Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Il-fehmiet tiegħi ma humiex fehmietkom. Is 55, 6-9 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Fittxu l-Mulej sakemm tistgħu ssibuh, sejħulu sakemm hu fil-qrib! Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu; ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih, għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna. Il-fehmiet tiegħi m’humiex fehmietkom, u t-triqat tiegħi m’humiex triqatkom. Oraklu tal-Mulej. Għax daqs kemm huma ogħla s-smewwiet mill-art, daqshekk ieħor huma triqati ’l fuq minn triqatkom, u l-fehmiet tiegħi mill-fehmiet tagħkom. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 144 (145), 2-3.8-9.17-18 R/. (18a): Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu Kuljum irrid inbierkek, u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem. Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru bil-bosta, bla tarf il-kobor tiegħu. R/. Twajjeb u ħanin il-Mulej, idum biex jagħdab u kollu tjieba, Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej, tjubitu fuq kull ma għamel. R/. Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha, twajjeb f’dak kollu li għamel. Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu lejn kull min isejjaħlu fis-sewwa. R/. Qari II Għalija l-ħajja hi Kristu. Fil 1, 20c-24.27a Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin Ħuti, Kristu jkun imsebbaħ fil-ġisem tiegħi, sew jekk ngħix u sew jekk immut. Għax għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ. Jekk għandi nibqa’ ħaj fil-ġisem, dan ifisser li għandi nagħti l-frott tax-xogħol tiegħi. X’naqbad nagħmel ma nafx; ninsab bejn ħaltejn. Min-naħa l-waħda, nixtieq nintemm u nkun ma’ Kristu, li jkun ħafna aħjar għalija; min-naħa l-oħra, jekk nibqa’ ngħix fil-ġisem, ikun ħafna aħjar għalikom. Ħaġa waħda ngħidilkom: ġibu ruħkom kif jixraq lill-Evanġelju ta’ Kristu. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju ara Atti 16, 14b Hallelujah. R/. Hallelujah Mulej iftħilna qalbna biex nifhmu l-kliem ta’ Ibnek Ġesù Kristu. R/. Hallelujah Evanġelju Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba? Mt 20, 1-16 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”. U marru. Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess. Għall- ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa’ ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom: “Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?”. Qalulu: “Għax ħadd ma qabbadna”. Qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa”. Għal fil-għaxija mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu: “Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b’dawk tal-ewwel”. Ġew dawk li daħlu għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed. Ġew tal-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar...

Read More

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Aħfer il-proxxmu dnubietu, u mbagħad dnubietek jinħafrulek. Sir 27, 30 – 28, 7   Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak   Għadab u qilla, dawn ukoll ta’ min jistmerrhom, u l-bniedem midneb mimli bihom.   Min ifittex jitħallas b’idejh, isib ħlasu mingħand il-Mulej, li jifli sewwa dnubietu. Aħfer il-proxxmu dnubietu, u mbagħad titlob u dnubietek jinħafrulek. Bniedem irawwem għadab għal ieħor, u mbagħad se jfittex fejqan mingħand il-Mulej? Minn bniedem bħalu m’għandux ħniena, u mbagħad se jitlob għal dnubietu? Jekk bniedem jibqa’ mgħaddab, min se jpattilu għal dnubietu? Ftakar fl-aħħar ta’ ħajtek, u ieqaf mill-mibegħda; ftakar fit-taħsir u l-mewt, u oqgħod għall-kmandamenti. Ftakar fil-kmandamenti u tobgħodx il-proxxmu; ftakar fil-patt tal-Għoli u agħlaq għajnejk għall-offiża.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla           Salm Responsorjali Salm 102 (103), 1-2.3-4.9-10.11-12   R/. (8): Ħanin u twajjeb il-Mulej   Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu. Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek. R/.   Hu jaħfer dnubietek kollha; ifejjaq il-mard tiegħek kollu; jifdi lil ħajtek mill-qabar; iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena. R/.   Ma joqgħodx jitlewwem magħna, u anqas jinkorla għal dejjem. Ma mexiex magħna skond ma ħaqqhom ħtijietna; ma ħallasniex skond ma ħaqqha ħżunitna. R/.   Daqskemm huma s-smewwiet ’il fuq mill-art, hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża’ minnu; daqs kemm hu mbiegħed il-Lvant mill-Punent, hekk hu jbiegħed minna ħtijietna. R/.                     Qari II Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej. Rum 14, 7-9   Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani   Ħuti, ħadd minna ma jgħix għalih innifsu, u ħadd ma jmut għalih innifsu. Jekk ngħixu, ngħixu għall-Mulej; jekk immutu, immutu għall-Mulej. Sew jekk ngħixu, mela, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej. Kristu għalhekk miet u rxoxta, biex ikun Sid kemm tal-ħajjin u kemm tal-mejtin.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Ġw 13, 34   Hallelujah. R/. Hallelujah Nagħtikom kmandament ġdid, jgħid il-Mulej; li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien. R/. Hallelujah   Evanġelju Ma ngħidlekx taħfer sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Mt 18, 21-35   Qari mill-Evanġelju skond San Mattew   F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlekx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent. Billi ma kellux minn fejn irroddhomlu, is-sinjur ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu u kull ma kellu, ħalli b’hekk jitħallas id-dejn.   Imma l-qaddej...

