Happy Birthday – 125 Sena !

Happy Birthday – 125 Sena !

L-ewwel ħjiel ta’ knisja iddedikata lil San Ġiljan Ospidalier fl-inħawi msejħa ‘Qaliet Ġnien il-Fieres’ teħodna lura għas-sena 1580. Achille Ferris jagħtina din id-data, filwaqt li jirreferi għall-Knisja ta’ San Ġiljan bħala ‘antichissima’. Kien fil-fatt l-Isqof Gargallo, li fiż-żjara tiegħu fil-Parroċċa ta’ Birkirkara fl-1601, semma għall-ewwel darba knisja ddedikata lil San Ġiljan Konfessur fil-limiti ta’ din il-parroċċa. Dun Filippo Borg, Kappillan ta’ Birkirkara, ikkonferma li l-knisja inbniet mill-ġdid fl-1593 fl-istess post ta’ oħra li kienet iffrekwentata bil-bosta minn ħafna devoti. Borg isemmi li l-Prokuratur tal-Knisja Lorenzo Pullicino ħalla lil ibnu Mattew xi art maġenb il-knisja sabiex permezz tagħha jinxtegħel il-lampier fis-Sibtijiet u l-Ħdud u biex tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Ġiljan kull 27 ta’ Jannar bil-kant tal-għasar u quddiesa solenni. Borg irrisponda d-domandi tal-prelati fuq l-‘mirakli’ li jingħad li kienu qed iseħħu max-xtut mhux bogħod mill-knisja. Huwa kkonferma li diversi Maltin u barranin devoti tal-qaddis kienu jżuru l-knisja u wara li jitolbu, jinżlu x-xatt biex jinħaslu f’ċertu għadira, jindifnu fir-ramel u wara jsostnu li ġew mnaddfa mill-mard tagħhom. Monsinjur Salvatore Pontremoli, Vigarju Kapitulari, fiż-żjara li għamel fil-knisja nhar it-8 ta’ Ottubru 1634, jagħtina r-raġuni għalfejn din għadha sal-lum magħrufa bħala ‘Ta’ Lapsi’. Il-vigarju jsemmi li nhar il-festa tal-Axxenzjoni tal-Mulej, madwar 200 ruħ kienu jinġabru l-knisja fejn kienu jiġu ċċelebrati diversi quddisiet. Wara li kienu jgħidu d-devozzjonijiet tagħhom, in-nies kienu jinżlu l-bajja u jqattgħu ġurnata l-baħar u hekk jiftħu l-istaġun tas-sajf. Rapporti ta’ diversi żjarat pastorali tal-Isqfijiet u l-prelati tagħhom jagħtuna dettalji storiċi importanti fuq il-knisja, hekk kif jagħtuna sorsi oħra. Ferris jgħidilna li l-knisja inbniet mill-ġdid fl-1682. Dan hu kkonfermat fi studju dettaljat li għamel n-Nutar Eugene F. Montanaro, li jgħidilna li din inbniet fuq pjanta tal-Perit Vincenzo Casanova u permezz tal-ġenerozita ta’ devot – Baldassare Ciantar, li ħallas is-somma ta’ 120 skud lill-bennej Bartilmew Camilleri. Il-bini tal-knisja sar ukoll bit-tħabrik tal-Prokuraturi Don Mario Haxixa u Domenico Gatt. Din il-binja ma kelliex ħajja twila għaliex fl-1723, l-Isqof Gaspare Gori Mancini kkundanaha għall-għeluq minħabba l-istat ta’ periklu li kienet fiha u ordna li l-beni tagħha jittieħdu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birkirkara fejn kellhom jiġu eżegwiti l-piżijiet tal-fundazzjonijiet imħollija lilha. Il-knisja kienet wieqfa mill-ġdid fl-1730, hekk kif ikkonfermat mill-Isqof Alpheran De Bussan. Is-Seklu XIX kellu jara ħafna tibdiliet f’San Ġiljan, u fost dawn kien hemm il-ħtiġijiet spiritwali tal-poplu. Is-subborg ta’ San Ġiljan ma baqgħax jgħodd biss ftit bdiewa, sajjieda u l-familji tagħhom iżda l-popolazzjoni kibret, tant li fis-sajf dik li kienet tgħodd madwar 50 familja kienet taqbez l-elf ruħ. Il-parruċċani ħafna drabi, kienu qed jibqgħu bla sagramenti għaliex il-bogħod mill-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Elena kien jaqtalhom qalbhom. Huma kienu mhedda ukoll mill-propogranda Protestanti u l-Metodisti, hekk kif dawn kellhom djar tal-laqgħat f’ San Ġiljan li aktar tard kiber f’kulleġġ. Għaldaqstant fil-21 ta’ April...

