AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 13 – 14 ta’ Mejju 2017

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 13 – 14 ta’ Mejju 2017

  Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq Mensija (In-naħa ta’ barra).   Pellegrinaġġ Marjan – Leġjun ta’ Marija: Din is-sena mhux se jsir minħabba x-xogħol li għaddej.   Grupp Ħbiberija – Ħarġa għal Għawdex: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi nhar il-Ġimgħa se ssir Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu minn Pjazza Spinola fit-8.00am. Importanti li min jixtieq jibbukkja, iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tlieta filgħaxija.   Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss se ssir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.   Laqgħa mill-Qrib: Nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-ħames xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.   Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2011, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).   Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.   Jum l-Omm: Nawguraw lill-ommijiet kollha għall-Jum...

Read More

Il-Ħames Ħadd tal-Għid

Il-Ħames Ħadd tal-Għid

Qari I Għażlu sebat irġiel mimlijin bl-Ispirtu s-Santu. Atti 6, 1-7   Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli   F’dawk il-jiem l-għadd tad-dixxipli kien qiegħed jiżdied; għalhekk sar xi tgergir mil-Lhud Griegi kontra l-Lhud, għax dehrilhom li ma kienx hemm min jieħu ħsieb ir-romol tagħhom fil-ministeru ta’ kuljum.   Għalhekk it-Tnax sejħu l-ġemgħa tad-dixxipli u qalulhom: “Mhux sewwa li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla biex naqdu fl-imwejjed. Mela, l-aħwa, ħudu ħsieb u agħżlu minn fostkom sebat irġiel li għandhom isem tajjeb u li huma mimlijin bl-Ispirtu u bl-għerf, u nħallu din il-ħidma f’idejhom. U aħna nagħtu ruħna għat-talb u għall-ministeru tal-Kelma”.   Dan il-kliem għoġob lill-ġemgħa kollha; u għażlu lil Stiefnu, bniedem mimli bil-fidi u bl-Ispirtu s-Santu, lil Filippu, lil Prokoru, lil Nikanor, lil Timon, lil Parmena, u lil Nikola, prosèlita minn Antijokja. Lil dawn ressquhom quddiem l-appostli, li talbu u qiegħdu idejhom fuqhom. U l-kelma ta’ Alla kienet tixtered dejjem aktar; l-għadd tad-dixxipli kien jiżdied ħafna f’Ġerusalemm, u kotra kbira ta’ qassisin kienu joqogħdu għall-fidi.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Salm Responsorjali Salm 32 (33), 1-2.4-5.18-19   R/. (22): Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna, kif fik hi t-tama tagħna jew R/. Hallelujah, hallelujah, hallelujah   Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej; jixirqilhom ifaħħruh in-nies sewwa. Faħħru l-Mulej bid-daqq taċ-ċetra; għannulu fuq l-arpa b’għaxar kordi. R/.   Għax sewwa hi l-kelma tal-Mulej, kollox bil-fedeltà huwa għamel. Hu jħobb id-dritt u s-sewwa; bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. R/.   Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu, fuq dawk li jittamaw fit-tjieba tiegħu, biex jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom, u jaħjihom fi żmien il-ġuħ. R/.   Qari II Intom ġens maħtur, saċerdozju rjali. 1 Piet 2, 4-9   Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pietru Appostlu   Għeżież, ersqu lejn il-Mulej, li hu dik il-ġebla ħajja li kienet imwarrba mill-bennejja, imma magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża. U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali, saċerdozju qaddis, biex toffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu lil Alla permezz ta’ Ġesù Kristu. Għax hekk hemm miktub fl-Iskrittura: “Jien inqiegħed f’Sijon ġebla tax-xewka, magħżula u għażiża; min jemmen fiha ma jkollux għax jitħawwad”.   Għalikom, mela, li temmnu, dan huwa ġieħ! Għal dawk li ma jemmnux, din l-istess ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka, ġebla ta’ tiġrif u tfixkil. Tfixklu għax ma qagħdux għall-kelma ta’ Alla. Għal dan kienu ddestinati. Imma intom ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih, biex ixxandru t-tifħir ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Ġw 14, 6   Hallelujah. R/. Hallelujah Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej; ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. R/. Hallelujah   Evanġelju Jiena...

