Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament). L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għandna sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru...

Read More

Korsijiet ta’ Formazzjoni

Korsijiet ta’ Formazzjoni

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi istituti ohra se jorganizzaw korsijiet ta’ formazzjoni li se jibdew f’Ottubru li gej. Hemm korsijiet varji hafna. Ghal aktar informazzjoni ara il-website link http://maltapfi.org/courses/prospectus/ jew cempel fuq 22039510/513 jew ibghat email fuq [email protected] (Ir-Ritratt juri iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni-Ritratt PhotoCity) Prospectus Courses offered by Pastoral Formation Institute: Basic Course in Parish Life Ethics and Business Leadership  General Education Award in Evangelisation Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry Higher Education Award in Catholic Social Teaching Higher Education Award in Ecumenism Higher Education Award in Evangelisation in a Digital Age Higher Education Award in Family Ministry Higher Education Award in Liturgy Higher Education Award in Parish Nursing Higher Education Award in Spirituality Higher Education Award in Theology Module in Franciscan Spirituality Module on the Ministry of the Liturgical Cantor Respect for Life The Human Experience of God in Prayer   Courses offered by Other Institutes:   Courses offered by the Faculty of Theology Courses offered by the Cana Movement Formation Courses offered by the Augustinian Institute Formation Courses offered by the Carmelite Institute Malta ŻAK – Courses in Youth...

Read More

Inkurunazzjoni tal-Madonna

Inkurunazzjoni tal-Madonna

Nhar il-Ħamis 28 ta’Mejju 2015, ġiet fi tmiemha s-sena kateketika fil-parroċċa ta’ San Ġiljan.  Il-klassijiet kollha tal-katekiżmu inklużi dawk tal-Museum, ħadu sehem f’purċissjoni qasira mill-knisja ta’Lapsi sal-knisja parrokkjali.  Hemmhekk saret ċerimonja tal-inkurunazzjoni tal-Madonna.         This slideshow requires...

Read More

Dimostrazzjoni bil-Bambin

Dimostrazzjoni bil-Bambin

It-Tlieta 23 ta’Diċembru 2014 fis-sitta nieqes kwart ta’ fil-għaxija, bdiet id-dimostrazzjoni bil-Bambin mill-qasam tal-Muzew ġewwa San Ġiljan.  Din id-dimostrazzjoni kienet bdiet bl-ideja ta’ Dun Ġorg Preca.  Il-membri tal-Mużew flimkien ma selezzjonijiet miż-żewġ baned tal-lokal animaw din id-dimostrazzjoni.  Kollox intemm fil-knisja parrokkjali b’qari ta’poeżija u priedka minn tifla.         This slideshow requires JavaScript.    ...

Read More

Tintemm in-Novena għat-Tfal

Tintemm in-Novena għat-Tfal

Ġiet fi tmiemha in-novena għat-tfal organiżżata mill-kummissjoni kateketika flimkien mal-katekisti u l-membri tal-Mużew. Qed inwasslulkom xi partijiet min-novena permezz ta’dawn ir-ritratti.      ...

Read More

Jum il-Premjazzjoni

Jum il-Premjazzjoni

Fil-qasam tal-Mużew ta’ San Ġiljan, nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru 2014, ġie organiżżat Jum il-Premjazzjoni.  Matul din is-serata mill-isbaħ, f’sala mimlija nies, ġew imtella features dwar il-Milied, Għanjiet tal-Milied, kif ukoll play mit-tfal li jattendu l-Mużew.  Wara, it-tfal kollha ġew ippreżentati b’rigal mis-superjur Matthew Vassallo.  Saret ukoll bibita’ għal dawk kollha preżenti.         This slideshow requires...

Read More