Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier

Is-Sibt, 17 t’Awwissu Jum it-Tħabbira tal-Festa 7.45PM Quddiesa f’Xatt is-Sajjieda, Bajja Spinola mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli. Wara l-quddiesa jkun hemm Lejla Maltija fl-istess post bis-sehem tal-Banda San Ġiljan. Ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali.   Il-Ħadd, 18 t’Awwissu Jum il-Familja 7.00PM Fil-Knisja Parrokkjali, quddiesa għall-familji kollha tal-parroċċa mir-Rev.du Dun Marco Portelli, saċerdot mill-parroċċa u direttur spiritwali tal-GianFranġisk Abela Junior College tal-Università ta’ Malta. Mistiedna jattendu koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum u koppji li għalqu xi anniversarju taż-żwieġ.   It-Tnejn, 19 t’Awwissu Jum id-Dilettanti tal-Festa Ħruġ tal-Vara min-Niċċa   7.00PM Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli, u animata mis-St. Julian’s Choral Group, immexxi mis-Sur Pio Dalli. Mistiedna speċjali membri tal-għaqdiet li jorganizzaw jew jieħdu sehem attiv fil-festa ta’ San Ġiljan, dilettanti tal-festa u persuni li jisimhom għal qaddis patrun tagħna San Ġiljan.   Wara l-quddiesa, il-vara titulari ta’ San Ġiljan tinħareġ min-niċċa tagħha u titwassal fuq fuq iz-zuntier tal-knisja, fejn tiġi milqugħa mill-Banda San Ġiljan li tatiha tislima permezz tad-daqq tal-innu popolari u marċi oħra.   It-Tlieta, 20 t’Awwissu Jum l-Anzjani u l-Morda 6.30PM Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), quddiesa għall-anzjani u l-morda organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-griżma tal-morda. Il-quddiesa tkun immexxija mir-Rev.du Dun Ryan Lee Pace, Viċi-Parroku tal-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Stella Maris, Tas-Sliema, u animata mis-St Julian’s Choral Group.   Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.   Fis-7.00pm ikun hemm xorta waħda quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.   L-Erbgħa, 21 t’Awwissu L-Ewwel Jum tat-Tridu Jum it-Tfal u l-Adolexxenti 7.00PM Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-adolexxenti kollha tal-parroċċa mir-Rev.du Dun Jean Gove’, saċerdot novell. Il-quddiesa tkun animata mill-Folk Group.   Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal u l-adolexxenti bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq il-Karmnu, Triq Sant’Anġlu, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. X’ħin il-vara tasal quddiem il-knisja l-antika tkun milqugħa bil-briju organizzat mit-tfal għat-tfal.   Il-Ħamis, 22 t’Awwissu It-Tieni Jum tat-Tridu Jum l-Għaqdiet   7.00PM Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa b’ringrazzjament għad-don tas-saċerdozju  mir-Rev.du Dun Aayrton-Ray Muscat, saċerdot novell li huwa assenjat fil-parroċċa tagħna. Għal din il-quddiesa, li qed tiġi organizzata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali, huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa tkun animata mis-St Julian’s Choral Group, taħt it-tmexxija tas-Sur Pio Dalli.   F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja b’risq il-proġetti ta’ karità tal-Parroċċa.   Il-Ġimgħa, 23 t’Awwissu   It-Tielet Jum tat-Tridu   6.00PM Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), quddiesa letta mir-Rev.du Dun Peter Ellul, saċerdot novell. Wara l-quddiesa, il-W.R. Kan. Dr Joseph Zammit, Kanonku tal-Kolleġġjata u Bażilika ta’ San Ġorġ Martri tal-Belt Victoria, Għawdex, jinseġ prietka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan. Hekk kif tintemm il-prietka, tingħad il-kurunella,...