Read More

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Jekk ma twiddibx lill-midneb, demmu nfittxu minn idejk. Eżek 33, 7-9 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel Dan jgħid il-Mulej: “Lilek, o bniedem, qegħedtek għassies ta’ dar Iżrael. Meta tisma’ minn fommi xi kelma, għandek twiddibhom f’ismi. Jekk jien ngħid lill-midneb: “Int tmut żgur,” u int ma tkellmux u ma twiddbux biex jitlaq triqtu, hu, il-midneb, imut fi ħżunitu, imma demmu nfittxu minn idejk. Imma jekk inti twiddeb il-midneb dwar triqtu biex jerġa’ lura minnha u ma jerġax, hu jmut fi dnubu, imma int tkun salvajt ħajtek”. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 94 (95), 1-2.6-7.8-9 R/. (8): Isimgħu leħen il-Mulej u la twebbsux qalbkom Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej, ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna! Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, ngħannulu b’għajat ta’ ferħ. R/. Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna! Għaliex hu Alla tagħna, u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu. R/. Mhux li kontu illum tisimgħu leħnu! “La twebbsux qalbkom bħal f’Meriba, bħal dakinhar f’Massa, fid-deżert, meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, għalkemm raw dak li jien għamilt”. R/. Qari II L-imħabba hija l-milja tal-liġi. Rum 13, 8-10 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Ħuti, tkunu obbligati lejn ħadd ħlief li tħobbu lil xulxin. Kull min iħobb ikun iħares il-bqija tal-Liġi. Għax il-kmandamenti: “La tagħmilx adulterju, la toqtolx, la tisraqx, la tkunx rgħib”, u kull preċett ieħor, hu liema hu, kollha jinġabru f’kelma waħda: “Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”. L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju 2 Kor 5, 19 Hallelujah. R/. Hallelujah Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu, u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija. R/. Hallelujah Evanġelju Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt ’il ħuk. Mt 18, 15-20 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta. Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma’ żommu b’wieħed pagan jew pubblikan. Tassew ngħidilkom, li kull ma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kull ma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema. Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet, jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom”. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek...

Read More

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Il-Kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir kuljum. Ġer 20, 7-9 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija Qarraqtni Mulej, u jien tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħka ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija. Kull meta niġi nitkellem, jien ngħajjat, u nxandar, “Moħqrija u ħsara!”. Il-kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir kuljum. U jien għedt: “Ma nsemmihx aktar, ma nitkellimx aktar f’ismu”. Iżda f’qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f’għadmi. Għejejt inżommu magħluq ġo fija, ma niflaħx aktar għalih.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 62 (63), 2.3-4.5-6.8-9 R/. (2b): Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi Alla, Alla tiegħi int; lilek ħerqan infittex. Ruħi bil-għatx għalik, għalik imxennaq jiena, bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma. R/. Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek. Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. R/. Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; ngħolli idejja u nsejjaħ ismek. Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa. R/. Għax int kont għajnuna għalija, għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ. Miegħek tingħaqad ruħi, int tweżinni bil-leminija tiegħek. R/. Qari II Offru ġisimkom bħala vittma safja. Rum 12, 1-2 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Nitlobkom ħuti, għall-ħniena ta’ Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom. Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu skond it-tiġdid ta’ fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu ttajjeb li jogħġbu, x’inhu perfett. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Efes 1, 17-18 Hallelujah. R/. Hallelujah Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu, jagħtikom spirtu ta’ għerf, biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom. R/. Hallelujah Evanġelju Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu. Mt 16, 21-27 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!”. Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel”. Il-Kelma tal-Mulej R/....