Read More

Festa San Ġiljan Ospitalier – Jum il-Familja

Festa San Ġiljan Ospitalier – Jum il-Familja

Il-Mulej Ġesu jistieden lill-familji kollha biex ikunu l-mistiedna tiegħU. Mela ejja niġu, mhux għax aħna b’saħħitna, iżda għax dgħajfa, mhux għax nemmnu fiH, iżda għax jemmen Hu fina; mhux għax aħna tajbin iżda għax Hu tajjeb. Ejjew, aħna li għandna ħafna jew ftit fidi; aħna li ppruvajna nimxu warajH, u aħna li fallejna. Huwa l-Mulej Ġesu li jistieden lill-familji kollha biex jiġu jiltaqgħu miegħU għall-quddiesa li ser issir nhar il-Ħadd, 21 ta’Awwissu fis-7.00 pm  fil-Knisja Parrokkjali. ( Il-Parroċċa ta’ San Ġiljan tgħin aktar minn 80 familja li huma fil-bżonn. Napprezzaw ħafna jekk magħkom iġġibu affarijiet ta’ l-ikel biex jitqassmu fost dawn il-familji.) Agħfas din il-link biex tara video clip qasira verament interessanti: Jum il-Familja   The Lord Jesus invites all families to be his guests. So let us come, not because we are strong, but because we are weak; not because we believe in Him, but because He believes in us; not because we are good, but because He is good. Come, we who have much faith and we who have little; we who have tried to follow Him, and we who have failed. It is our Lord who invites all families to come to meet Him for mass which is going to be held on Sunday, 21st August at 7.00 pm at the Parish Church. ( More than 80 families in need are given assistance by the St. Julian’s Parish. We would appreciate if you bring with you food stuffs to be distributed amongst these...

Read More

Poster bil-Programm tal-Festa ta’ San Ġiljan 2016

Poster bil-Programm tal-Festa ta’ San Ġiljan 2016

Fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ San Ġiljan (1891-2016), il-kummissjoni 125 sena parroċċa, ħejjiet programm speċjali u differenti mis-soltu għal matul ix-xahar t’Awwissu.  Dan ix-xahar ta’festa, jiftaħ propju fl-1 t’Awwissu 2016 u jintemm fl-1 ta’Settembru 2016 – L-anniversarju tal-125 sena parroċċa.  Wieħed mill-membri tal-kummissjoni 125 sena parroċċa, Niki Papagiorcopulo ipprepara poster li jiġbor fih il-programm sħih ta’ matul dan ix-xahar tant għażiż għall-Ġiljaniżi. Biex tniżżel kopja tal-poster, ikklikkja hawn:  Poster-FESTA-125-Sena.pdf (257...

Read More

Programm tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier Awwissu 2016

Programm tal-Festa Titulari ta’ San Ġiljan Ospitalier Awwissu 2016

  It-Tnejn 1 ta’ Awwissu Jum it-tħabbira tal-Festa Bidu taċ-Ċelebrazzjonijiet għall-Festa Titulari 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa bis-sehem tas-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan, Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa u manifestazzjoni bil-vara mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi). Il-vara, akkumpanjata mis-Salesian Boys Brigade, tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Wied Għomor, Pjazza Spinola, Triq il-Kbira, Triq S. Elija, Triq Sant’Anġlu sal-Knisja ta’ Lapsi. Malli tidħol il-vara fil-Knisja ta’ Lapsi, titkanta l-antifona Beate Juliane 1847, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan.   Is-Sibt 13 ta’ Awwissu 6.45pm Il-vara ta’ San Ġiljan tas-Soċjeta’ Mużikali Spinola titlaq fuq dgħajsa mill-pont tal-Qaliet. Il-vara tkun akkumpanjata minn inġenji tal-baħar. Mad-dħul tal-vara f’Xatt is-Sajjieda jitkanta l-innu popolari.   7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-Kappillan Fr Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Il-quddiesa tkun animata minn Andrew Cauchi. Wara l-quddiesa jkun hemm attività fl-istess post.   Il-Ġimgħa, 19 ta’ Awwissu 8.00pm  Programm ta’ mużika sagra ddedikata lill-Qaddis Patrun San Ġiljan mill-Banda Spinola li jinkludi l-premiere tal-‘Innu l-Kbir lil San Ġiljan Ospitalier’, mużika tas-Surmast Onorarju Andrew Coleiro, u versi ta’ Anselm Sciberras, fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi). Il-banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Aldo Minuti. Il-programm qed jittella’ mis-Soċjeta` Mużikali Spinola bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni 125 Sena Parroċċa u l-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi.   Is-Sibt, 20 ta’ Awwissu Jum id-Dilettanti tal-Festa 6.30pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li  jġibu isem il-patrun San Ġiljan. (Dakinhar il-quddiesa tas-6.30pm ma ssirx fil-Knisja Parrokkjali, iżda ssir biss dik tat-7.45pm)   7.00pm Marċ mill-Baned San Ġiljan u Spinola bħala Massed Band minn quddiem il-Monument ta’ San Ġiljan f’Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq il-Kbira, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi.   7.30pm Purċissjoni bil-vara titulari ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi lejn il-Knisja Parrokkjali, li tgħaddi minn Triq Lapsi, Titla sa Telgħrt Birkirkara,  tinżel Telgħet Birkirkara, Triq Sant’Anġlu, Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira, Pjazza Spinola, Triq Wied Għomor sal-Knisja Parrokkjali. Malli tidħol il-vara fil-Knisja Parrokkjali, titkanta l-antifona Beate Juliane 1847, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu Popolari lil San Ġiljan.     Il-Ħadd, 21 ta’Awwissu Jum il-Familja 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa il-Kappillan Fr Claude Portelli.   It-Tnejn, 22 ta’ Awwissu Jum il-Karita’ 7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa fejn se tingħata l-offerta li nġabret mill-Parroċċa għall-proġett ta’ karita’ b’risq id-Dar tal-Providenza. Janima is-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.    It-Tlieta, 23 ta’ Awwissu Jum l-Anzjani u l-Morda...

Read More

Parroċċa San Ġiljan 125 Sena Anniversarju (1891-2016)