IT-TWELID TAL-KNISJA

IT-TWELID TAL-KNISJA

GĦID IL-ĦAMSIN, PENTEKOSTE (2019) Fejn m’hemmx l-Ispirtu s-Santu m’hemmx Knisja. Dan hu kliem il-Missirijiet tal-Knisja. l-Ispirtu s-Santu huwa l-Imħabba li hemm bejn il-Missier u l-Iben li tinfirex b’qawwa ħerqana fuq il-bnedmin li jemmnu fil-Misteru tal-Għid ta’ Kristu. Fejn m’hemmx fidi fi Kristu, l-Ispirtu s-Santu ma jersaqx u jċedi postu għall-ispirtu tal-bniedem li bl-intenzjonijiet tajba kollha tiegħu ma jafx iġib u joħloq ħlief tħarbit u kaos. Huwa l-Ispirtu ta’ Alla li mix-xejn joħloq is-sabiħ, mill-kaos l-ordni, mid-dlam id-Dawl. Il-Ġenesi jgħid li fil-bidu “kienet l-art taħwid u baħħ; u d-dlam kien fuq wiċċ l-abbissi u fuq wiċċ l-ibħra kien jittajjar l-Ispirtu ta’ Alla.” (Ġen. 1, 1). Imma l-Imħabba ta’ bejn il-Missier u l-Iben bdiet issawar is-Sbuħija għax din l-Imħabba riedet tinqasam ma’ oħrajn, riedet tgħaddi għal għand oħrajn. Għax hu kontra n-natura tal-Imħabba li tinagħlaq fiha nnifisha, imma trid tinagħta u tinagħta sabiex l-hena u s-sbuħija tagħha titgawda iktar kemm timmultiplika. L-Imħabba toħloq dejjem; huwa l-egoiżmu tagħna li jeqred. Għalhekk inħoloq l-univers, u l-art li fuqha ninsabu, u s-sema u l-baħar, l-għoljiet u l-widien, l-annimali tal-art, tal-ilma u tal-ajru; u fuq kollox, l-Imħabba ħalqet il-bniedem xbiha tagħha. “U ħares Alla lejn kulma kien għamel, u ara, kollox kien tajjeb ħafna.” (Ġen. 1, 31). L-ikbar opra tal-Imħabba huwa l-bniedem, u fuq din il-ħlejqa, l-Imħabba rriskjat immens. Għax, ta’ Mħabba li hi, ma setgħetx ma toħloqx lill-bniedem ħieles li jiddeċiedi jekk jirreċiprokax din l-Imħabba jew idawwar spallejh u jitlaq ’l hemm. Alla ġralu bħal dak il-ġuvni li qalbu ntrabtet ma’ tfajla u wara li dam itella’ u jniżżel, resaq lejha u wrieha mħabbtu u talabha mħabbitha. Dejjem hu riskju, dan! Imma t-tfajla ma kellha l-ebda interess li tħobbu lura għax qalbha kienet tatha lil ħaddieħor, u qatgħetlu fil-qosor it-tamiet kollha tiegħu. L-Imħabba, jekk hi Mħabba vera u mhux egoiżmu bħalma dejjem naraw madwarna, ma tistax tisforza. Hi tirtira lura sensittiva quddiem iċ-ċaħda. Il-bniedem dar lejn ħaddieħor u l-ħolqien, li minnu nnifsu hu tant sabiħ, sar kaos. Adam jiċħad lil martu quddiem Alla: “Il-mara li tajtni int għal miegħi, hi tatni mis-siġra, u jiena kilt.” (Ġen. 3, 12). Ibnu Kajjin joqtol lil ħuh. F’Babel bnedmin jinfirdu minn bnedmin oħra u jitwieldu l-ġnus. Kibret il-vjolenza, l-egoiżmu, l-inġustizzja, id-dittatura ta’ min jiflaħ fuq min hu dgħajjef. Fejn hemm l-Ispirtu ta’ Alla hemm il-Ħajja għax il-Ħajja, il-Ħajja vera, il-Ħajja ta’ Dejjem hi l-Qdusija, hi l-Imħabba. Il-Qdusija biss hi ħajja għal dejjem. Barra mill-Qdusija, mill-ħbiberija ma’ Alla, hemm il-Mewt, u l-Mewt issaltan fuq id-dinja u fuq kull maħluq u kollox qed imut madwarna. Imma l-Imħabba tibqa tiġri wara l-bniedem. Hi wellditu fil-bidu u ma tridx li hu jmut imma li hu jerġa’ lura għall-oriġini, għall-bidu. U l-Imħabba niżlet tgħammar fi tfajla Lhudija. Hawn beda proċess ta’ fidwa, ta’...

