PELLEGRINAĠĠ GĦALL- ADOLOXXENTI

Il-bniedem qiegħed f’mixja, bħal pellegrin li qiegħed fi vjaġġ biex jagħraf l-iskop tal-ħajja tiegħu. Iżda madwarna għandna ħafna storbju, affarijiet li jibbumbardjawna minn kull naħa u li jtellfuna. Imma fost dan l-istorbju kollu hemm dik il-ħaġa waħda li tagħtik sens fil-ħajja, qisha bħal GPS jew sinjal tat-triq bil-vleġġa biex jurik fejn trid tmur f’dan il-vjaġġ. B’dan il-ħsieb u b’rabta mas-Sena tal-Ħniena, ser norganizzaw attività bit-tema Fejn sejrin? għal adoloxxenti …u żgħażagħ bejn tlettax u sbatax-il sena nhar it-Tlieta 19 ta’ Lulju, 2016. Din l-attività tinkludi ice-breaker, diskussjoni, pellegrinaġġ qasir lejn il-Bieb tal-Ħniena u quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Tluq mill-parking tal-Knisja ta’ San Ġiljan fis-6:30pm. Wara nieħdu xi ġelat jew xi ħaġa flimkien. Min hu interessat iħalli message jew post jew jikkuntattja lil Fr Gilbert jew Fr Paul sa nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2016 ħalli naħsbu...

Read More

Ġest Sabiħ mit-Tfal tal-Parroċċa

Ġest Sabiħ mit-Tfal tal-Parroċċa

Waqt il-Quddiesa li ġiet organiżżata mit-tfal għat-tfal fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan, il-kappillan Fr Claude Portelli waqt l-omelija, spjega kif aħna lkoll imsejħin biex ngħinu lil ħaddiehor jara s-sabiħ tal-ħajja.    Biex inwettqu dan fil-konkret, stieden lil kull min xtaq biex b’donazzjoni ta’ € 2.50 ikun qed jikkontribwixxi biex jinxtraw pakketti ta’ gallettini bil-kliem LOVE u HOPE. (ara ritratt).  Dawn il-pakketti ser jitqassmu lit-tfal rikoverati fir-Rainbow Ward f’Mater Dei u fl-isptar...

Read More

Programm – Randan u Ġimgħa Mqaddsa 2016 f’San Ġiljan

Programm – Randan u Ġimgħa Mqaddsa 2016 f’San Ġiljan

– L-Erbgħa 10 ta’ Frar 2016: L-Erbgħa tal-Irmied – wara l-quddiesa tas-6.30pm issir l-Adorazzjoni tas-Salib kif ukoll ħin għall-qrar.    – Il-Ħamis 11 ta’ Frar 2016: Fis-7.15pm se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Klarissi (flimkien mal-parroċċi tal-Unita’). – Il-Ġimgħa u kull nhar ta’Ġimgħa matul ir-Randan – Adorazzjoni bejn it-1500 -1600 fil-knisja parrokkjali. – Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2016: L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Wara l-quddiesa tas-6.30pm se ssir adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali bit-talba tar-rużarju, kif ukoll ħin għall-qrar. – Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2016: Adorazzjoni bejn id-2100 u 0200hrs fil-knisja tal-Kunċizzjoni. Ikun hemm ħin għall-Qrar. – Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016: Irtir tar-Randan għall-kulħadd, l-Oratorju, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan). -L-Erbgħa 9, Il-Ħamis 10 u l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016: 3 ijiem eżerċizzi għal kulħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan). – Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016: 4.00am – Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Mellieħa – L-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016: wara l-quddiesa tas-6.30pm issir l-Lectio Divina u wara ħin ta’ adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar. – L-Ġimgħa 18 ta’Marzu 2016 – Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali u wara quddiesa fil-knisja parrokkjali. – Il-Ħadd 20 ta’Marzu 2016– Ħadd il-Palm.  09.00am Tberik tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-knisja Ta’Lapsi.  Wara purċissjoni sal-knisja parrokkjali.  – It-Tnejn 21 ta’Marzu 2016 – Via Sagra wara l-Quddies tas-6.30pm mill-knisja parrokkjali u taddi mit-toroq ġewwa The Gardens. – It-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016 – Kunċert ‘The Passion of Christ’ mill-Amadeus Choir fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali. – L-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016 – Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl. – L-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016 – L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali. – S-Sibt 26 ta’ Marzu 2016 – Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija. – Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016 – L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola. – Il-Ħadd 3 t’April 2016 – Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali immexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J.Scicluna u animata mis-St Julians Choral Group.       This slideshow requires...

