L-Aħħar jiem tar-Randan – Parroċċa San Ġiljan

L-Aħħar jiem tar-Randan – Parroċċa San Ġiljan

– L-Erbgħa 5 t’ April 2017: Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, ħin ta’ adorazzjoni fis-silenzju fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar. – L-Ħamis 6 t’April 2017: Wara l-quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali, l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra jippreżentaw Crucem Tuam. – L-Ġimgħa 7 t’April 2017: Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali li jibda’ mill-knisja parrokkjali u wara quddiesa. – Il-Ħadd 9 t’April 2017: Ħadd il-Palm.  09.15am Tberik tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-carpark tal-knisja parrokkjali.  Wara purċissjoni qasira sal-knisja parrokkjali u tkompli l-Quddiesa tad-09.30am bis-sehem tat-tfal. – It-Tnejn 10 t’April 2017 : Via Sagra wara l-Quddies tas-7.00pm mill-knisja parrokkjali u taddi minn Triq il-Kbira, Triq San Elija, Triq Sant’ Anġlu, tinżel Triq il-Karmnu, Triq il-Kbira u lura fil-knisja parrokjali. – It-Tlieta 11 t’April 2017: Kunċert ta’ mużika klassika u sagra mis-St Julians Choral Group fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali. – L-Ħamis 13 t’April 2017: Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl. – L-Ġimgħa 14 t’April 2017: L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali. – Is-Sibt 15 t’April 2017: Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.  Iċ-ċelebrazzjoni ser titmexxa mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. – Il-Ħadd 16 t’April 2017: L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am quddiesa għat-tfal fil-knisja parrokkjali u wara jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola. – Il-Ħadd 23 t’April 2017: Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali animata mis-St Julians Choral...

Read More

Għaliex ?

Għaliex ?

Għaliex il-vjola ?  Għaliex ix-xewk? Għaliex kurċifiss kbir fin-nofs ? Għaliex zkuk niexfa flok ward frisk u sabiħ ?  Għaliex Via Sagra ? Għaliex kant kiebi u mhux ferrieħi ?  Għaliex mużika b’volum baxx ? Għaliex inkantaw Glorja u Tifħir u mhux Allelulia ?  Għaliex ma tingħadx il-Glorja?  U nibqgħu sejrin…Għaliex ?     Huma mistoqsijiet li jistgħu jiġuna ġo moħħna hekk kif nidħlu ġo knisja fi żmien ir-Randan imma forsi ma nistaqsuhom lil ħadd u allura nibqgħu bla tweġiba – jew naslu għal konklużjoni żbaljata.       Ir-Randan hu żmien sabiħ immens biex wieħed:     Jidħol fih innifsu; Jagħaraf x’hemm itaqqlu f’ħajjtu; Jagħaraf x’hemm jikkonfondih fil-fond tal-kuxjenza tiegħu; Jagħaraf id-dnubiet u l-fraġilitajiet tiegħu; Jagħaraf in-nuqqas ta’ kontroll: f’ġismu, fl-aptit tiegħu, fir-rieda tiegħu..   Meta wieħed jagħaraf dan kollu, u jaċċettahom bħala parti minnu…..imbagħad ikun jista’ jibda’ l-proċess ta’fejqan.     L-atmosfera ta’ ġol-knisja f’dan iż-żmien tipprova toħloq ambjent li jgħinek tidħol f’atmosfera ta’ deżert – il post li fih Ġesu’ stess inqata’ minn ta’ madwaru u mil-lussu kollu…biex jiltaqa’ miegħu innifsu u ma’ Alla – id-deżert – post ta’ distakk minn dak kollu li jpaxxi l-għajnejn u s-sensi l-oħra, u post ta’ sagrifiċċju.   Għalhekk fil-knisja nsumu mill-ward frisk, mill-kulur abjad, mill-kant ferrieħi, mill-Glorja u l-Allelulia…li kollha jirritornaw lura fil-lejl qaddis...

