Messaġġ mill-Kappillan għax-xahar ta’ Jannar

Messaġġ mill-Kappillan għax-xahar ta’ Jannar

Flimkien mal-Mulej fis-Sena Ġdida Il-festi sbieħ tal-Milied jiġu fi tmiemhom biċ-ċelebrazzjoni tal-Epifanija u eżatt warajha l-festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Wara li Ġesù irċieva l-magħmudija minn Ġwanni fix-xmara Ġordan, “infetħu s-smewwiet għalih” (Mt 3,16).  Dan iwassal fis-seħħ il-profeziji.  Fil-fatt, hemm il-vokazzjoni li l-liturġija tal-Avvent tfakkarna minn żmien għal żmien: “Mhux li kien iċċarrat is-smewwiet u tinżel!” (Iż. 63,19).  Jekk is-smewwiet jibqgħu magħluqin, l-orizzont tal-ħajja tagħna fuq din l-art jibqa’ mdallam, imċaħħad mit-tama.  Imma, bit-tifkira tal-Milied, il-fidi tagħna għal darb’oħra taċċertana li s-smewwiet reġgħu iċċartu bil-miġja ta’ Ġesù.  U f’jum il-magħmudija ta’ Ġesù għal darb’oħra nħarsu lejn is-smewwiet miftuħa.  Id-dehra tal-Iben ta’ Alla fuq l-art timmarka l-bidu ta’ żmien qawwi ta’ ħniena, wara li d-dnub kien għalaq is-smewwiet, u tella’ bħal qisu ħajt bejn il-bniedem u l-Ħallieq tiegħu.  Bit-twelid ta’ Ġesù is-smewwiet jinfetħu.  F’Ġesù Alla jtina l-garanzija ta’ mħabba li ma tistax tinqered.  Minn mindu l-Verb sar bniedem nistgħu għalhekk naraw is-smewwiet miftuħa.  Dan kien possibbli għar-rgħaja ta’ Betlehem, għall-Maġi li ġew mil-Lvant, għall-Għammiedi, għall-Appostli ta’ Ġesù, għal San Stiefnu, l-ewwel martri, li għajjat: “Qed nara s-smewwiet miftuħa!” (Att 7,56).  U dan huwa possibbli għal kull wieħed u waħda minna, jekk inħallu l-imħabba ta’ Alla taħkimna, din l-imħabba li tingħatalna għall-ewwel darba fil-magħmudija permezz tal-Ispirtu s-Santu.  Ejjew inħallu l-imħabba ta’ Alla taħkimna. Dan hu ż-żmien qawwi tal-ħniena!  Meta Ġesù rċieva l-magħmudija tal-indiema minn Ġwanni l-Battista, billi juri s-solidarjetà mal-poplu niedem – Hu, li hu bla dnub, m’għandux bżonn ta’ konverżjoni –, Alla l-Missier semma’ leħnu mis-sena “Dan hu Ibni, il-maħbub: fih insib l-għaxqa tiegħi” (v 17).  Ġesù jirċievi l-approvazzjoni tal-Missier tas-sema, li bagħtu fid-dinja proprju biex jaċċetta li jaqsam magħna l-qagħda tagħna, il-faqar tagħna.  Li taqsam xi ħaġa ma’ xi ħadd hu l-veru mod kif turi kemm tħobbu.  U għalhekk lilna jagħmilna ulied, flimkien miegħu, ta’ Alla l-Missier.  Din hi l-wirja u l-għajn tal-imħabba vera.  Dan hu iż-żmien qawwi tal-ħniena. Ma jidhrilkomx li fi żmienna hemm bżonn ta’ żjieda fl-imħabba fraterna u fil-qsim tal-ġid?  Ma jidhrilkomx li lkoll għandna bżonn żjieda fl-imħabba lejn il-proxxmu? Mhux dik il-karità li sseraħ il-kuxjenza billi tagħti xi ħaġa darba kultant b’mod li ma tagħtix każ, b’mod indifferenti, imma dik il-karità li permezz tagħha veru naqsmu dak li għandna, li tħoss it-tbatija u d-dwejjaq tal-aħwa.  X’togħma differenti tieħu l-ħajja meta nħallu l-imħabba ta’ Alla taħkimna. B’dawn il-ħsibijiet f’qalbna ejjew inħarsu ‘l quddiem lejn din is-sena ġdida 2019 u nippruvaw nagħtu aħna lkoll xhieda tal-identita’ nisranija tagħna f’kull qasam tal-ħajja tagħna. Minn qalbi nawgura lilek li qed taqra u lil-familjari tiegħek paċi u ġid għas-sena...

