Il-Ħadd fl-Ottava tal-Milied

Il-Ħadd fl-Ottava tal-Milied

F Qari I Samwel mogħti lill-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajtu. 1 Sam 1, 20-22.24-28 Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel F’dak iż-żmien Anna tqalet, u meta wasal żmienha wildet iben u semmietu Samwel “għaliex – kif qalet hi – tlabtu lill-Mulej”. Elkana bil-familja kollha tala’ joffri s-sagrifiċċju ta’ kull sena lill-Mulej u jtemm il-wegħda tiegħu. Imma Anna ma telgħetx, għaliex qalet lil żewġha: “Meta nkun ftamt it-tifel, imbagħad nieħdu biex jidher quddiem il-Mulej, u jibqa’ hemm għal dejjem”. U meta fatmitu, Anna tellgħet ’il binha magħha fid-dar tal-Mulej f’Silo. Ħadet magħha gendus ta’ tliet snin, efa dqiq u żaqq inbid, u marret bit-tfajjel magħha. Hemm qatlu l-gendus, u ressqu t-tifel quddiem Għeli, u qaltlu: “Nitolbok, sidi; daqskemm int ħaj, sidi, jien dik il-mara li kienet wieqfa hawn ħdejk titlob lill-Mulej. Għal dan it-tifel kont tlabt, u l-Mulej laqa’ t-talba tiegħi, u tani li tlabtu. U issa jien se nagħtih lill-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajtu, u kemm idum ħaj ikun tal-Mulej”. U qiemu lill-Mulej hemmhekk. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Salm Responsorjali Salm 83 (84), 2-3. 5-6. 9-10 R/. (5a): Henjin dawk li jgħammru f’darek, Mulej Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti! Tixxennaq u tinfena ruħi għat-tempju tal-Mulej; ngħanni ferħan b’ruħi u ġismi lil Alla l-ħaj. R/. Henjin dawk li jgħammru f’darek; huma jfaħħruk għal dejjem. Henjin dawk li jsibu fik il-qawwa tagħhom, li għandhom għal qalbhom il-pellegrinaġġ għat-tempju. R/. Mulej, Alla tal-eżerċti, isma’ talbi; agħti widen, Alla ta’ Ġakobb. Ħares, o Alla, lejn it-tarka tagħna, ħares lejn is-sultan, il-midluk tiegħek. R/. Qari II Nistgħu nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew! 1 Ġw 3, 1-2, 21-24 Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann Appostlu Għeżież, araw b’liema għożża ħabbna l-Missier; nistgħu nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew! Għalhekk id-dinja ma tagħrafniex, għax ma għarfitx lilu. Għeżież, issa aħna wlied Alla, imma x’se nkunu ’l quddiem mhuwiex irrivelat lilna. Madankollu nafu li meta jidher hu, aħna nkunu bħalu, għax narawh kif inhu. Għeżież, jekk il-kuxjenza tagħna ma ċċanfarniex, aħna qalbna qawwija quddiem Alla, u kulma nitolbu naqilgħuh mingħandu, għax qegħdin inżommu l-kmandamenti tiegħu u nagħmlu dak li jogħġob lilu. Dan hu l-kmandament tiegħu: li nemmnu fl-isem ta’ Ibnu Ġesù Kristu, u nħobbu ’l xulxin, kif wissiena hu. Min iżomm il-kmandamenti tiegħu jgħammar f’Alla u Alla fih. B’hekk nagħrfu li hu jgħammar fina: bl-Ispirtu li hu tana. Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju ara Atti 16, 14b Hallelujah. R/. Hallelujah Mulej iftħilna qalbna biex nifhmu dak li jgħid Ibnek. R/. Hallelujah Evanġelju Il-ġenituri sabu lil Ġesù fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema. Lq 2, 41-52 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont...