Read More

Qed Joqrob fi Tmiemu !

Qed Joqrob fi Tmiemu !

Wasal fi tmiemu x-xogħol kbir li sar fuq il-faċċata tal-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan.   Kif tħabbar dal-għodu mill-kappillan Dun Claude Portelli, fil-jiem li ġejjin ser jasal fi tmiemu ix-xogħol kbir li sar fuq barra tal-knisja parrokjali. Il-kappillan irringrazzja lil kulħadd tal-paċenzja waqt li kien qed isir ix-xogħol u appella biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu biex il-knisja, kemm barra u anke ġewwa tibqa tinżamm fi stat tajjeb u nadif. B’hekk matul l-aħħar sena, il-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan ħadet dehra ferm isbaħ u aktar friska kemm minn ġewwa u anke minn barra. Grazzi kbira tmur għall-kappillan li permezz ta’ħidma bla waqfien ser jara proġett ieħor isir realta’.  Grazzi kappillan....

Read More

L-Ordinazzjoni Saċerdotali  ta’ Fr Aayrton-Ray Muscat

L-Ordinazzjoni Saċerdotali  ta’ Fr Aayrton-Ray Muscat

Nhar is-Sibt 27 t’April filgħodu jien flimkien ma’ sħabi Djakni Peter Ellul, Jean Gove’ u Matthew Pulis, se nkunu ordnati saċerdoti minn idejn Monsinjur Arċisqof fil-Kon Katidral ta’ San Gwann, il-Belt.  Bħala preparazzjoni għal dan l-avveniment importanti xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar x’inhi eżatt l-ordinazzjoni saċerdotali u kif jitqassam ir-rit tal-Ordinazzjoni.   Kull ordinazzjoni hija ta’ importanza kbira għall-Knisja. Is-sagrament tal-ordni sagri jissejjaħ hekk għaliex min jiġi ordnat, jidħol ġo dak li jissejjaħ ‘ordo’ (ordni jew struttura) fi ħdan il-knisja. Wieħed jibda jagħmel parti minn dan l-‘ordo’ permezz tar-rit tal-‘ordinatio’. Minn din il-kelma titwieled il-kelma ordinazzjoni.   Fl-ordinazzjoni jingħata don tal-Ispirtu s-Santu, li jagħti awtorita’ speċifika li tiġi minn Kristu permezz tal-Knisja, sabiex wieħed imexxi l-merħla bħal ragħaj. L-ordinazzjoni tissejjaħ ukoll konsagrazzjoni: fir-rit tal-ordinazzjoni, permezz tat-tqegħid tal-idejn u t-talba tal-ordinazzjoni, dak ordnat jiġi msejjaħ għal dan il-ministeru minn fost il-poplu u jigi mogħni b’din il-missjoni li tagħmlu differenti mill-bqija tal-lajċi. Bil-magħmudija, kull Nisrani jirċievi il-vokazzjoni li jipparteċipa fil-missjoni ta’ Kristu. Permezz tal-ordinazzjoni saċerdotali, dak ordnat xorta jkun imsejjaħ li jkompli jwettaq din il-vokazzjoni li rċieva fil-magħmudija, pero’ issa jkun imsejjaħ jaqdi din il-vokazzjoni b’mod differenti. Il-qadi jkun għas-servizz ta’ dawk kollha mgħammdin, bl-iskop li l-imgħammdin ikomplu jiskopru l-id t’Alla fil-ħajja tagħhom. Huwa wkoll imsejjaħ ifittex in-naġgħa il-mitlufa: dawk bierda, imbiegħda mill-knisja jew li għadhom ma skoprewx lil Alla u l-imħabba tiegħu. Għalhekk nistgħu ngħidu li permezz ta’ dan is-sagrament Kristu jibqa’ jibni u jmexxi lill-bnedmin permezz ta’ dawk li jkunu irċevew din l-ordinazzjoni.   Il-qassis huwa simbolu ħaj tal-preżenza ta’ Kristu fost il-Knisja tiegħu. Huwa forsi għalhekk li nistennew ħafna mingħand il-qassis. Madanakollu, il-qassis jibqa’ bniedem bid-diffikultajiet u d-djufijiet tiegħu, iżda huwa propju għax huwa bniedem li jista’ jkun qassis li jħobb u jisma’ lil dawk ta’ madwaru. Huwa għalhekk ta’ importanza kbira t-talb għall-qdusija tas-saċerdoti, sabiex il-qassis dejjem ikun l-aħjar simbolu u preżenza possibli.   Waqt l-ordinazzjoni, wara l-Evanġelju, id-djakni jissejħu wieħed wieħed b’isimhom u l-parroċċa li jkunu ġejjin minnha, fejn jesprimu r-rieda tagħhom li jersqu għall-ordinazzjoni billi jtennu l-kliem: “Hawn jien”.   Wara l-omelija issir il-wegħda tad-djakni, li jwegħdu li:   lesti li jaqdu l-uffiċċju tas-saċerdozju billi jirgħu il-merħla tal-Mulej flimkien mal-isqfijiet u taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu; lesti li jxandru b’għaqal u fedelta’ l-Evanġelju u t-tifsir tal-fidi Kattolika; lesti li jaqdu b’fedelta ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti, b’mod speċjali dawk tal-Ewkaristija u tar-Rikonċiljazjoni, sabiex jgħinu lill-poplu jitqaddes u jfaħħar lil Alla; lesti li jitolbu flimkien mal-isqof għall-poplu t’Alla; jagħmlu ħilithom sabiex jixbħu aktar dejjem lil Kristu sabiex jgħinu lil bnedmin jaslu lejn is-salvazzjoni.   Dawk li jkunu ser jiġu ordnati jinxteħtu minn tulhom fl-art u titkanta l-litanija tal-qaddisin, sabiex jinterċedu għal dawk li ser jiġu ordnati. Wara l-litanija jsir it-tqegħid tal-idejn mill-isqof. Il-qassisin presenti wkoll ippoġġu jdejhom fuq il-magħżulin. It-tqegħid tal-idejn...