Read More

L-Aħħar jiem tar-Randan – Parroċċa San Ġiljan

L-Aħħar jiem tar-Randan – Parroċċa San Ġiljan

– L-Erbgħa 5 t’ April 2017: Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, ħin ta’ adorazzjoni fis-silenzju fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar. – L-Ħamis 6 t’April 2017: Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra jippreżentaw Crucem Tuam. – L-Ġimgħa 7 t’April 2017: Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali li jibda’ mill-knisja parrokkjali u wara quddiesa. – Il-Ħadd 9 t’April 2017: Ħadd il-Palm.  09.15am Tberik tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-carpark tal-knisja parrokkjali.  Wara purċissjoni qasira sal-knisja parrokkjali u tkompli l-Quddiesa tad-09.30am bis-sehem tat-tfal. – It-Tnejn 10 t’April 2017 : Via Sagra wara l-Quddies tas-7.00pm mill-knisja parrokkjali u taddi minn Triq il-Kbira, Triq San Elija, Triq Sant’ Anġlu, tinżel Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira u lura fil-knisja parrokjali. – It-Tlieta 11 t’April 2017: Kunċert ta’ mużika klassika u sagra mis-St Julians Choral Group fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali. – L-Ħamis 13 t’April 2017: Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl. – L-Ġimgħa 14 t’April 2017: L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali. – Is-Sibt 15 t’April 2017: Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.  Iċ-ċelebrazzjoni ser titmexxa mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. – Il-Ħadd 16 t’April 2017: L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am quddiesa għat-tfal fil-knisja parrokkjali u wara jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola. – Il-Ħadd 23 t’April 2017: Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali animata mis-St Julians Choral...

Read More

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan

  Qari I David ikkonsagrat sultan ta’ Iżrael. 1 Sam 16, 1b.6-7.10-13a   Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel   F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Samwel: “Imla l-qarn biż-żejt u itlaq. Jien se nibagħtek għand Ġesse l-Betlemita, għaliex minn fost uliedu jien għażilt għalija sultan”.   Ġara li malli wasal, Samwel ra lil Elijab u qal: “Hawn quddiem il-Mulej il-midluk tiegħu?”. U l-Mulej qal lil Samwel: “Tħarisx lejn is-sura tiegħu, jew it-tul ta’ persuntu, għax jiena diġa’ warrabtu. Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher fl-għajn, imma l-qalb”.   Ġesse ressaq quddiem Samwel sebgħa minn uliedu; imma Samwel qallu: “Il-Mulej ma ħatar lil ħadd minn dawn”. U ssokta jgħidlu: “Dawn huma t-tfal kollha?” Ġesse wieġbu: “Għad fadal iż-żgħir, qiegħed jirgħa n-nagħaġ”. U Samwel qal lil Ġesse: “Ibgħat għalih u ġibu, għax ma noqogħdux fuq il-mejda qabel ma jiġi hawn”. U bagħat għalih u ġiebu. Kien żagħżugħ ruxxan, għajnejh ħelwin, u sabiħ fis-sura tiegħu. U l-Mulej qal lil Samwel: “Qum u idilku, għax dan hu”. Samwel ħa f’idejh il-qarn biż-żejt, u dilku quddiem ħutu. Minn dakinhar ’il quddiem niżel fuq David u ħakmu l-ispirtu tal-Mulej.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Salm Responsorjali Salm 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6   R/. (1): Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni   Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni; f’mergħat kollha ħdura jqegħedni. Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni; hemm hu jrejjaqni. R/.   Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu. Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi. Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni. R/.   Int tħejji mejda għalija quddiem l-għedewwa tiegħi. Biż-żejt tidlikli rasi, u l-kalċi tiegħi tfawwarli. R/.   Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena il-jiem kollha ta’ ħajti. U ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj! R/.   Qari II Qum mill-imwiet, ħa jiddi fuqek Kristu. Ef 5, 8-14   Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Efesin   Ħuti, intom kontu darba dlam, imma issa intom dawl fil-Mulej; għixu ta’ wlied id-dawl li intom; frott id-dawl jinsab f’kull ma hu tjieba, f’kull ma hu ġustizzja, f’kull ma hu verità. Fittxu li tagħrfu dak li jogħġob lill-Mulej, 11u tisseħbux fl-għemejjel tad-dlam bla frott, imma ikxfuhom fil-beraħ. Għax dak li qegħdin jagħmlu huma fil-moħbi, tistħi mqar jekk issemmih; imma meta wieħed joħroġhom fil-beraħ, id-dawl juri kollox, għax kull ma jidher hu dawl; għalhekk jingħad: “Stenbaħ int, li int rieqed, u qum mill-imwiet, ħa jiddi fuqek Kristu”.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Ara Ġw 8, 12   R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu! Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej; min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja. R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!   Evanġelju Mort, inħsilt, u ġejt nara. Ġw...