Read More

Programm tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier

Programm tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier

  It-Tnejn 13 ta’ Awwissu – Il-125 Anniversarju tal-wasla tal-vara titulari ta’ San Ġiljan Fis-7.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (ta’ Lapsi).  Iqaddes il-Kappillan Fr Claude Portelli.  Il-quddiesa tkun animata mis-St Julians Choral Group. Wara l-Quddiesa għal ħabta tat-7.45pm jibda l-programm tal-inawgurazzjoni  li se jikkonsisti minn mumenti mużikali bis-sehem ta’ l-arpista Jacob Portelli u l-mezzo sopran Christine Dalli, diskors tal-okkażjoni mill-Kappillan u preżentazzjoni tax-xogħol ta’ restawr tal-vara mis-Sinjura Valentina Lupo, mill-Atelier  del Restauro, li ħadu ħsieb ix-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-Vara Titulari.  Wara jsir il-kxif tal-Vara Titulari, waqt li jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan mis-St Julian’s choral group.   Is-Sibt 18 ta’ Awwissu 7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-Kappillan Fr Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Wara l-quddiesa jkun hemm Lejla Maltija fl-istess post bis-sehem tal-Banda San Ġiljan.   Il-Ħadd, 19 ta’Awwissu – Jum il-Familja 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għalqu 25 jew 50 sena miżżewġin, speċjalment dawk li kienu l-ewwel koppji li żżewġu meta nfetħet il-knisja parrokkjali ħamsin sena ilu. Jiċċelebra l-quddiesa il-Kappillan Fr Claude Portelli. It-Tnejn, 20 ta’ Awwissu – Ħruġ tal-Vara 7.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Lapsi) fis-7.00pm.  Janima is-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan Fr Claude Portelli. Wara l-quddiesa l-vara titulari ta’ San Ġiljan tinħareġ mill-Knisja ta’ Lapsi u tittieħed lejn il-Knisja Parrokkjali akkumpanjata mis-St Julians Scouts u miż-żewġ baned tal-lokal.  Meta tasal fuq iz-zuntier tal-Knisja jindaqq ukoll l-Innu Popolari ta’ San Ġiljan. It-Tlieta, 21 ta’ Awwissu – Jum l-Anzjani u l-Morda 6.30pm Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (ta’ Lapsi), tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.  Il-quddiesa tkun immexxija minn W.R. Kan. Robert Grech, Kappillan tas-Swatar, u animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi. Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali. L-Erbgħa, 22 ta’ Awwissu – Jum it-Tfal 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal minn Fr Paul Mizzi, viċi Kappillan, animata mill-Folk Group. Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbria, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. Il-Ħamis, 23 ta’ Awwissu – Jum l-Għaqdiet 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata minn L-E.T. Mons Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta, u ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group.   F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom lill-Kappillan, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karità tal-Parroċċa. Il-Ġimgħa, 24 ta’ Awwissu   6.00pm Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), quddiesa letta...

Read More

Sehem il-Baned Ġiljaniżi fil-Festa 2017

Sehem il-Baned Ġiljaniżi fil-Festa 2017

  Is-Sibt 19 ta’  Awwissu 2017 – Jum it-Tħabbira tal-Festa 7.45pm: Quddiesa fix-Xatt tas-Sajjieda mill-Kappillan Fr. Claude Portelli 8.30pm : Kunċert mill-Banda San Ġiljan waqt Lejla Maltija li tiġi organizzata mill-Parroċċa f’Xatt is-Sajjieda. Il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienné  Spiteri iddoqq mużika popolari bil-parteċipazzjoni ta’ Kantanti varji.   It-Tnejn 21 t’ Awwissu – Ħruġ tal-Vara minn Niċċa Jum id-Dilettanti tal-Festa 7.45pm     Il-Kumitat tas-Soċjetà jattendi bi ħġaru għaċ-ċeremonja tal-Ħruġ tal-Vara Artistika ta’ San Ġiljan Ospitalier minn Niċċa ġewwa l-Knisja Parrokkjali. 8.00pm : Il-Banda San Ġiljan tilqa’ l-Istatwa ta’ San Ġiljan fuq iz-zuntier tal-Knisja bl-Innu ta’ San Ġiljan u wara tissokkta bil-Marċi minn dawn it-toroq: Lapsi,il-Kbira, il-Pjazza tal-Qalb ta’ Ġesu, San Ġorg, il-Mensija, Forrest, San Ġorg sal-Każin. It-Tlieta 22 t’ Awwissu Jum iż-Żgħażagħ u l-Anzjani Banda San Ġijan -Riċeviment għall-Membri u Benefatturi 8.30pm : Riċeviment fil-każin għall-membri, rappreżentanti ta’ l-għaqdiet ta’ San Ġiljan u mistednin oħra distinti 9.00pm     Programm Mużikali Annwali mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 f’ Xatt is-Sajjieda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Aldo Minuti fl-okkażjoni tal-25 Sena mill-ħatra tiegħu. Il-Programm se jkun taħt il-Patroċinju tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, l-istatwarju tal-istatwi tal-Banda Spinola, fl-okkażjoni tal-25 Sena tal-istatwa tal-Marċ.  Il-preżentazzjoni tal-programm hija f’ idejn il-preżentatur tal-programm MarċiFest fuq Radju Malta, Daniel Vella. L-Erbgħa 23 t’ Awwissu – L-Ewwel Jum tat-Tridu Jum it-Tfal 8.00pm     Purċissjoni għat-tfal bil-Vara ta’ San Ġiljan, xogħol Chris Micallef, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Takkumpanja l-Banda taż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987. 8.30pm     Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 bl-istatwa tal-Kavallier Spinola, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-2013, li jibda mill-Każin tat-Ta’ Ġioni Wolves  għal Telgħet Birkirkara, Triq Lapsi, Triq San Mark, Triq San Mikiel, Triq Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira, Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù, sa Triq San Ġorġ fejn tittella’ l-istatwa tal-Kavallier Spinola fuq il-kolonna. Il-Ħamis 24 t’ Awwissu – It-Tieni Jum tat-Tridu Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa 8.30pm     Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 fejn takkumpanja l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1997, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi, Triq il-Kbira fejn f’ Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù tittella’ l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa fuq il-Kolonna. Il-marċ jissokta minn Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq Wied Għomor, Triq il-Mensija, Triq Forrest, Triq il-Mensija, Triq San Ġorġ, Triq Ross, Triq Luigi Apap sal-Każin tal-istess Soċjetà. Il-Ġimgħa 25 t’ Awwissu – It-Tielet Jum tat-Tridu Jum il-Familja 8:00pm     Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li jibda mill-Kazin tas-Soċjetà fi Triq Luigi Apap għal Triq San Ġorġ, Triq Sant’ Andrija, Triq Elija Zammit, Trejqet Dragonara, Triq Ball, Triq il-Wilġa, Triq il-Knisja, Triq Schreiber, Vjal Paceville, Triq Dobbie, Triq il-Knisja, Triq Gort, Vjal Paceville, Triq Ross fejn minn Triq Luigi Apap il-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Papa Ġwanni Pawlu...