Read More

FUNZJONIJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2019

FUNZJONIJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2019

PROGRAMM TAL-FUNZJONIJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2019 Parroċċa San Ġiljan   L-Erbgħa 10 t’April 2019 Servizz ta’Qrar Quddiesa fis-7.00pm fil-knisja parrokjali u servizz ta’Qrar u Adorazzjioni fis-silenzju sal-10:00pm Il-Ġimgħa 12 t’April 2019 Marija Addolorata 3:00pm Adorazzjoni  tal-Ħniena Divina fil-knisja parrokjali. 4:30pm Siegħa mad-Duluri fil-knisja l-antika Ta’Lapsi 5:30pm Quddiesa fil-knisja Ta’Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni 6:30pm Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Addolorata mill-knisja Parrokkjali.  Quddiesa eżatt wara l-pellegrinaġġ. Il-Ħadd 14 t’April 2019 Ħadd il-Palm Ninġabru fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali qabel il-quddiesa tad-09:30am fejn isir it-tberik taż-żebbuġ, purċissjoni qasira u bidu tal-Quddiesa tad-09:30am bis-sehem tal-familji u tfal. It-Tnejn 15 t’April 2019 Via Sagra Meditata Quddiesa fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali u wara tibda’ l-Via Sagra meditata. Il-Ħamis 18 t’April 2019 Ħamis ix-Xirka 5:30pm Quddiesa fil-knisja Ta’Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni 7:00pm Tifkira Solenni tat-Twaqqif tal-Ewkaristija u ħasil tar-riġlejn. Wara jibdew il-viżti. Fl-10:30pm tibda’ siegħa adorazzjoni. Il-Ġimgħa 19 t’April 2019 Il-Ġimgħa l-Kbira Il-knisja parrokkjali tiftaħ fit-tmienja. 3:00pm Azzjoni Liturġika tal-Passjoni tal-Mulej Is-Sibt 20 t’April 2019 Sibt il-Għid 8:00pm Vġili Solenni u sahra tal-Għid il-Kbir. Il-Ħadd 21 t’April 2019 Għid il-Kbir 9:30am Quddiesa u wara tberik u tqassim tal-figolli. 10:30am Tibda d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Banda Spinola minn ħdejn il-knisja parrokkjali....

