Proġett ta’ Karita’ – 125 Anniversarju tal-Parroċċa

Proġett ta’ Karita’ – 125 Anniversarju tal-Parroċċa

Reċentement, il-Kappillan Fr Claude, flimkien mal-Viċi-Kappillan Fr Paul, żaru d-Dar tal-Providenza fejn setgħu jaraw ix-xogħol li għaddej bħalissa bħala Proġett ta’ Karita’ tal-Parroċċa tagħna fl-okkażjoni tal-125 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, spjega li x-xogħol miexi ġmielu u meta titlesta, din is-sala se sservi bħala lounge area ħdejn il-kappella fejn il-familji tar-residenti ikunu jistgħu jiltaqgħu maghħom, jew inkella tkun tista tintuża bħala annex għall-kappella meta ikollhom bżonn jakkomodaw aktar nies f’attivitajiet akbar fil-kappella stess. Fr Martin irringrazzja lil dawk kollha li taw xi kontribut s’issa għal dan il-proġett li se jgħinhom ħafna b’mod prattiku.  Id-donazzjonijiet qed jinġabru mill-Kappillan sa nofs Awwissu, fejn mbagħad waqt il-ġimgħa tal-Festa, is-somma miġbura se tingħata b’donazzjoni lid-Direttur tal-Providenza.   Kulmin jixtieq jagħti xi donazzjoni b’risq dan il-proġett, huwa mitlub jikkuntattja l-Uffiċċju...

Read More

Wirja Artistika u Storika – 125 sena Parroċċa

Wirja Artistika u Storika – 125 sena Parroċċa

Il-wirja ġiet u għaddiet. Wirja li ġabret taħt saqaf wieħed diversi oġġetti liturġiċi li jinsabu fil-knejjes ta’ San Ġiljan.  Permezz tal-wirja, diversi saċerdoti li snin ilu taw is-servizz tagħhom ġewwa San Ġiljan, reġgħu irritornaw ġewwa San Ġiljan biex jammiraw wirt missirijietna. Diversi nies li joqgħodu ġewwa San Ġiljan qatt ma bassru bil-ġmiel li għandna fil-knejjes tagħna.  Minn din il-paġna nirringrazzjaw lill-mijiet li ġew iżuru din il-wirja.  Dawk li kienu hemm kuljum biex jassistu f’din il-wirja jafu li n-nies ma qatgħu xejn anzi baqgħu ġejjin sal-aħħar.  Grazzi lil kuħadd. This slideshow requires...

Read More

San Giljan 125 Sena Parroċċa

San Giljan 125 Sena Parroċċa

Fl-introduzzjoni li saret qabel il-Quddiesa tal-aħħar tas-sena fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan saret referenza għall-anniversarju tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa li ser niċċelebraw flimkien fix-xhur li ġejjin.  Ma kienx jonqos li nfakkru lil dawk ta’qabilna u nsellmu lill-kappillani kollha li ħadmu tul is-snin, speċjalment lil Dun Ġużepp Xerri li ħabrek kemm felaħ biex San Ġiljan sar parroċċa. Fl-aħħar tal-Quddiesa, parti mill-messaġġ tal-kappillan Fr Claude Portelli, wkoll kien dedikat għal dan l-anniversarju.  Il-kappillan appella biex matul din is-sena nkomplu dak li bdew ta’qabilna u nkomplu ninbnew bħala komunita’ ħajja. Għall-okkażżjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa, tnieda logo uffiċċjali maħdum mill-artist u kavallier Adonai Camilleri Cauchi.    Il-logo jikkonsisti fl-arma originali tal-parrocca, dik tal-post kif ukoll juri ż-żewg knejjes – dik il-knisja li fiha twaqqfet il-parrocca (Ta’Lapsi), u l-knisja preżenti.  Il-logo għandu wkoll messaġġ xi jwasslilna: ‘Nghammru fiH u Hu fina’.  Nirringrazzjaw lil dawk kollha involuti biex sar dan il-logo u nappellaw lill-parruċċani kollha biex kif qal il-kappillan jgħinu u jipparteċipaw fl-attivitajiet li ser jiġu...

Read More

San Ġiljan 125 Sena Parroċċa (1891-2016)

San Ġiljan 125 Sena Parroċċa (1891-2016)

Minn dan ix-xahar ħa nibdew nagħtu ftit informazzjoni li ser teħodna lura tul dawn il-125 sena tal-parroċċa tagħna.  Illum ser nibdew mis-sena 1848 meta n-nies ta’ San Ġiljan għamlu rikors lill-Arċisqof Publiju Sant biex il-knisja dak iż-żmien dedikata  lill-Axxensjoni tal-Mulej (Lapsi) u San Ġiljan jagħtiha ftit awtonomija minn Birkirkara.  F’dik is-sena stess, iġifieri fl-1848 huwa għamel l-ewwel viżta pastorali tiegħu ġo San Ġiljan u mal-ewwel kien favur it-talba tal-Ġiljaniżi.  Fit-22 t’April, 1849, waqt żjara pastorali ġewwa Birkirkara, l-Arċisqof Sant ħatar lill-qassis Dun Ġużepp Xerri bħala l-ewwel Viċi Parrokku tal-knisja ta’ San Ġiljan.  Il-prepostu ta’ Birkirkara dak iż-żmien kien il-Kanonku Dun Ġużepp Debono, li ma sab l-ebda’ oġġezzjoni biex il-knisja ta’ San Ġiljan tiġi mtella għat-titlu ta’Viċi Parroċċa.   Dun Ġużepp Xerri għandu importanza kbira fl-istorja tal-parroċċa tagħna.  Imma min kien dan il-qassis ? “Jiena ta’ nisel karkariż, imwieled u mgħammed f’Birkirkara.” Twieled fil-11 t’Ottubru 1823 minn Marija nee Aquilina u Kostantin Xerri.  Xerri ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’Marzu 1848.  Dun Ġużepp Xerri nħatar Viċi-parrokku waħdieni ġo San Ġiljan fl-1849.  Beda’ l-ħidma pastorali tiegħu fil-5 t’Awwissu 1849.  Huwa sab diversi problemi li kellu jsolvihom ftit ftit, fosthom it-tkabbir tal-knisja f’Awwissu tal-1852.  Dun Ġużepp Xerri ħallas għall-Battisteru mqiegħed ħdejn il-bieb ta’ barra.  Fl-24 ta’ Frar 1859 ġiet mgħammda l-ewwel tarbija li isimha hu reġistrat ġewwa San Ġiljan. Fil-knisja ta’ Lapsi bdew isiru wkoll Żwiġijiet u Funerali, dan kollu minkejja li l-knisja kienet biss viċi parroċċa.  Li hu żgur hu li Dun Ġużepp Xerri kellu viżjoni.  Min jaf qgħadx għaddietlu minn moħħu li hu għad jiġi maħtur bħala l-ewwel kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġiljan...

Read More