Catechism Applications

Catechism Applications

Throughout the month of May we will be accepting new registrations for children who will be receiving their First Holy Communion in 2018. These forms are also to be used for any children who have previously attended Catechism classes at their schools, or in different parishes, but would like to start attending lessons in St. Julians. The registration form can be downloaded from the below link.  The completed forms must be returned to the parish office by the end of May 2017. Cathecism-Registration-Form-2017-2018-1.pdf (9...

Read More

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Matul ix-xahar ta’ Mejju ser inkunu qegħdin naċċettaw reġistrazzjonijiet ġodda għal dawk it-tfal li ser jibdew jattendu l-ewwel sena tal-katekiżmu, iġifieri dawk li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina is-sena d-dieħla. Dawn il-formoli jgħoddu wkoll għal kull min jixtieq jibgħat it-tfal għal-lezzjonijiet gewwa San Ġiljan imma ghal xi raġuni dawn kienu jattendu f’irħula oħra jew skejjel privati. Il-formola tistgħu tniżżluha minn din il-link hawn taħt.  Il-formola mimlija trid tasal l-uffiċċju parrokkjali sal-aħħar ta’ Mejju 2017. Applikazzjoni-Ċentri-Duttrina-2017-2018.pdf (13...

Read More

Bidu tas-Sena Kateketika 2016-2017

Bidu tas-Sena Kateketika 2016-2017

Din il-ġimgħa rat il-bidu ta’ sena ġdida ta’ katekiżmu għat-tfal ta’ bejn sitt snin u tnax il-sena. F’żewġ serati separati, it-tfal iltaqgħu fil-Knisja Parrokkjali fejn ingħataw merħba mis-Sinjorina Doris Borg – ko-ordinatriċi tal-katekizmu – kif ukoll mill-katekisti u l-Kappillan Waqt dawn is-laqgħat saru wkoll it-tiġdid tal-wegħdiet minn naħa tal-katekisti, tat-tfal u tal-ġenituri. Rappreżentant minn kull kategorija telgħu fuq l-artal fejn qraw il-wegħdiet f’isem kull min kien prezenti, u wegħdu li l-katekisti jgħallmu kif ried Ġesù, it-tfal jisimgħu u joqgħodu attenti waqt il-lezzjoni, u l-ġenituri li jagħmlu ħilithom biex iwasslu lit-tfal għall-katekiżmu u jagħmlu dak kollu li hu meħtieġ minn għandhom. Wara l-wegħdiet, il-katekisti ħadu lit-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom fil-klassijiet fejn ser jiltaqgħu kull ġimgħa. Hawnhekk huma introduċew ruħhom mat-tfal u l-ġenituri u tawhom xi dettalji importanti. Minn din il-paġna nawguraw sena kateketika sabiħa lil dawn it-tfal u...

Read More

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu Sena 2016-2017: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2010, jistgħu jimlew l-applikazzjonijiet fl-Uffiċċju Parrokkjali sa l-aħħar ta’ Mejju 2016. Ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet wara din id-data.  Il-ġenituri għandhom jaraw li jimlew l-applikazzjoni mill-aktar fis.

Read More

Stqarrija mill-Kappillan Fr Claude Portelli

Stqarrija mill-Kappillan Fr Claude Portelli

Il-Kappillan jixtieq jinforma lil kulħadd li s-Superjuri Ġenerali tas-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M. ħadu deċiżjoni li diversi oqsma tal-M.U.S.E.U.M. se jkunu qegħdin jiftħu darba fil-ġimgħa biss. Fost dawn l-oqsma hemm dak ta’ San Ġiljan. Għalkemm il-katekiżmu tas-subien se jkompli jingħata nhar ta’ Ħamis, fil-ġranet l-oħra l-qasam ta’ San Ġiljan se jkun magħluq. Il-Parroċċa se tkun qed tieħu ħsieb ukoll il-katekiżmu tas-subien tal-Ewwel Tqarbina. Minkejja li l-Kappillan matul dawn l-aħħar ġimgħat kellu laqgħat biex jara l-possibilita’ li l-qasam ta’ San Ġiljan jibqa’ jintuża anke mill-parroċċa stess, milli jidher id-deċiżjoni tal-M.U.S.E.U.M. hija li dan jintuża biss fil-ġurnata tal-Ħamis meta se jkun hemm soċju tal-M.U.S.E.U.M. preżenti. Il-Kappillan jixtieq jagħmilha ċara ħafna li din id-deċiżjoni ma kenitx tiddependi minnu jew mill-parroċċa u li ttieħdet mis-Superjuri tal- M.U.S.E.U.M. stess. Il-Kappillan jirringrazzja lill-membri tal-M.U.S.E.U.M., Superjuri u soċji li ħadmu fil-qasam ta’ San Ġiljan, speċjalment lil William Camilleri li ilu 22 sena f’San Ġiljan u li issa se jintbagħat f’qasam...

Read More

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament). L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għandna sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru...

Read More