Read More

Attivitajiet marbuta mar-Randan 2016

Attivitajiet marbuta mar-Randan 2016

– Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2016: Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Rużarju fis-6.00pm fil-knisja parrokkjali.  Fis-6.30pm tibda’ l-Quddiesa u wara ftit ħin t’Adorazzjoni.  Ikun hemm il-Qrar. Adorazzjoni bejn id-09.00pm u 02.00am fil-knisja tal-Kunċizzjoni. Ikun hemm ħin għall-Qrar. – Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016: Irtir tar-Randan għall-kulħadd, l-Oratorju, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan). -L-Erbgħa 9, Il-Ħamis 10 u l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016: Tlett ijiem eżerċizzi għal kulħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan). – Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016: Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali – Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016: Fl-4.00am – Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Mellieħa.  Naslu l-Mellieħa fil-ħin għall-Quddiesa fid-09.00am.  Lura bil-private. – L-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016: Wara l-quddiesa tas-6.30pm fil-knisja parrokkali, ssir l-Lectio Divina u wara ħin ta’ adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar. – L-Ġimgħa 18 ta’Marzu 2016: Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali u wara quddiesa fil-knisja parrokkjali. – Il-Ħadd 20 ta’Marzu 2016: Ħadd il-Palm.  09.00am Tberika tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-knisja Ta’Lapsi.  Wara purċissjoni sal-knisja parrokkjali. – It-Tnejn 21 ta’Marzu 2016 : Via Sagra wara l-Quddies tas-6.30pm mill-knisja parrokkjali u taddi mit-toroq ġewwa The Gardens. – It-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016: Kunċert ‘The Passion of Christ’ mill-Amadeus Choir fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali. – L-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016: Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl. – L-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016: L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali. – S-Sibt 26 ta’ Marzu 2016: Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija. – Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016: L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola. – Il-Ħadd 3 t’April 2016: Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali immexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J.Scicluna u animata mis-St Julians Choral...

Read More

Programm – Randan u Ġimgħa Mqaddsa 2016 f’San Ġiljan

Programm – Randan u Ġimgħa Mqaddsa 2016 f’San Ġiljan

– L-Erbgħa 10 ta’ Frar 2016: L-Erbgħa tal-Irmied – wara l-quddiesa tas-6.30pm issir l-Adorazzjoni tas-Salib kif ukoll ħin għall-qrar.    – Il-Ħamis 11 ta’ Frar 2016: Fis-7.15pm se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Klarissi (flimkien mal-parroċċi tal-Unita’). – Il-Ġimgħa u kull nhar ta’Ġimgħa matul ir-Randan – Adorazzjoni bejn it-1500 -1600 fil-knisja parrokkjali. – Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2016: L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Wara l-quddiesa tas-6.30pm se ssir adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali bit-talba tar-rużarju, kif ukoll ħin għall-qrar. – Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2016: Adorazzjoni bejn id-2100 u 0200hrs fil-knisja tal-Kunċizzjoni. Ikun hemm ħin għall-Qrar. – Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016: Irtir tar-Randan għall-kulħadd, l-Oratorju, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan). -L-Erbgħa 9, Il-Ħamis 10 u l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016: 3 ijiem eżerċizzi għal kulħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan). – Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016: 4.00am – Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Mellieħa – L-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016: wara l-quddiesa tas-6.30pm issir l-Lectio Divina u wara ħin ta’ adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar. – L-Ġimgħa 18 ta’Marzu 2016 – Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali u wara quddiesa fil-knisja parrokkjali. – Il-Ħadd 20 ta’Marzu 2016– Ħadd il-Palm.  09.00am Tberik tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-knisja Ta’Lapsi.  Wara purċissjoni sal-knisja parrokkjali.  – It-Tnejn 21 ta’Marzu 2016 – Via Sagra wara l-Quddies tas-6.30pm mill-knisja parrokkjali u taddi mit-toroq ġewwa The Gardens. – It-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016 – Kunċert ‘The Passion of Christ’ mill-Amadeus Choir fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali. – L-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016 – Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl. – L-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016 – L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali. – S-Sibt 26 ta’ Marzu 2016 – Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija. – Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016 – L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola. – Il-Ħadd 3 t’April 2016 – Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali immexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J.Scicluna u animata mis-St Julians Choral Group.       This slideshow requires...