Read More

L-Evanġelizzazzjoni f’Evangelii Gaudium

L-Evanġelizzazzjoni f’Evangelii Gaudium

Seminars dwar Evangelii Gaudium: Nhar il-Ġimgħa fis-7.15pm se jsir it-tieni Seminar dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Evangelii Gaudium, fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. It-tema se tkun ‘L-Evanġelizzazzjoni f’Evangelii Gaudium’. Kulħadd mistieden.  ...

Read More

Programm Liturġiku tal-Festa ta’San Ġiljan 2015

Programm Liturġiku tal-Festa ta’San Ġiljan 2015

Is-Sibt, 22 ta’ Awwissu 2015 6.45pm Il-vara ta’ San Ġiljan tal-Banda Spinola titlaq fuq dgħajsa mill-pont tal-Qaliet. Il-vara tkun akkumpanjata minn inġenji tal-baħar. Mad-dħul tal-vara f’Xatt is-Sajjieda jitkanta l-innu popolari. 7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-Kappillan Fr. Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tas-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Il-quddiesa tkun animata minn Andrew Cauchi. Wara l-quddiesa jkun hemm attività fl-istess post. It-Tnejn, 24 ta’ Awwissu 2015 Jum id-Dilettanti tal-Festa  7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li jġibu isem il-patrun San Ġiljan bis-sehem tas-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan, Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa. It- Tlieta, 25 ta’ Awwissu 2015 Jum l-Anzjani Fil-Knisja ta’ Lapsi, fis-6.00 pm ser tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Din ser tkun immexxija minn Patri Pawl Galea OFM, u animata mis-St Julian’s Choral Group.  Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi. Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. L- Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 2015  Jum it-Tfal 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal mill-Kappillan, Fr. Claude Portelli, organizzata mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa u animata mis-St. Julian’s Childrens’ Choir. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini ġodda. Wara ssir purċissjoni għat-tfal bil-vara ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. Wara t-tfal ikollhom festin.   Il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2014  Jum l-Għaqdiet Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata minn Fr Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali u ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara l-quddiesa titkanta l-antifona Beate Juliane u ċ-ċelebrazzjoni tintemm bil-kant tal-innu popolari. F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom lill-Kappillan, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karita’ tal-Parroċċa. Il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2015  Jum il-Familja 5.45pm Quddiesa letta fil-knisja ta’ Lapsi mill-W.R. Dun Marc Andre Camilleri, Kappillan tal-parroċċa ta’Kristu Re, Raħal Ġdid.  Wara l-Quddiesa, Dun Marc Andre Camilleri jinseġ kuruna ta’tifħir lill-Qaddis patrun permezz ta’priedka.  Isegwi kant tal-innu tal-istrofi Nominem Insignem u l-antifona Beate Juliane.  Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.  Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi, taħt it-tmexxija ta’Mro. Mons. Ġwann Galea.   Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu  żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa Fr Marco Portelli. Is-Sibt, 29 ta’ Awwissu 2015 Lejliet il-Festa 5.00pm Il-quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi titqaddes minnW.R. Kan. Dun Nicholas Doublet . 6.00pm Issir translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Knisja...

Read More

Programm tal-Festa 2014

Programm tal-Festa 2014

Bla dubju ta’ xejn, il-festa ta’ San Ġiljan għandha storja twila warajha.  U kif kien jixraq, il-festa sa mill-bidu ħadet dimensjoni ta’ ferħ u djakonija. Hawn isfel wieħed jista jsib il-programm tal-festa ta’ San Ġiljan li intbgħat f’ kull dar ġewwa San Ġiljan. Tistgħa tgħafas fuqu u jiġi ‘Full Screen’ biex tara aħjar. Jekk tiltaqa’ ma xi diffikulta nitolbuk tikkuntatjana.    ...

Read More