Read More

Messaġġ mill-kappillan għal Diċembru 2018

Messaġġ mill-kappillan għal Diċembru 2018

L-Avvent reġa’ magħna L-Avvent hu ż-żmien mogħti lilna biex nilqgħu lill-Mulej li jiġi jiltaqa’ magħna, u wkoll biex neżaminaw kemm aħna mixtiqin għal Alla, biex inħarsu ‘l quddiem u nħejju ruħna għall-miġja mill-ġdid ta’ Kristu.  Hu jiġi lura għandna fil-festa tal-Milied, meta aħna nagħmlu l-memorja tal-miġja storika tiegħu fl-umiltà tal-kundizzjoni umana; imma jiġi ġewwa fina kull darba li aħna nkunu disposti li nilqgħuh, u jerġa’ jiġi mill-ġdid fl-aħħar biex “jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”.  Għaldaqstant aħna għandna dejjem nishru u nistennew lill-Mulej bit-tama li niltaqgħu miegħu.  Il-liturġija tal-lum tintroduċilna propju dan is-suġġett suġġestiv tas-sahra u l-istennija. Fl-Evanġelju (Mk 13,33-37), Ġesù jħeġġiġna biex inkunu dejjem lesti u biex nishru, biex inkunu mħejjija ħalli nilqgħuh meta jerġa’ jiġi.  Jgħidilna: “Kunu lesti, ishru għax ma tafux is-siegħa (…);  araw li meta jasal il-waqt f’ħin bla waqt, ma tkunux reqdin” (vv 33-36). Il-bniedem li jkun dejjem lest hu dak li, fost il-ħsejjes tad-dinja, ma jħallix id-distrazzjoni u s-superfiċjalità jirkbuh, imma jgħix il-milja tal-ħajja bl-għarfien tiegħu innifsu, li t-tħassib tiegħu huwa qabel kollox għal ħaddieħor.  B’dan l-atteġġjament aħna nindunaw bid-dmugħ u l-ħtiġijiet tal-proxxmu u nkunu nistgħu nifhmu wkoll il-ħiliet u l-kwalitajiet umani u spiritwali tiegħu.  Il-persuna li tkun tishar iddawwar ħarsitha wkoll lejn id-dinja, u tfittex teħodha kontra l-indifferenza u l-krudeltà li tinsab fiha, filwaqt li tifraħ bit-teżori tal-ġmiel li jeżistu wkoll u li għandhom ikunu mħarsa.  Ifisser li ħarsitna tifhem, biex tagħraf il-miżerji u l-faqar tal-individwi tas-soċjetà, kif tagħraf ukoll l-għana moħbi fl-affarijiet iż-żgħar ta’ kuljum, propju hemm fejn qegħedna l-Mulej. Il-persuna attenta hi dik li tilqa’ l-istedina biex tishar, jiġifieri li ma tħallix il-ħedla tal-iskoraġġiment taħkimha, in-nuqqas ta’ tama, id-delużjoni; u, fl-istess waqt, tirrifjuta l-lixka ta’ tant vanitajiet li bihom hi mfawra d-dinja u li kultant, minħabba fihom tissagrifika l-hena personali u dik tal-familja.  Hija l-esperjenza ta’ niket tal-poplu ta’ Iżrael kif jirraukkuntahielna l-Profeta Iżaija: Alla donnu ħalla l-poplu jħuf bogħod minn triqatu (63,17), imma dan kien effett tal-infedeltà tal-istess poplu (64, 4b).  Ta’ spiss aħna wkoll insibu ruħna f’dis-sitwazzjoni ta’ infedeltà għas-sejħa tal-Mulej: Hu jurina t-triq it-tajba, it-triq tal-fidi, it-triq tal-imħabba, imma aħna nfittxu l-hena tagħna xi mkien ieħor. Li nishru u nkunu attenti huma l-kundizzjonijiet biex aħna ma nkomplux “inħufu bogħod mit-toroq tal-Mulej”, mitlufin fi dnubietna u fl-infedeltajiet tagħna; li nkunu attenti u nishru huma l-kundizzjonijiet biex nippermettu lil Alla jinfed l-eżistenza tagħna, biex iroddilha lura tifsira u valur bil-preżenza tiegħu mimlija tjieba u tenerezza.  Marija Santissma, mudell tal-istennija ta’ Alla u ikona tas-sahra, tmexxina lejn il-laqgħa ma’ Binha Ġesù, billi terġa’ tkebbes fina l-imħabba...

