Live Streaming: Hrug tal-vara

Live Streaming: Hrug tal-vara

6.00pm Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa letta. Fis-7.00pm  Ħruġ  tal-purċissjoni  bl-istatwa  artistika  ta’  San  Ġiljan,  immexxija  minn  Fr  Paul  Mizzi. Jingħata wkoll salut mill-kaċċaturi. Il-Banda Stella Maris, Sliema, iddoqq l-innu popolari u wara takkumpanja l-purċissjoni matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Lapsi, St. Angelo, B’Kara Hill, il-Kbira u Ġorġ Borg Olivier. Fit-8.00pm Marċ mill-Banda S. Gabriel ta’ Ħal Balzan tul Triq Ġorġ Borġ Olivier. Wara tilqa’ l-istatwa titulari ta’ San Ġiljan fil-pjazza u takkumpanjaha sal-Knisja. Fil-10.15pm Il-Ġiljaniżi ikunu jistgħu jerfgħu ‘l San Ġiljan minn ħdejn Saddles sal-Għassa tal-Pulizija biss. Fil-11.00pm Id-dħul tal-vara fil-Knisja tiġi milqugħa bil-kant tal-antifona Beate Julianeta’ Dr. Paolo Nani mill-Amadeus Chamber Choir. Wara ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-innu ta’ San Ġiljan  ...

Read More

Live Streaming: Jum il-Festa

Live Streaming: Jum il-Festa

9.30am Fil-Knisja Parrokkjali, tiġi organizzata quddiesa solenni bis-sehem tal-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. Tiġi esegwital-quddiesa Santa Cecilia ta’Gounoud. Il-quddiesa tiġi ċċelebrata minn Fr Paul Mizzi filwaqt li jinseġ il-paniġierku f’ġieħ il-patrun San Ġiljan, W.R. Kan. Jonathan...

Read More

Live Streaming: Jum il-Familja

Live Streaming: Jum il-Familja

Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu  żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa Fr Brendan Gatt....

Read More

Live Streaming: Ħruġ minn-niċċa

Live Streaming: Ħruġ minn-niċċa

  It-Tnejn, 25 ta’ Awwissu 2014 Jum id-Dilettanti tal-Festa  Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li jġibu isem il-patrun San Ġiljan bis-sehem tas-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan, Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan...

Read More