Programm Liturġiku tal-Festa ta’San Ġiljan 2015

Programm Liturġiku tal-Festa ta’San Ġiljan 2015

Is-Sibt, 22 ta’ Awwissu 2015 6.45pm Il-vara ta’ San Ġiljan tal-Banda Spinola titlaq fuq dgħajsa mill-pont tal-Qaliet. Il-vara tkun akkumpanjata minn inġenji tal-baħar. Mad-dħul tal-vara f’Xatt is-Sajjieda jitkanta l-innu popolari. 7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-Kappillan Fr. Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tas-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Il-quddiesa tkun animata minn Andrew Cauchi. Wara l-quddiesa jkun hemm attività fl-istess post. It-Tnejn, 24 ta’ Awwissu 2015 Jum id-Dilettanti tal-Festa  7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li jġibu isem il-patrun San Ġiljan bis-sehem tas-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan, Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa. It- Tlieta, 25 ta’ Awwissu 2015 Jum l-Anzjani Fil-Knisja ta’ Lapsi, fis-6.00 pm ser tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Din ser tkun immexxija minn Patri Pawl Galea OFM, u animata mis-St Julian’s Choral Group.  Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi. Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. L- Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 2015  Jum it-Tfal 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal mill-Kappillan, Fr. Claude Portelli, organizzata mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa u animata mis-St. Julian’s Childrens’ Choir. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini ġodda. Wara ssir purċissjoni għat-tfal bil-vara ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. Wara t-tfal ikollhom festin.   Il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2014  Jum l-Għaqdiet Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata minn Fr Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali u ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara l-quddiesa titkanta l-antifona Beate Juliane u ċ-ċelebrazzjoni tintemm bil-kant tal-innu popolari. F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom lill-Kappillan, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karita’ tal-Parroċċa. Il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2015  Jum il-Familja 5.45pm Quddiesa letta fil-knisja ta’ Lapsi mill-W.R. Dun Marc Andre Camilleri, Kappillan tal-parroċċa ta’Kristu Re, Raħal Ġdid.  Wara l-Quddiesa, Dun Marc Andre Camilleri jinseġ kuruna ta’tifħir lill-Qaddis patrun permezz ta’priedka.  Isegwi kant tal-innu tal-istrofi Nominem Insignem u l-antifona Beate Juliane.  Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.  Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi, taħt it-tmexxija ta’Mro. Mons. Ġwann Galea.   Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu  żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa Fr Marco Portelli. Is-Sibt, 29 ta’ Awwissu 2015 Lejliet il-Festa 5.00pm Il-quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi titqaddes minnW.R. Kan. Dun Nicholas Doublet . 6.00pm Issir translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Knisja...

Read More

LOGO – San Ġiljan 125 sena Parroċċa

LOGO – San Ġiljan 125 sena Parroċċa

Is-sena li ġejja 2016 il-parroċċa tagħna tkun qed tiċċelebra l-125 sena mit-twaqqif tagħha.  Għal dan il-għan qed nistiednu lil dawk interessati biex iressqu il-proposti tagħhom għal logo li ser jintuża matul is-sena li tibda’ mill-festa li ġejja (2015) sas-sena ta’ wara 2016.  Dan il-logo ser jintuża minn kull-għaqda jew soċjeta’ tal-parroċċa.     Dawk interessati huma mitluba biex jaddu is-sottomissjonijiet tagħhom permezz tal-email fuq: [email protected] [email protected]  jew permezz ta’ private message fuq il-paġna ta’ facebook Parroċċa San Ġiljan jew permezz tal-website www.stjuliansparish.org.   Id-data tal-għeluq hija 27 ta’ Lulju 2015.       This slideshow requires...