Read More

Il-Bniedem f’battalja dejjiema bejn it-tajjeb u l-hażin

Il-Bniedem f’battalja dejjiema bejn it-tajjeb u l-hażin

Il-qalb tal-bniedem tixbaħ “kamp tal-battalja” fejn jitqabdu żewġ “spirti” differenti: wieħed hu dak ta’ Alla li jmexxina lejn l-opri tajba, il-karità, il-fraternità, l-ieħor hu dak tad-dinja, li jimbuttana lejn il-vanità, kburija, suffiċjenza, tqassis u tlablib fil-vojt. Infatti hu l-Ispirtu s-Santu li jmexxina biex insiru nafu lil Ġesù, u biex ikollna l-istess sentimenti tiegħu li bihom nifhmu qalbu. Il-bniedem mitluq għall-forzi tiegħu biss ma jifhimx lill-Ispirtu s-Santu. Hemm żewġ spirti. Żewġ modi ta’ kif naħsbu, inġibu ruħna u nħossu: dak li jmexxini lejn l-Ispirtu t’Alla u dak li jressaqni lejn l-ispirtu tad-dinja. Dan jiġri matul ħajjitna. Ilkoll kemm aħna għandna fina dawn iż-żewġ spirti. L-Ispirtu t’Alla jmexxina lejn l-opri tajba, lejn il-karità, lejn il-fraternità, iwassalna biex naduraw lil Alla, biex insiru nafu lil Ġesù, biex nagħmlu ħafna opri ta’ karità, biex nitolbu. L-ispirtu l-ieħor, dak tad-dinja, imexxina lejn il-vanità, l-arroganza, it-tlablib żejjed: triq differenti għal kollox minn dik li twassalna lejn Alla. Qalbna tixbaħ kamp tal-battalja, kamp tal-gwerra fejn jitqabdu dawn iż-żewġ spirti. Għalhekk, fil-ħajja nisranija hemm bżonn nitqabdu biex nagħmlu wisa’ lill-Ispirtu t’Alla u nbegħedu minn l-ispirtu tad-dinja. Huwa eżami tal-kuxjenza li għandu jsir kuljum, dan jgħinna nindunaw liema jkunu t-tentazzjonijiet, niċċaraw il-mod ta’ kif iġibu ruħhom dawn iż-żewġ spirti kuntrarji għal xulxin.  Sempliċi ħafna: għandna dan id-don kbir li hu l-Ispirtu t’Alla, imma aħna dgħajfa, midinbin u jkollna t-tentazzjoni mill-ispirtu tad-dinja wkoll. F’dik it-taqbida spiritwali, f’dil-gwerra tal-ispirtu, jeħtieġ li noħorġu rebbieħa bħalma ħareġ Ġesù. Kuljum filgħaxija, in-nisrani għandu jaħseb dwar il-ġurnata tiegħu biex jifhem jekk għelbuhx il-vanità u s-suppervja inkella jekk irnexxilux jimita lil Iben Alla. Nagħrfu dak li qed jiġri fi qlubna. Jekk dan ma nagħmluhx, jekk ma nkunux nafu x’qed jiġri fi qlubna – u din mhux jien qed ngħidha imma tgħidha l-Iskrittura Mqaddsa – inkunu bħall-annimali li ma jifhmu xejn, jimxu biss bl-istint.  Iżda aħna wlied Alla, mgħammdin bid-don tal-Ispirtu s-Santu.  Għaldaqstant hu mportanti li nifhmu xi jkun ġara f’qalbna matul il-ġurnata.   Fr...