Read More

Ittra Pastorali għar-Randan 2016 – Kristu mediċina għall-mard tagħna

Ittra Pastorali għar-Randan 2016 – Kristu mediċina għall-mard tagħna

Min minna ma jafx x’inhu l‑mard? Kulħadd suġġett għall‑mard, imma mhux kulħadd jiffaċċja l‑mard bl‑istess mod: issib min jaċċettah, imma hemm min jitgħawweġ u jitkisser taħt il‑piż kiefer tiegħu; anzi, ħafna drabi, mal‑marid ibatu tal‑familja u ta’ madwaru. Barra l‑mard fiżiku hemm mard ieħor li kapaċi jherrina. Hemm mard li jmermer ir‑relazzjonijiet ta’ bejnietna, speċjalment dawk familjari, fil‑komunità ekkleżjali u fid‑diversi oqsma tas‑soċjetà. Hemm mard morali: għalkemm nafu x’inhu t‑tajjeb u x’inhu l‑ħażin, ħafna drabi nsibu ruħna qegħdin nagħmlu dak li ma nixtiqux li nagħmlu. Hemm mard ta’ natura spiritwali meta l‑bniedem, minkejja li jagħmel ħiltu biex jgħix ħajja onesta, iħossu sajjem minn Alla. Hemm il‑ġerħat emozzjonali meta l‑bniedem jintebaħ li qed jiġi skartat, tradut, umiljat, kalunjat, imqarraq u trattat inġustament. Dan il‑mard jimliena b’ħafna diqa, ningħalqu fina nfusna u ninqatgħu mill‑oħrajn. Agħar minn hekk huwa meta ħaddieħor iwarrabna minħabba l‑mard tagħna. Flok ma nsibu l‑kenn, nintebħu li hemm min jistħi jgħid li jiġi minna li aħna morda. Il‑komunità Nisranija mhix ħielsa mit‑tentazzjoni li twarrab lil min “jimrad”. Forsi hemm min jaħseb li tul it‑tliet xhur li kien fostna, San Pawl qagħad jgħammed, iqaddes u forsi wkoll jagħmel xi festa! Imma skont dak li San Luqa jikteb fl‑Atti tal‑Appostli, Pawlu ħaġa waħda prinċipali għamel: bħala appostlu ta’ Ġesù Kristu maħtur għall‑Evanġelju, huwa fejjaq lil missier Publiju. Wara dan il‑fejqan, in‑nies ħarġet bi ħġarha u ressqulu lill‑morda tagħhom biex jeħlishom mill‑mard[1]. Dan għandu jagħmlilna l‑qalb, għax jekk naħbtu nitilfu kull tama minħabba l‑piż tal‑mard tagħna, illum nistgħu nersqu għand dak li f’ismu Pawlu fejjaq: għand Ġesù Kristu. Dak li għadda mit‑toroq tal‑Palestina jgħallem u jfejjaq[2], illum ukoll jgħaddi mit‑toroq tagħna u lest li jfejjaqna minn kull xorta ta’ mard. Nistgħu ngħidu li m’hemm l‑ebda marda li ma tistax titfejjaq minn Ġesù. Ħaġa waħda hi meħtieġa: li nqiegħdu l‑qagħda vera tagħna quddiemu, konvinti li Hu għandu “kelma” li tfejjaq il‑ġerħat. Għalhekk nixtiequ li matul dan il‑Ġublew jidwu f’widnejna l‑kliem tal‑appostlu Ġakbu: “Hemm xi ħadd marid fostkom? Ħalli jsejjaħ lill‑presbiteri tal‑Knisja, ħalli dawn jitolbu għalih u jidilkuh biż‑żejt f’isem il‑Mulej: it‑talba tal‑fidi ssalva lill‑marid”[3]. Din hija l‑missjoni tas‑saċerdot: mhux li jikkundanna jew jiskomunika, imma li jpoġġi jdejh fuq il‑marid u jitlob fuqu l‑ħniena ta’ Alla li tfejjaq. Għalhekk, bħala l‑Isqfijiet tagħkom, nagħmlulkom appell biex jekk hawn xi ħadd fostna li hu marid, fil‑familja tagħna jew fil‑komunità tagħna, ngħinuh jersaq lejn il‑preżenza ta’ Kristu, li kif isejjaħlu Santu Wistin huwa “tabib tal‑kuxjenzi”[4]. Fi kliem San Ġorġ Preca, “fl‑isptar ta’ Kristu” li fih diversi swali bħalma hija dik tal‑korla, tal‑għira, tal‑mibegħda, tax‑xeħħa, tas‑serq, tal‑vendetta, “it‑Tabib tas‑Sema” jagħti l‑kura li tkun taqbel għall‑marda tar‑ruħ biex il‑bniedem jista’ jfiq u jkollu l‑paċi[5]. Il‑miġja ta’ Missierna San Pawl fostna tfakkarna wkoll fl‑impenn li għandna biex inkomplu nieħdu...

Read More