Il-Milied fil-Book Centre

Il-Milied fil-Book Centre

Kif tasal fejn il-bieb tal-Book Centre li jinsab biswit il-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan tinduna li diġa jinsab fl-atmosfera tal-Milied.  Lista sħiħa t’oġġetti u kotba marbuta ma din il-festa.  Jekk għadek ma dħaltx tagħti titwila u tixtri xi ħaġa, qis li l-weekend li ġej taqbeż qabża u xi ħaġa tolqtok żgur. F’dawn ir-ritratti qed nuru ftit mill-ħafna affarijiet li nsibu fil-Book Centre marbuta maż-żmien tal-Milied.     This slideshow requires JavaScript....

Read More

Kotba Interessanti Fil-Book Centre

Fil-Book Centre tal-parroċċa ta’ San Ġiljan, li jinsab eżatt maġenb il-knisja parrokjali, matul din il-ġimgħa qed issir enfasi fuq numru ta’ kotba li huma ta’ interess partikolari għas-soċjeta’ maltija. Persunaġġi bħal Mons Victor Grech, Fr Hilary Tagliaferro, Ġorg tal-Mużew u l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca żgur li m’għandhom bżonn l-ebda’ introduzzjoni.  Min qatt ma sema’ bihom? Barra minn hekk,  Madre Tereża u l-Papa Franġisku  żgur li huma żewg persunaġġi kbar li kellhom u għad għandhom effett kbir fuq il-poplu dinji. Dawn il-kotba jitrattaw dawn il-persunaġġi.  Għalhekk għaddi waħda sal-Book Centre u agħti titwila dawn il-kotba u kotba oħra interessanti.  Xi ħaġa jinteressak żgur.    ...

Read More

Il-Book Centre jipprepara għall-Festa

Il-Book Centre jipprepara għall-Festa

Bħal kull sena, l-Book Centre bħalissa huwa fornut b’diversi oġġetti relatati mal-festa ta’ San Ġiljan.  Dawn l-oġġetti qed jinbiegħu bi prezzijiet verament baxxi biex b’hekk kull familja tkun tista tixtri wieħed minn dawn l-oġġetti u żżommu tifkira tal-festa. Barra minn hekk issibu diversi bnadar li jsebbħu il-gallariji, twieqi jew l-arbli fuq il-bjut.  Għalhekk jekk inti dilettant vera tal-festa asal wasla sal-Book Centre u xi ħaġa tinteressak żgur.!  ...

Read More

The Heart of the 5 Love Languages

The Heart of the 5 Love Languages

In this GIFT-SIZED ABRIDGED VERSION of the #1 New York Times bestselling book The FIVE Love Languages, you’ll discover the secret that has transformed millions of relationships worldwide. Whether your relationship is flourishing or failing, Dr. Gary Chapman’s proven approach to showing and receiving love will help you experience deeper and richer levels of intimacy with your partner-starting today.  Price €6.50.  ...

Read More

Statwi u Oġġetti oħra għall-bejgħ mill-Book Centre

Statwi u Oġġetti oħra għall-bejgħ mill-Book Centre

Mill-Book Centre tal-parroċċa bħalissa ssib numru ta’ statwi u oġġetti oħra relatati ma’ dan iż-żmien tar-Randan.  Hawn taħt qed nuru uħud mill-affarijiet li jinsabu għall-bejgħ.  Il-Book Centre tal-parroċċa ta’ San Ġiljan jinsab biswit il-knisja parrokkjali u jkun miftuħ fil-weekends.     This slideshow requires...

Read More

Karol it-Tifel li sar Papa

Karol it-Tifel li sar Papa

Niżżel rasu ‘l isfel u serraħha fuq idejh it-tnejn. “Hawn x’qed jiġri, ħaseb. Jien m’iniex Taljan, kif qed jagħżlu lili? Lili Lolek mill-art imbiegħda tal-Polonja?” Dak l-isem ħelu ta’ Lolek fakkru f’leħen ommu u f’dak li kienet tirrakkuntalu: “Lin-nies li jħarsu lejk fil-pramm kont ngħidilhom ‘ibni għad ikun bniedem kbir.’ Mela kienet taf! Imma kif kienet taf li jien se nsir….” Għolla rasu ‘l fuq. Il-kardinali kienu kollu bilwieqfa. Kollha kienu qed iħarsu lejh. Kollha kienu qed jitbissmulu. Kollha kienu qed iħarsu lejh. Kollha kienu qed iċapċpu. Imbagħad il-Kardinal li kien qed imexxi l-Konklavi ġie quddiemu u staqsieh: “Inti taċċetta din l-elezzjoni?” Din hi l-istorja ta’ tifel mill-Polonja li kien jismu Karol, u li meta kiber sar Papa; Papa Ġwanni Pawlu II. Fis-27 ta’ April 2014 sar Qaddis.  Kellna xorti wkoll nilqgħuh akar minn darva f’pajjiżna, anke fil-knisja parrokkjali...

Read More