Read More

Messaġġ mill-Kappillan – Ottubru 2018

Messaġġ mill-Kappillan – Ottubru 2018

L-Ispirtu s-Santu hu dak li jmexxi l-Knisja L-Ispirtu s-Santu hu dak li jmexxi l-Knisja, li jaħdem fiha, fi qlubna, hu dak li lil kull nisrani jagħmlu persuna differenti minn oħrajn, imma li mbagħad jgħaqqad lil kulħadd flimkien. Hu dak li jmexxi, li jiftaħ il-bibien u jistiednek biex tagħti xhieda ta’ Ġesù. Wara l-qawmien tal-Mulej mill-imwiet il-kliem: “Irċievu l-Ispirtu s-Santu u tkunu xhieda tiegħi fid-dinja kollha” huma kostanti. L-Ispirtu s-Santu hu dak li jqanqalna biex infaħħru ‘l Alla u nitolbu. Hu dak li jgħallimna nħarsu lejn il-Missier u ngħidulu: “Missierna”. Jeħlisna minn dil-qagħda ta’ orfni li fiha jrid idaħħalna l-ispirtu tad-dinja. L-Ispirtu s-Santu hu l-protagonista tal-Knisja, hu dak li jaħdem fil-Knisja. Il-periklu hu li aħna ma ngħixux dan, meta ma jkollniex ħila nwettqu din il-missjoni u nirriduċu l-fidi f’regoli morali, f’etika biss. Ma nistgħux nieqfu biss fil-ħarsien tal-Kmandamenti bla ma nagħmlu xejn aktar: dan nista’ nagħmlu u dak ma nistax, s’hawn nista’ nasal u mhux aktar! B’hekk il-morali ssir ħaġa riġida, distakkata. Il-ħajja nisranija mhix etika, imma hija laqgħa ma’ Ġesù Kristu. Huwa propju l-Ispirtu s-Santu li jmexxini lejn dil-laqgħa ma’ Ġesù Kristu.  Imma f’ħajjitna, l-Ispirtu s-Santu qiesu priġunier speċjali, ma nħalluhx jimbuttana ma nħalluhx iċaqlaqna. Kollox jagħmel, kollox jaf, jaf ifakkrna x’qal Ġesù, jaf jispjegalna dak li għamel Ġesù. Ħaġa waħda biss ma jafx jagħmel l-Ispirtu s-Santu – ma jafx jagħmilna nsara “tas-salott”. Dan ma jafx jagħmlu! Ma jafx jagħmel minna nsara virtwali imma jaf jagħmilna nsara bil-virtù. Hu jieħu l-ħajja kif inhi bil-profezija li jaqra s-sinjali taż-żminijiet u b’hekk imexxina ‘l quddiem. L-Ispirtu s-Santu li hemm fina, jimbuttana biex noħroġu minna nfusna, mingħajr biża’?  Kif inhu l-kuraġġ tiegħi, il-kuraġġ li jtini l-Ispirtu s-Santu biex noħroġ minni nnifsi, biex nagħti xhieda ta’ Ġesù? U aktar: kif inhi l-paċenzja tiegħi fil-mumenti tal-prova? Insaqsi: Jien verament nemmen jew għalija l-Ispirtu s-Santu hu kliem biss? Nippruvaw nitkellmu miegħu u ngħidulu: Jiena naf min int, Int tinsab f’qalbi, Int ir-ruħ tal-Knisja, Int tmexxiha ‘l quddiem, Int tgħaqqad lil kulħadd flimkien, aħna li aħna differnti minn xulxin, bid-diversità, imma lkoll ħaġa waħda. Ngħidulu dawn l-affarijiet kollha u nitolbuh il-grazzja li nitgħallmu nwettqu fil-prattika ta’ ħajjitna, dak li jagħmel Hu. Il-grazzja tal-ħlewwa tiegħu: inkunu doċli bħall-Ispirtu...

