Sehem il-Baned Ġiljaniżi fil-Festa 2017

Sehem il-Baned Ġiljaniżi fil-Festa 2017

  Is-Sibt 19 ta’  Awwissu 2017 – Jum it-Tħabbira tal-Festa 7.45pm: Quddiesa fix-Xatt tas-Sajjieda mill-Kappillan Fr. Claude Portelli 8.30pm : Kunċert mill-Banda San Ġiljan waqt Lejla Maltija li tiġi organizzata mill-Parroċċa f’Xatt is-Sajjieda. Il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienné  Spiteri iddoqq mużika popolari bil-parteċipazzjoni ta’ Kantanti varji.   It-Tnejn 21 t’ Awwissu – Ħruġ tal-Vara minn Niċċa Jum id-Dilettanti tal-Festa 7.45pm     Il-Kumitat tas-Soċjetà jattendi bi ħġaru għaċ-ċeremonja tal-Ħruġ tal-Vara Artistika ta’ San Ġiljan Ospitalier minn Niċċa ġewwa l-Knisja Parrokkjali. 8.00pm : Il-Banda San Ġiljan tilqa’ l-Istatwa ta’ San Ġiljan fuq iz-zuntier tal-Knisja bl-Innu ta’ San Ġiljan u wara tissokkta bil-Marċi minn dawn it-toroq: Lapsi,il-Kbira, il-Pjazza tal-Qalb ta’ Ġesu, San Ġorg, il-Mensija, Forrest, San Ġorg sal-Każin. It-Tlieta 22 t’ Awwissu Jum iż-Żgħażagħ u l-Anzjani Banda San Ġijan -Riċeviment għall-Membri u Benefatturi 8.30pm : Riċeviment fil-każin għall-membri, rappreżentanti ta’ l-għaqdiet ta’ San Ġiljan u mistednin oħra distinti 9.00pm     Programm Mużikali Annwali mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 f’ Xatt is-Sajjieda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Aldo Minuti fl-okkażjoni tal-25 Sena mill-ħatra tiegħu. Il-Programm se jkun taħt il-Patroċinju tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, l-istatwarju tal-istatwi tal-Banda Spinola, fl-okkażjoni tal-25 Sena tal-istatwa tal-Marċ.  Il-preżentazzjoni tal-programm hija f’ idejn il-preżentatur tal-programm MarċiFest fuq Radju Malta, Daniel Vella. L-Erbgħa 23 t’ Awwissu – L-Ewwel Jum tat-Tridu Jum it-Tfal 8.00pm     Purċissjoni għat-tfal bil-Vara ta’ San Ġiljan, xogħol Chris Micallef, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Takkumpanja l-Banda taż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987. 8.30pm     Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 bl-istatwa tal-Kavallier Spinola, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-2013, li jibda mill-Każin tat-Ta’ Ġioni Wolves  għal Telgħet Birkirkara, Triq Lapsi, Triq San Mark, Triq San Mikiel, Triq Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira, Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù, sa Triq San Ġorġ fejn tittella’ l-istatwa tal-Kavallier Spinola fuq il-kolonna. Il-Ħamis 24 t’ Awwissu – It-Tieni Jum tat-Tridu Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa 8.30pm     Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 fejn takkumpanja l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1997, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi, Triq il-Kbira fejn f’ Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù tittella’ l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa fuq il-Kolonna. Il-marċ jissokta minn Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq Wied Għomor, Triq il-Mensija, Triq Forrest, Triq il-Mensija, Triq San Ġorġ, Triq Ross, Triq Luigi Apap sal-Każin tal-istess Soċjetà. Il-Ġimgħa 25 t’ Awwissu – It-Tielet Jum tat-Tridu Jum il-Familja 8:00pm     Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li jibda mill-Kazin tas-Soċjetà fi Triq Luigi Apap għal Triq San Ġorġ, Triq Sant’ Andrija, Triq Elija Zammit, Trejqet Dragonara, Triq Ball, Triq il-Wilġa, Triq il-Knisja, Triq Schreiber, Vjal Paceville, Triq Dobbie, Triq il-Knisja, Triq Gort, Vjal Paceville, Triq Ross fejn minn Triq Luigi Apap il-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Papa Ġwanni Pawlu...

Read More

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier 19 – 27 ta’ Awwissu 2017

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni  tal-Festa Titulari ta’      San Ġiljan Ospitalier    19 – 27 ta’ Awwissu 2017

Is-Sibt 19 ta’ Awwissu 7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Wara l-quddiesa jkun hemm attività fl-istess post. Il-Ħadd, 20 ta’Awwissu – Jum il-Familja 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa l-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli. It-Tnejn, 21 ta’ Awwissu – Jum id-Dilettanti tal-Festa u Ħruġ tal-Vara min-Niċċa 7.00pm Quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li  jġibu isem il-Patrun San Ġiljan, animata mis-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-W.R. Kappillan Dun Claude Portelli Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa. Kif il-vara titwassal fuq iz-zuntier jinħaraq salut u kaxxa infernali filwaqt li l-Banda San Ġiljan tilqa’ il-vara bid-daqq ta’ l-innu popolari u ta’ marċi oħra. It-Tlieta, 22 ta’ Awwissu – Jum l-Anzjani u l-Morda 6.30pm Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.  Il-quddiesa tkun immexxija minn W.R. Dun Paul Mizzi, Viċi-Kappillan, u animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi. Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali. L- Erbgħa, 23 ta’ Awwissu – Jum it-Tfal 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal minn W.R. Dun James Saydon, Viċi-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Immakulta Omm il-Knisja tal-Ibraġ, u animata mill-Folk Group. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini l-ġodda. Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbria, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. Il-Ħamis, 24 ta’ Awwissu – Jum l-Għaqdiet 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata mill-W.R. Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi, fi tmiem il-quddiesa titkanta l-Antifona Beate Juliane 1847. Il-quddiesa ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group. F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karità tal-Parroċċa, lill-Kappillan. Il-Ġimgħa, 25 ta’ Awwissu – Jum is-Saċerdoti 6.00pm: Quddiesa letta fil-Knisja ta’ Lapsi mill-W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola. Wara l-quddiesa, Patri Victor Paul Farrugia O. Carm jinseġ priedka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan. Hekk kif tintemm il-priedka, tingħad il-kurunella, isir il-kant tal-Innu tal-Istrofi Nominem Insignem u l-Antifona Beate Juliane 1847. Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Il-liturġija ser tiġi ppreseduta mill-W.R. Kan. Marc Andrè Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Paola. Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi taħt it-tmexxija ta’ Mons. Ġwann Galea, ex-kappillan tal-parroċċa...

Read More