kienu jsiru fil- Magister Academy li hi skola privata tal- Ingliż.  Iżda minħabba xi xogholijiet li jridu jsiru f’ din l- iskola, din is – sena ma kienx possibli li jsir hemmhekk.  Għalhekk wara ħafna qtigh il- qalb l- Agostinjani tawna permess nużaw il- kunvent ta’ Santa Rita f’ Baystreet – hawn nixtieq nirringrazzja lil Fr Joe...

Read More

Quddiesa Speċjali għall-Familji

Quddiesa Speċjali għall-Familji

Il-Ħadd 28 ta’Diċembru 2014, il-Grupp Żwieg U Familja tal-parroċċa ta’ San Ġiljan, organiżża quddiesa għall-familji fl-okkażżjoni tal-festa tal-Familja Mqaddsa ta’Nażaret.  Matul din il-quddiesa, il-koppji preżenti ġeddew il-wegħdiet taż-Zwieġ.  Il-quddiesa tmexxiet mill-kappillan Fr Claude Portelli.  Is-sur Carm Fenech flimkien mal-grupp żwieġ u familja ikkordinaw din l-okkażżjoni.  Għal iżjed ritratti żur il-paġna “Parroċċa San Ġiljan” fuq facebook.            ...

Read More

Jiġi fi tmiemu l-Kors bi Tħejjija għaż-Żwieġ

Jiġi fi tmiemu l-Kors bi Tħejjija għaż-Żwieġ

Ix-xahar ta’Diċembru ġab miegħu it-tmiem tal-kors bi tħejjija għas-Sagrament taż-Żwieġ organizzat mill-Grupp Zwieġ u Familja tal-parroċċa ta’ San Ġiljan.  Il-kors intemm b’quddiesa immexxija mill-kappillan Fr Claude Portelli.  Matul din il-quddiesa ġew ippreżentati iċ-ċertifikati, kif ukoll il-koppji ġew imħeġġa biex jagħtu rigal lil xulxin waqt il-mument tal-paċi, iġifieri qabel it-Tqarbin.       This slideshow requires...

Read More