Read More

L-Ispirtu s-Santu hu dak li jmexxi l-Knisja

L-Ispirtu s-Santu hu dak li jmexxi l-Knisja

L-Ispirtu s-Santu hu dak li jmexxi l-Knisja, li jaħdem fiha, fi qlubna, hu dak li lil kull nisrani jagħmlu persuna differenti minn oħrajn, imma li mbagħad jgħaqqad lil kulħadd flimkien. Hu dak li jmexxi, li jiftaħ il-bibien u jistiednek biex tagħti xhieda ta’ Ġesù. Wara l-qawmien tal-Mulej mill-imwiet il-kliem: “Irċievu l-Ispirtu s-Santu u tkunu xhieda tiegħi fid-dinja kollha” huma kostanti. L-Ispirtu s-Santu hu dak li jqanqalna biex infaħħru ‘l Alla u nitolbu. Hu dak li jgħallimna nħarsu lejn il-Missier u ngħidulu: “Missierna”. Jeħlisna minn dil-qagħda ta’ orfni li fiha jrid idaħħalna l-ispirtu tad-dinja. L-Ispirtu s-Santu hu l-protagonista tal-Knisja, hu dak li jaħdem fil-Knisja. Il-periklu hu li aħna ma ngħixux dan, meta ma jkollniex ħila nwettqu din il-missjoni u nirriduċu l-fidi f’regoli morali, f’etika biss. Ma nistgħux nieqfu biss fil-ħarsien tal-Kmandamenti bla ma nagħmlu xejn aktar: dan nista’ nagħmlu u dak ma nistax, s’hawn nista’ nasal u mhux aktar! B’hekk il-morali ssir ħaġa riġida, distakkata. Il-ħajja nisranija mhix etika, imma hija laqgħa ma’ Ġesù Kristu. Huwa propju l-Ispirtu s-Santu li jmexxini lejn dil-laqgħa ma’ Ġesù Kristu.  Imma f’ħajjitna, l-Ispirtu s-Santu qiesu priġunier speċjali, ma nħalluhx jimbuttana ma nħalluhx iċaqlaqna. Kollox jagħmel, kollox jaf, jaf ifakkrna x’qal Ġesù, jaf jispjegalna dak li għamel Ġesù. Ħaġa waħda biss ma jafx jagħmel l-Ispirtu s-Santu – ma jafx jagħmilna nsara “tas-salott”. Dan ma jafx jagħmlu! Ma jafx jagħmel minna nsara virtwali imma jaf jagħmilna nsara bil-virtù. Hu jieħu l-ħajja kif inhi bil-profezija li jaqra s-sinjali taż-żminijiet u b’hekk imexxina ‘l quddiem. L-Ispirtu s-Santu li hemm fina, jimbuttana biex noħroġu minna nfusna, mingħajr biża’?  Kif inhu l-kuraġġ tiegħi, il-kuraġġ li jtini l-Ispirtu s-Santu biex noħroġ minni nnifsi, biex nagħti xhieda ta’ Ġesù? U aktar: kif inhi l-paċenzja tiegħi fil-mumenti tal-prova? Insaqsi: Jien verament nemmen jew għalija l-Ispirtu s-Santu hu kliem biss? Nippruvaw nitkellmu miegħu u ngħidulu: Jiena naf min int, Int tinsab f’qalbi, Int ir-ruħ tal-Knisja, Int tmexxiha ‘l quddiem, Int tgħaqqad lil kulħadd flimkien, aħna li aħna differnti minn xulxin, bid-diversità, imma lkoll ħaġa waħda. Ngħidulu dawn l-affarijiet kollha u nitolbuh il-grazzja li nitgħallmu nwettqu fil-prattika ta’ ħajjitna, dak li jagħmel Hu. Il-grazzja tal-ħlewwa tiegħu: inkunu doċli bħall-Ispirtu...