Read More

Festa Liturġika ta’ San Ġiljan

Festa Liturġika ta’ San Ġiljan

                  Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015 – Quddiesa fil-kappella ta’ San Ġiljan ġewwa Senglea. Fis-sitta ta’ fil-għaxija titlaq private għall-kappella ta’ San Ġiljan ġewwa l-Isla.  Fis-7.00pm tibda Quddiesa f’din il-kappella li ser titmexxa mill-kappillan Fr Claude Portelli. Wara l-Quddiesa ser nieħdu xi haġa tal-ikel flimkiem f’wieħed mir-restaurants max-xatt ġewwa Senglea.   It-Tnejn 26 ta’ Jannar 2015 – Lejlet il-Festa Liturġika ta’ San Ġiljan 08.40 Purċissjoni għat-tfal tal-Iskola Primarja bil-vara ta’ San Ġiljan mill-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan għal Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata minn elementi bandistiċi fi ħdan is-Soċjeta` Banda Spinola. Wara ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi għall-istess tfal mill-Viċi Kappillan, Rev. Paul Mizzi. Din il-festa hija mtella’ mill-Iskola Primarja b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa ta’ San Ġiljan, l-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi u l-Banda Spinola. It-Tlieta 27 ta’ Jannar 2015 – Nhar il-Festa Liturġika ta’ San Ġiljan 18.30 Quddiesa tal-Festa fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.  Din ser tkun animata mis-St Juliams Choral Group. 19:30 – Hekk kif tintemm il-quddiesa tal-festa fil-Knisja Parrokkjali, jingħata bidu għall-marċ mill-Banda Spinola miz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan għal Triq Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira fejn f’ Misraħ il-Qalb ta’ Ġesu jitqiegħed bukkett fjuri quddiem il-Monument ta’ San Ġiljan. Il-marċ jissokta mill-istess Misraħ għal Triq San Ġorġ, Triq Luigi Apap sal-Każin. Wara jsir gathering tal-festa ġewwa l-‘Big G’s Bar’ fi Triq Ross.   Nota: Din is-sena il-banda San Ġiljan se ticcelebra l-Festa Liturgika billi b’ kollaborazzjoni mal-Malta Cultural Institute flimkien mal-kor ta’ Marie Therese Vassallo se jigi mtella kuncert ġewwa is-sala tal-lukanda Le Meridien.  Dettalji ser jingħataw aktar il-quddiem....

Read More

Tifkiriet tal-Festa ta’San Ġijan 2014

Tifkiriet tal-Festa ta’San Ġijan 2014

Ġimgħatejn wara tmiem il-festa tal-qaddis patrun tagħna San Ġiljan, iddecidejna li nwasslulkom ħarsa qasira hafna permezz ta’għadd ta’ ritratti li ttieħdu waqt il-funzjonijiet, fil-gimgħa tal-festa ta’ din is-sena.  Kif qal il-kappillan fl-ahhar mumenti tal-festa, kellna festa bilanċjata, sabiħa u mingħajr inkwiet jew piki.  Grazzi kbira lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor taw is-sehem tagħhom.               This slideshow requires...

Read More

Letter from Fr Barry Larkin

Letter from Fr Barry Larkin

Here is a copy of the letter we received from Fr Barry Larkin who was with us for Fr Paul’s First Solemn Mass on the 24th August 2014. “What a privilege for me to have been part of Fr Paul’s recent First Solemn Mass of Thanksgiving, a wonderful celebration for Fr Paul, Paul’s family, friends, and the parish of Saint Julian. Both Fr Paul and I have been friends since our seminary training at the Pontifical Beda College, Rome. In July Fr Paul attended my ordination to the Priesthood in Ireland; I was delighted to travel to Malta for his recent celebration. Fr. David from Ireland and Fr. Ralph from England were also present.                        My time in Malta coincided with the celebration of the Parish Feast of Saint Julian and what a joyous time that was culminating in a breath-taking four hour procession from the Church around the parish last Sunday evening, August 31st  the Feast of Saint Julian. What I appreciate most is how Fr. Claude, the Parish Priest, Fr. Paul and the other parish clergy, so generously included me in so many wonderful liturgies and parish activities, interpreting various parts of liturgies for me to include me as much as possible. Thank you for your thoughtfulness and kindness. Fr Paul, thank you for the invitation, sincere thanks for your friendship, and for looking after me during my stay in beautiful Malta. As you commence your ministry may the Lord Bless you abundantly. With Kind Regards. Fr. Barry Larkin. Diocese of Ferns.” This slideshow requires...

Read More