Read More

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 26 – 27 ta’ Mejju 2018

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 26 – 27 ta’ Mejju 2018

 1.  Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina: Nhar it-Tlieta fil-5.15pm se jsir it-Tieni Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali. Nhar il-Ħamis mill-5.30pm sas-7.30pm ikun hawn is-servizz tal-Qrar għall-ġenituri u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali. Il-Qrar huwa miftuħ għal kulħadd u tkun okkażjoni sabiħa nqerru qabel il-Festa ta’ Corpus. Nhar is-Sibt, 36 tifel u tifla se jiċċelebraw l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa tagħna. Iċ-Ċelebrazzjoni tibda fil-5.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Dakinhar ma jkunx hawn quddies filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali, imma se jsiru żewġ quddisiet oħra: fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi. Festa ta’ Corpus Christi: Nhar il-Ħadd wara l-quddiesa tas-7.00pm se ssir purċissjoni b’Ġesu’ Sagramentat akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir-Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fil-Kappara. Coffee morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa minn nhar it-Tnejn. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2012, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament). Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet...

Read More

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 16 – 17 ta’ Diċembru 2017

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 16 – 17 ta’ Diċembru 2017

Quddiesa u Kunċert tal-Milied: Nhar it-Tlieta fis-7.00pm ser issir quddiesa u wara Kunċert tal-Milied mill-Malta Opera Ensemble fil-Knisja ta’ Lapsi. Wara jkun hemm riċeviment. Kulħadd mistieden.   Purċissjoni tal-Milied: Nhar il-Ħamis fis-5.45pm ikun hawn il-purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li tibda’ mill-M.U.S.E.U.M.   Quddies għal Lejlet il-Milied: Kappella tal-Kunċizzjoni:                   5.30pm Knisja ta’ Lapsi:                               9.00pm      Quddiesa bl-Ingliż Knisja Parrokkjali:                           6.30pm      Quddiesa tal-Vġili 11.00pm   Għanjiet tal-Milied mill-EnKor Choir Priedka tat-tfal Quddiesa ta’ nofsillejl   Jum il-Milied: Ħinijiet tal-Quddies ikunu bħal...

Read More

Tasal fi Tmiem Sena ta’ Restawr

Tasal fi Tmiem Sena ta’ Restawr

Fi ftit jiem oħra ser jasal fi tmiemu r-restawr li għaddej fuq il-Ġirandola (mit-Taljan Girandola) jew kif aktar isibuha n-nies Ġilandra.  Il-Ġilandra fil-knisja parrokjali ta’ San Ġiljan, tintrama’ f’Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira biex iżejjen l-altar tar-repożizzjoni fil-Knisja Parrokkjali (kif jidher fir-ritratt fuq). Din il-Ġilandra kellha bżonn kbir ta’ restawr.  Kemm ilu li ġie Dun Claude Portelli fil-parroċċa tagħna ħa diversi inizjattivi biex jirrestawra dak li ħallew missirijietna.  Issa kien imiss propju l-Ġirandola.  Spiża enormi minħabba kemm il-ħsarat li kien fiha u anke l-kobor tagħha. Barra minn hekk, Dun Claude laqa’ t-talba ta’ wħud biex jinstab post xieraq fejn din il-Ġilandra tiġi merfugħa matul is-sena mingħajr ma ssirilha ħsara.  Għalhekk huwa ħa ħsieb jordna vetrina kbira li ser tkun fis-sagristija.  Hawn ser tkun tista’ titgawda matul is-sena kollha. Ix-xogħol kollu tar-restawr jinsab f’idejn id-ditta PREVARTI. Bicca xogħol enormi fejn anke saru xi partijiet ġodda peress li kienu miksurin.  Minn hawn ngħidu grazzi lil Pierre u lit-tim kollu tiegħu. L-ispiża għar-restawr u l-vetrina ser tkun madwar it- € 8,000.  Spiza mhux żgħira imma li bl-għajnuna ta’ kulħadd tista tintlaħaq.  Sa issa għadu ma nġabar xejn għal dan il-proġett.  Nappellaw għall-ġenerożita’ ta’ dawk li jħossuhom parti mill-parroċċa Ġiljaniża.  Kull għajnuna tgħodd – żgħira kemm hi zgħira.  Kull min jixtieq jagħti donazzjoni għandu jkellem lill-kappillan Dun Claude Portelli. Ftit tagħrif miġbur min-Niki Papagiorcopulo dwar din il-Ġirandola:   Din hija biċċa xogħol ta’ skultura fl-injam, indurat bid-deheb. Fuq wara nsibu skrizzjoni li taqra hekk: HAEC AEDICVULA COEPTA ET PERFECTA EST AERE COLLATICIO IOSEPHO XERRIO CVRIONE IOSEPHO MANICOLO AVCTORIBUS 1893 li tfisser: (Din l-opra kienet mibdija, kompluta u mħallsa mill-ġbir tas-Saċerdot Ġużeppi Xerri u nħadmet minn Ġużeppi Manicolo fl-1893). Ġirandola hija speċi ta’ tabernaklu/tron kbir fejn ikun espost Ġesù Ewkaristija għall-adorazzjoni tal-fidili. L-isem ‘ġirandola’ jalludi għall-fatt li l-bieba ta’ dan it-tabernaklu ddur dawra mejt. Din il-ġirandola kienet tintrama fuq l-altar il-maġġur tal-Knisja Parrokkjali l-Antika għas-Solennità ta’ Corpus Domini. Illum tintuża biex iżżejjen l-altar tar-repożizzjoni nhar Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira fil-Knisja Parrokkjali.       This slideshow requires JavaScript.      ...