Read More

Il-Kelma tal-Kappillan

Il-Kelma tal-Kappillan

Mulej joffrilna messaġġ ta’ tama F’Kapitlu 17 tal-Evanġelju skont San Mark insibu s-silta tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej, naqraw li Ġesù ħadhom miegħu «ħadhom waħedhom fuq muntajna għolja» (Mt 17,1) u, waqt li kien qed jitlob, wiċċu nbidel u beda jiddi bħax-xemx filwaqt li lbiesu sar abjad bħad-dawl.  Imbagħad dehru Mosè u Elija u bdew jiddiskutu miegħu.  F’dal waqt Pietru qal lil Ġesù: «Mulej, kemm hu sew li qegħdin hawn!  Jekk trid nagħmlu tliet tined, waħda għalik , waħda għal Mosè u oħra għal Elija» (v. 4).  Kien għadu ma temmx jitkellem meta sħaba mdawla għattiethom. L-avveniment tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej joffrilna messaġġ ta’ tama – hekk se nkunu aħna, meta nkunu miegħu -: tistedinna niltaqgħu ma’ Ġesù, biex inkunu ta’ servizz għal ħutna. It-tlugħ tad-dixxipli lejn il-muntanja Tabor iġegħlena nirriflettu dwar kemm hu importanti li ninqatgħu minn mal-ħwejjeġ tad-dinja, biex nagħmlu mixja ‘l fuq u nikkuntemplaw lil Ġesù.  Ifisser li għandna nkunu mifutħin għas-smigħ attent u ta’ talb ta’ Kristu, l-Iben il-maħbub tal-Missier, billi nfittxu waqtiet biex nitolbu, li fihom nilqgħu bil-ħlewwa u l-ferħ il-Kelma t’Alla.  F’din it-telgħa spiritwali, f’dan it-tbegħid mill-ħwejjeġ tad-dinja, aħna msejħin niskopru mill-ġdid is-skiet ta’ paċi li jġedded, li jtuna l-meditazzjoni tal-Evanġelju, il-qari tal-Bibbja, u jmexxuna lejn destinazzjoni għanja bis-sbuħija, bl-isplendur u bil-ferħ.  U meta aħna niddisponu ruħna b’dal mod, bil-Bibbja f’idejna, fis-skiet, nibdew inħossu din is-sbuħija interjuri, dan il-ferħ li tnissel il-Kelma t’Alla fina. F’din il-perspettiva, iż-żmien tas-sajf hu providenzjali biex inżidu l-impenn tagħna għat-tfittxija u l-laqgħa mal-Mulej.  F’dan iż-żmien l-istudenti huma ħielsa mill-impenji tal-iskola u ħafna familji jieħdu l-vaganzi; huwa importanti li fiż-żmien tal-mistrieħ u distakk mill-ħidma ta’ kuljum, il-forzi tal-ġisem u tal-ispirtu jistgħu jiksbu qawwa ġdida aħna u nidħlu aktar fil-fond tal-mixja spiritwali tagħna. Fi tmiem l-esperjenza meraviljuża tat-Trasfigurazzjoni, id-dixxipli niżlu minn fuq il-muntanja (cfr v. 9) b’għajnejhom u qlubhom trasfigurati minħabba l-laqgħa mal-Mulej.  Hija l-mixja li nistgħu nagħmlu aħna wkoll.  L-iskoperta ta’ Ġesù li ssir dejjem aktar ħajja, mhix għan fih innifsu, imma ġġegħelna “ninżlu minn fuq il-muntanja”, imġeddin mill-qawwa tal-Ispirtu Divin, biex nieħdu passi ġodda ta’ konverżjoni u biex inkunu xhieda bla ma naqtgħu tal-karità, bħala regola tal-ħajja ta’ kuljum.  B’hekk, ittrasformati mill-preżenza ta’ Kristu u mill-ħeġġa tal-Kelma tiegħu, insiru sinjal konkret tal-imħabba li tagħti l-ħajja, li Alla għandu għal ħutna kollha, speċjalment għal min ibati, għal min jgħix fis-solitudni u mwarrab, għall-morda u għall-għadd kbir ta’ rġiel u nisa li, f’diversi nħawi tad-dinja, huma umiljati mill-inġustizzja, mill-prepotenza u l-vjolenza. Waqt it-Trasfigurazzjoni jinstama’ leħen il-Missier jgħid: «Dan hu Ibni l-maħbub.   Isimgħu lilu!» (v. 5).  Inħarsu lejn Marija, Il-Verġni tas-smigħ, dejjem lesta biex tilqa’ u tħares f’qalbha kull kelma ta’ Binha divin (cfr Luqa 1,51).  Jalla Ommna u Omm Alla tgħinna nidħlu f’armonija mal-Kelma t’Alla, biex Kristu jsir id-dawl u l-gwida tal-ħajja tagħna kollha. Nafdawlha wkoll f’idejha l-vaganzi ta’ kulħadd sabiex ikunu hienja u...

Read More