Read More

Għaliex ?

Għaliex ?

Għaliex il-vjola ?  Għaliex ix-xewk? Għaliex kurċifiss kbir fin-nofs ? Għaliex zkuk niexfa flok ward frisk u sabiħ ?  Għaliex Via Sagra ? Għaliex kant kiebi u mhux ferrieħi ?  Għaliex mużika b’volum baxx ? Għaliex inkantaw Glorja u Tifħir u mhux Allelulia ?  Għaliex ma tingħadx il-Glorja?  U nibqgħu sejrin…Għaliex ?     Huma mistoqsijiet li jistgħu jiġuna ġo moħħna hekk kif nidħlu ġo knisja fi żmien ir-Randan imma forsi ma nistaqsuhom lil ħadd u allura nibqgħu bla tweġiba – jew naslu għal konklużjoni żbaljata.       Ir-Randan hu żmien sabiħ immens biex wieħed:     Jidħol fih innifsu; Jagħaraf x’hemm itaqqlu f’ħajjtu; Jagħaraf x’hemm jikkonfondih fil-fond tal-kuxjenza tiegħu; Jagħaraf id-dnubiet u l-fraġilitajiet tiegħu; Jagħaraf in-nuqqas ta’ kontroll: f’ġismu, fl-aptit tiegħu, fir-rieda tiegħu..   Meta wieħed jagħaraf dan kollu, u jaċċettahom bħala parti minnu…..imbagħad ikun jista’ jibda’ l-proċess ta’fejqan.     L-atmosfera ta’ ġol-knisja f’dan iż-żmien tipprova toħloq ambjent li jgħinek tidħol f’atmosfera ta’ deżert – il post li fih Ġesu’ stess inqata’ minn ta’ madwaru u mil-lussu kollu…biex jiltaqa’ miegħu innifsu u ma’ Alla – id-deżert – post ta’ distakk minn dak kollu li jpaxxi l-għajnejn u s-sensi l-oħra, u post ta’ sagrifiċċju.   Għalhekk fil-knisja nsumu mill-ward frisk, mill-kulur abjad, mill-kant ferrieħi, mill-Glorja u l-Allelulia…li kollha jirritornaw lura fil-lejl qaddis...

Read More

Titħajjar għal Abbati jew Abbatina ?

Titħajjar għal Abbati jew Abbatina ?

Il-grupp tal-abbatini huwa realta’ sabiħa fil-ħajja tal-parroċċa.  Minbarra s-servizz li huma jagħtu fuq l-artal, l-abbatini għandhom ċans jiġu ffurmati fuq livell uman u spiritwali permezz ta’ xi laqgħat u anke ħarġiet u mumenti oħra ta’ rikreazzjoni li jgħinuhom jikbru bħala bnedmin u bħala nsara. Waqt li nuru l-apprezzament tagħna għall-abbatini li diġa’ qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-parroċċa tagħna, qed nagħmlu stedina biex aktar tfal jissieħbu f’dan il-grupp.  Għalhekk, dawk il-ġenituri li għandhom tfal subien jew bniet li għamlu diġa l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jsiru abbatini, huma mitluba jkellmu lill-kappillan jew lill-viċi mill-aktar fis.  Huma jibdew jiġu mħejjija biex imbagħad fil-festa ta’ San Ġiljan jiġu aċċettati formalment fil-grupp tal-abbatini waqt Vestizzjoni li ssir apposta għalihom. Titħajjar tidħol abbati jew abbatina ? Titħajjru u tixtiequ intom il-ġenituri taraw lit-tifel u/jew tifla tagħkom abbati jew abbatina ?  Bħala ħin mhu ser itellef xejn għax is-servizz tal-abbati huwa waqt il-ħin li intom tkun l-knisja għall-Quddiesa tal-Ħadd.  Bi ftit sforz ejjew inkabbru dan il-grupp u jkollna servizz liturġiku isbaħ u...

Read More