Read More

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU GĦAR-RANDAN 2019

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU  FRANĠISKU  GĦAR-RANDAN 2019

“Il-ħlejjaq kollha qegħdin jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla” (Rum 8:19)   Għeżież ħuti,  Kull sena, permezz ta’ Ommna l-Knisja, Alla “lill-fidili tiegħu jogħġbu jagħtihom li jitnaddfu f’ruħhom, u jistennew bil-ferħ il-Misteru tal-Għid, biex […] jitwasslu għall-milja tal-grazzja ta’ wliedu” (ara Prefazju I tar-Randan). B’dan il-mod nistgħu nimxu, minn Għid għall-ieħor, lejn il-milja ta’ dik il-fidwa li diġà rċivejna grazzi għall-Misteru tal-Għid ta’ Kristu: “Aħna salvi bit-tama” (Rum 8:24). Dan il-misteru ta’ salvazzjoni, li diġà jaħdem fina fil-ħajja fuq din l-art, hu proċess dinamiku li jinkludi fih ukoll l-istorja u l-ħolqien kollu. San Pawl jasal biex jgħid: “Il-ħlejjaq kollha qegħdin jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla” (Rum 8:19). F’din il-perspettiva nixtieq noffri xi spunti għar-riflessjoni, li jistgħu jgħinuna fil-mixja tagħna ta’ konverżjoni fir-Randan li ġej.   1. Il-fidwa tal-ħolqien Iċ-ċelebrazzjoni tat-Tridu tal-Għid – il-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu –, quċċata tas-sena liturġika kollha, issejħilna kull darba biex ngħixu mixja ta’ tħejjija, bl-għarfien li hi l-ħniena ta’ Alla li tagħtina dan id-don bla qies li nistgħu nitwaħħdu ma’ Kristu (ara Rum 8:29).  Jekk il-bniedem jgħix bħala iben u bint ta’ Alla, ikun jgħix bħala persuna mifdija, li tħalli lill-Ispirtu s-Santu jmexxiha (ara Rum 8:14), u jaf jagħraf il-liġi ta’ Alla u jqegħidha fil-prattika, ibda minn dik li hemm miktuba fil-qalb tiegħu u fin-natura, u jagħmel il-ġid anki lill-ħolqien, jikkopera għall-fidwa tiegħu. Għalhekk il-ħolqien – jgħidilna San Pawl – għandu bħal xewqa qawwija tassew għar-rivelazzjoni ta’ wlied Alla, jiġifieri li dawk li jgawdu mill-grazzja tal-Misteru tal-Għid ta’ Ġesù jgħixu b’mod sħiħ il-frott tagħha, li hu ddestinat li jilħaq il-maturazzjoni sħiħa tiegħu fil-fidwa tal-istess ġisem uman. Meta l-imħabba ta’ Kristu tittrasfigura l-ħajja tal-qaddisin – spirtu, ruħ u ġisem –, dawn jagħtu ġieħ lil Alla u, bit-talb, il-kontemplazzjoni, l-arti, anki lill-ħlejjaq jagħtu sehem f’dan, kif turi b’mod tal-għaġeb l-“Għanja ta’ oħtna x-xemx” ta’ San Franġisk ta’ Assisi (ara Enċiklika Laudato si’, 87). Imma b’dan il-mod, l-armonija li ġġib il-fidwa għadha u dejjem se tibqa’ mhedda mill-qawwa negattiva tad-dnub u tal-mewt.  2. Il-qawwa qerrieda tad-dnub Fil-fatt, meta aħna ma ngħixux ta’ wlied Alla, spiss inkunu nwettqu mġibiet qerrieda fil-konfront tal-proxxmu u l-ħlejjaq l-oħra – imma anki tagħna nfusna – għax naħsbu, xi ftit jew wisq, li nistgħu nagħmlu użu minnhom kif jogħġob lilna. Ninħakmu minn nuqqas ta’ moderazzjoni f’dak li nagħmlu, u dan iwassal għal stil ta’ ħajja li jikser il-limiti li l-kundizzjoni umana tagħna u l-istess natura jitolbuna nirrispettaw, għax inkunu qed nimxu skont dawk ix-xewqat bla kontroll li fil-ktieb tal-Għerf huma attribwiti lill-ħżiena, lil dawk li m’għandhomx lil Alla bħala punt ta’ riferiment tal-għemejjel tagħhom, lanqas tama għall-futur (ara 2:1-11). Jekk m’aħniex ngħixu kontinwament fid-dawl tal-Għid, b’ħarsitna lejn ix-xefaq tal-Qawmien, hu ċar li l-loġika tal-kollox u issa, ta’ min irid dejjem iżjed tispiċċa timponi ruħha fuqna.  Il-kawża ta’...