Read More

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Inqiegħed fuq spallejh il-muftieħ tad-dar ta’ David.Is 22, 19-23 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Dan jgħid il-Mulej lil Sebna, dak li jieħu ħsieb il-palazz tas-sultan: “Inwarrbek minn postok, u nneħħik minn fejn qiegħed. Dakinhar insejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljakim, bin Ħilkija, inlibbsu l-libsa tiegħek, u nħażżmu bit-terħa tiegħek, u nagħtih f’idejh il-ħakma tiegħek. U jkun missier għal min jgħammar f’Ġerusalemm, u għad-dar ta’ Ġuda. Inqiegħed muftieħ dar David fuq spallejh. Jiftaħ hu, u ħadd ma jagħlaq; jagħlaq hu, u ħadd ma jiftaħ. U nwaħħlu bħal musmar ma’ ħajt fis-sod, u jkun tron glorjuż għal dar missieru”.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 137 (138), 1-2a.2bc-3.6.8bc R/. (8b): It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem Irroddlok ħajr, Mulej, b’qalbi kollha, għaliex int smajt kliem fommi. Quddiem l-allat irrid ngħannilek. B’wiċċi fl-art ninxteħet quddiem is-santwarju tiegħek. R/. Irroddlok ħajr għat-tjieba u l-fedeltà tiegħek, għax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox. Meta sejjaħtlek, int weġibtni, kattarli l-qawwa f’ruħi. R/. Kbir il-Mulej, imma jieħu ħsieb iż-żgħar; u, għalkemm fl-għoli, jagħraf mill-bogħod. Il-Mulej iżomm kelmtu miegħi. It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem. R/. Qari II Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Rum 11, 33-36 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Ħuti, kemm huma kbar l-għana, l-għerf u l-għaqal ta’ Alla! Kemm tassew ħadd ma jista’ jgħarbel il-ġudizzju tiegħu u jifhem it-triqat tiegħu! Għax min qatt għaraf moħħ il-Mulej? Min qatt kien il-kunsillier tiegħu? Min qatt tah l-ewwel biex jistħoqqlu l-ħlas? Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Amen!   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla   Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Mt 16, 18 Hallelujah. R/. Hallelujah Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. R/. Hallelujah Evanġelju Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet. Mt 16, 13-20 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”. “Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”. U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet”. Imbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li huwa l-Messija. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek...

Read More

L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari I Lil ulied il-frustier inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi. Is 56, 1.6-7 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Dan jgħid il-Mulej: “Żommu s-sewwa u agħmlu l-ġustizzja, għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet, u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt tfeġġ. Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh, u biex iħobbu isem il-Mulej, u jkunu qaddejja tiegħu, kull min iħares is-Sibt u ma jiksrux u jżomm sħiħ fil-patt tiegħi, lil dawn inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi, u nferraħhom f’dar it-talb tiegħi. Il-vittmi maħruqa u s-sagrifiċċji tagħhom ikunu jogħġbuni telgħin minn fuq l-artal tiegħi, għax dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha”.   Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 66 (67), 2-3.5.6.8 R/. (4): Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla Iħenn għalina Alla, u jberikna; idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu! Biex jingħarfu fuq l-art triqatek, fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek. R/. Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ, għax trieġi l-popli bis-sewwa, u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom. R/. Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha. Iberikna Alla, u tibża’ minnu l-art kollha minn tarf għall-ieħor! R/. Qari II Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa li ta lil Iżrael. Rum 11, 13-15.29-32 Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani Ħuti, issa ngħid lilkom, il-pagani. Sakemm jiena appostlu tal-pagani nibqa’ nagħmel ġieħ lill-ministeru tiegħi, bit-tama li nqajjem l-għira ta’ ġensi u hekk insalva lil xi wħud minnhom. Għax jekk it-tkeċċija tagħhom ġiebet il-ħbiberija tad-dinja ma’ Alla, l-ilqugħ tagħhom mill-ġdid xi jkun ifisser, jekk mhux ħajja mill-imwiet? Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa tiegħu. Bħalma fl-imgħoddi intom ma kontux tobdu lil Alla, imma issa sibtu l-ħniena tiegħu minħabba d-diżubbidjenza tagħhom; hekk huma wkoll m’humiex jobduh minħabba l-ħniena li sibtu intom mingħandu, ħalli issa huma wkoll isibu l-ħniena. Għax Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju Mt 4, 23 Hallelujah. R/. Hallelujah Ġesù dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu. R/. Hallelujah Evanġelju Mara, il-fidi tiegħek kbira. Mt 15, 21-28 Qari mill-Evanġelju skond San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!”. Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”. Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael”. Iżda hi resqet, inxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni Mulej!”. Hu weġibha: “Mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi”. “Hekk hu, Mulej – qaltlu – iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom!”. Imbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi...

Read More