Read More

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier 19 – 27 ta’ Awwissu 2017

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni  tal-Festa Titulari ta’      San Ġiljan Ospitalier    19 – 27 ta’ Awwissu 2017

Is-Sibt 19 ta’ Awwissu 7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Wara l-quddiesa jkun hemm attività fl-istess post. Il-Ħadd, 20 ta’Awwissu – Jum il-Familja 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa l-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli. It-Tnejn, 21 ta’ Awwissu – Jum id-Dilettanti tal-Festa u Ħruġ tal-Vara min-Niċċa 7.00pm Quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li  jġibu isem il-Patrun San Ġiljan, animata mis-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa. Kif il-vara titwassal fuq iz-zuntier jinħaraq salut u kaxxa infernali filwaqt li l-Banda San Ġiljan tilqa’ il-vara bid-daqq ta’ l-innu popolari u ta’ marċi oħra. It-Tlieta, 22 ta’ Awwissu – Jum l-Anzjani u l-Morda 6.30pm Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.  Il-quddiesa tkun immexxija minn W.R. Dun Paul Mizzi, Viċi-Kappillan, u animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi. Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali. L- Erbgħa, 23 ta’ Awwissu – Jum it-Tfal 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal minn W.R. Dun James Saydon, Viċi-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Immakulta Omm il-Knisja tal-Ibraġ, u animata mill-Folk Group. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda. Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbria, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. Il-Ħamis, 24 ta’ Awwissu – Jum l-Għaqdiet 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata mill-W.R. Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi, fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona Beate Juliane 1847. Il-quddiesa ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group. F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karità tal-Parroċċa, lill-Kappillan. Il-Ġimgħa, 25 ta’ Awwissu – Jum is-Saċerdoti 6.00pm: Quddiesa letta fil-Knisja ta’ Lapsi mill-W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola. Wara l-quddiesa, Patri Victor Paul Farrugia O. Carm jinseġ priedka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan. Hekk kif tintemm il-priedka, tingħad il-kurunella, isir il-kant tal-Innu tal-Istrofi Nominem Insignem u l-Antifona Beate Juliane 1847. Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Il-liturġija ser tiġi ppreseduta mill-W.R. Kan. Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola. Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi taħt it-tmexxija ta’ Mons. Ġwann Galea, ex-kappillan tal-parroċċa...

Read More

Il-Festa qed Toqrob !!

Il-Festa qed Toqrob !!

Il-festa ta’ San Ġiljan qed toqrob ġmielha.  Iż-żmien għaddej igerbeb u d-dilettanti għaddejjin b’ħidma bla heda biex ilaħqu dak kollu li għandhom ippjanat. Inżommu f’moħħna wkoll li l-festa tagħna tkun waħda nisranija, li tagħti ġieħ lil San Ġiljan u tagħmel unur lilna lkoll bħala Ġiljaniżi. Għalhekk nagħmlu appell qawwi lil kulħadd sabiex f’dawn il-jiem nieħdu sehem attiv fil-funzjonijiet reliġjużi li jsiru fil-knisja u nersqu għall-Qrar u Tqarbin. Inġibu ruħna ta’ Nsara anke fil-festi ta’ barra u nevitaw xorb żejjed u affarijiet oħra li ma jagħmlux ġieħ. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-impenn sħiħ f’dawn il-jiem b’tant sagrifiċċji anke dawk...