Read More

Ittra Pastorali għar-Randan 2019

Ittra Pastorali għar-Randan 2019

Ittra Pastorali għar-Randan 2019 ‘Tibżgħux tieħdu lil Marija għandkom’ Is-Sibt 9 ta’ Marzu 2019 Aħna nies li nħobbu d-dar. Dan bir-raġun, għax bejn dawk l-erba’ ħitan tad-djar tagħna jintisġu stejjer meraviljużi: stejjer ta’ familji li fihom l-għaxqa, stejjer ta’ ġenerożità kbira; stejjer li ma jitwemmnux meta tara ġenituri ssagrifikati għal uliedhom, speċjalment fejn ikun hemm xi wild bi ħtiġijiet speċjali; stejjer erojċi, bħal fejn hemm mard serju. Imma mbagħad hemm djar fejn jinkitbu stejjer li tkun tixtieq li qatt ma seħħew, bħal fil-każ ta’ ġenituri minsija minn uliedhom; bħal fejn hemm ġrieħi miftuħa minħabba l-vjolenza domestika u l-abbuż; jew bħal fejn hemm it-tbatija li jġibu magħhom żwiġijiet imkissra. Hemm min saħansitra kellu jibdel daru għax ma setax jissaporti z-zekzik tal-ġirien. Hemm djar milquta sew mill-faqar. Hemm djar fejn rifset il-mewt u ħasdet ħajja li kienet għadha qed tiftaħ bħal warda. F’ċirkustanzi bħal dawn aħna ntennulkom dak li San Pietru qal lill-magħtub li kien ħdejn il-bieb tat-Tempju: “Fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, imxi!” (Atti 3:6). Meta nistiednu lil Ġesù jidħol fid-dar tagħna, il-preżenza tiegħu tagħmel il-mirakli. Hekk ġara meta Ġajru sejjaħ lil Ġesù fid-dar tiegħu għax bintu kienet marida serjament. Ma narawhiex bi kbira li fostna jkun hemm min jaħseb li mhux den biżżejjed li Ġesù jidħol fid-dar tiegħu. Hemm min jaħseb li meta Ġesù jgħaddi mit-triq tagħna, jaqbiżna u jibqa’ għaddej! Imma l-ġrajja ta’ Żakkew mhux biss turina li Ġesù jidħol ukoll fid-dar ta’ midneb pubbliku mistkerrah minn kulħadd, imma li saħansitra Ġesù stess jistieden lilu nnifsu biex imur għandu. Ġesù ma jidħolx fid-dar għax ikun hemm l-ordni, imma jkun hemm l-ordni fid-dar wara li jidħol Ġesù! Kristu miet għalina meta aħna konna għadna midinbin (ara Rum 5:8). U kif jgħidilna San Ġwann, “aħna nħobbu, għax hu ħabbna l-ewwel” (1 Ġw 4:19). Dwar dan, Santu Wistin jikkummenta li Kristu, li huwa l-isbaħ fost ulied il-bnedmin, miet għalina li konna koroh u mħawdin. L-għarajjes ta’ Kana Lil dawk li jsibuha ftit bi tqila jilqgħu lil Ġesù d-dar tagħhom, b’umiltà u mħabba nagħtuhom parir biex jagħmlu bħall-għarajjes ta’ Kana: ma jibżgħux jieħdu għandhom lil Marija. Għax Marija tiġbed lil Ġesù warajha. Hija tgħinna nduqu t-tjubija tal-imħabba li Ġesù għandu lejn kulħadd, imma b’mod partikulari lejn dawk li ħabta u sabta jaraw id-dar tagħhom ‘nieżla’. Dak li kien ser jiġri f’Kana għax naqashom l-inbid, fid-djar tagħna jista’ jiġri meta tfaqqa’ xi kriżi serja, bħal meta l-aħwa jiksruha ma’ xulxin, meta ġenitur isib ruħu bla xogħol, meta xi ħadd fil-familja jiċċappas bid-droga, meta tixxellef il-fedeltà fiż-żwieġ, meta l-futur tal-familja jiċċajpar, meta jibdew jitmermru l-prattiċi reliġjużi u jċedu s-sisien tal-fidi, u sfidi oħra. Is-serenità fid-djar tagħna tittiefes ukoll jekk fis-soċjetà ta’ madwarna jkun hemm sitwazzjonijiet li jħassbuna, bħalma huwa t-tnaqqir tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet, in-nuqqas...

Read More