Read More

Happy Birthday – 125 Sena !

Happy Birthday – 125 Sena !

L-ewwel ħjiel ta’ knisja iddedikata lil San Ġiljan Ospidalier fl-inħawi msejħa ‘Qaliet Ġnien il-Fieres’ teħodna lura għas-sena 1580. Achille Ferris jagħtina din id-data, filwaqt li jirreferi għall-Knisja ta’ San Ġiljan bħala ‘antichissima’. Kien fil-fatt l-Isqof Gargallo, li fiż-żjara tiegħu fil-Parroċċa ta’ Birkirkara fl-1601, semma għall-ewwel darba knisja ddedikata lil San Ġiljan Konfessur fil-limiti ta’ din il-parroċċa. Dun Filippo Borg, Kappillan ta’ Birkirkara, ikkonferma li l-knisja inbniet mill-ġdid fl-1593 fl-istess post ta’ oħra li kienet iffrekwentata bil-bosta minn ħafna devoti. Borg isemmi li l-Prokuratur tal-Knisja Lorenzo Pullicino ħalla lil ibnu Mattew xi art maġenb il-knisja sabiex permezz tagħha jinxtegħel il-lampier fis-Sibtijiet u l-Ħdud u biex tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġiljan kull 27 ta’ Jannar bil-kant tal-għasar u quddiesa solenni. Borg irrisponda d-domandi tal-prelati fuq l-‘mirakli’ li jingħad li kienu qed iseħħu max-xtut mhux bogħod mill-knisja. Huwa kkonferma li diversi Maltin u barranin devoti tal-qaddis kienu jżuru l-knisja u wara li jitolbu, jinżlu x-xatt biex jinħaslu f’ċertu għadira, jindifnu fir-ramel u wara jsostnu li ġew mnaddfa mill-mard tagħhom. Monsinjur Salvatore Pontremoli, Vigarju Kapitulari, fiż-żjara li għamel fil-knisja nhar it-8 ta’ Ottubru 1634, jagħtina r-raġuni għalfejn din għadha sal-lum magħrufa bħala ‘Ta’ Lapsi’. Il-vigarju jsemmi li nhar il-festa tal-Axxenzjoni tal-Mulej, madwar 200 ruħ kienu jinġabru l-knisja fejn kienu jiġu ċċelebrati diversi quddisiet. Wara li kienu jgħidu d-devozzjonijiet tagħhom, in-nies kienu jinżlu l-bajja u jqattgħu ġurnata l-baħar u hekk jiftħu l-istaġun tas-sajf. Rapporti ta’ diversi żjarat pastorali tal-Isqfijiet u l-prelati tagħhom jagħtuna dettalji storiċi importanti fuq il-knisja, hekk kif jagħtuna sorsi oħra. Ferris jgħidilna li l-knisja inbniet mill-ġdid fl-1682. Dan hu kkonfermat fi studju dettaljat li għamel n-Nutar Eugene F. Montanaro, li jgħidilna li din inbniet fuq pjanta tal-Perit Vincenzo Casanova u permezz tal-ġenerozita ta’ devot – Baldassare Ciantar, li ħallas is-somma ta’ 120 skud lill-bennej Bartilmew Camilleri. Il-bini tal-knisja sar ukoll bit-tħabrik tal-Prokuraturi Don Mario Haxixa u Domenico Gatt. Din il-binja ma kelliex ħajja twila għaliex fl-1723, l-Isqof Gaspare Gori Mancini kkundanaha għall-għeluq minħabba l-istat ta’ periklu li kienet fiha u ordna li l-beni tagħha jittieħdu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birkirkara fejn kellhom jiġu eżegwiti l-piżijiet tal-fundazzjonijiet imħollija lilha. Il-knisja kienet wieqfa mill-ġdid fl-1730, hekk kif ikkonfermat mill-Isqof Alpheran De Bussan. Is-Seklu XIX kellu jara ħafna tibdiliet f’San Ġiljan, u fost dawn kien hemm il-ħtiġijiet spiritwali tal-poplu. Is-subborg ta’ San Ġiljan ma baqgħax jgħodd biss ftit bdiewa, sajjieda u l-familji tagħhom iżda l-popolazzjoni kibret, tant li fis-sajf dik li kienet tgħodd madwar 50 familja kienet taqbez l-elf ruħ. Il-parruċċani ħafna drabi, kienu qed jibqgħu bla sagramenti għaliex il-bogħod mill-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Elena kien jaqtalhom qalbhom. Huma kienu mhedda ukoll mill-propogranda Protestanti u l-Metodisti, hekk kif dawn kellhom djar tal-laqgħat f’ San Ġiljan li aktar tard kiber f’kulleġġ. Għaldaqstant fil-21 ta’ April...

Read More