Read More

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

L-Ewwel Qari Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Il-Mulej Alla qal: “Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu. Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih.” U l-Mulej Alla sawwar mill-art annimali selvaggi u t-tajr kollu tal-ajru, u ġiebhom quddiem il-bniedem biex jara xi jsemmihom; u skont ma jkun il-bniedem semma lil kull ħliqa ħajja, dak ikun isimha. U l-bniedem ta isem lil kull bhima u ’l kull tajra tal-ajru, u ’l kull annimal selvaġġ; imma għall-bniedem ma nstabet ebda għajnuna tgħodd għalih. U l-Mulej Alla tefa’ nagħsa tqila fuq il-bniedem; u dan raqad. U ħadlu waħda minn kustiljih u flokha mlieh bil-laħam. U l-Mulej Alla sawwar il-kustilja, li kien ħa mill-bniedem, f’mara u ġiebha lill-bniedem. Imbagħad il-bniedem qal: “Din id-darba din hi għadma minn għadmi, u laħam minn laħmi, għalhekk tissejjaħ mara, għax mir-raġel ittieħdet hi.” Għalhekk ir-ragel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed.   Salm Responsorjali Rl. : Iberikna l-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajjitna   Hieni kull min jibża’ mill-Mulej, kull min jimxi fit-triqat tiegħu! Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol; hieni int, u riżqek tajjeb! Rl.   Martek tkun bħal dielja għammiela fl-irkejjen ta’ darek; uliedek bħal xitel taż-żebbuġ madwar il-mejda tiegħek. Rl.   Ara, kif ikun imbierek il-bniedem li jibża’ mill-Mulej! Ibierkek il-Mulej minn Sijon! Rl.   Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm tul ħajtek kollha! Jalla tara wlied uliedek! Sliem għal Iżrael! Rl.   It-Tieni Qari Qari mill-Ittra lil-Lhud Ħuti, lil dak li għal ftit taż-żmien kien imniżżel ftit inqas mill-anġli, lil Ġesù, aħna issa qegħdin narawh imżejjen fil-glorja u l-ġieħ minħabba fil-mewt li hu bata, biex, għall-grazzja ta’ Alla, il-mewt li daq tkun għall-ġid ta’ kulħadd. Għax kien jixraq li Alla, li għalih u bih sar kollox, waqt li jwassal ħafna wlied għall-glorja, jagħmel li l-Awtur tas-salvazzjoni tagħhom ikun perfett bis-saħħa tas-sofferenzi. Għax kemm dak li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin, ilkoll huma mill-istess wieħed. U għalhekk Ġesù ma jistħix isejħilhom ħutu.   Hallelujah. Rl. Hallelujah Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma jekk inħobbu ’l xulxin hu jgħammar fina, u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina. Rl. Hallelujah   Evanġelju Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien, resqu xi Fariżej lejn Ġesù u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha.” Imbagħad weġibhom Ġesù: “Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dan l-ordni. Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara. Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu, u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem.” Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq dan, u hu qalilhom:...

Read More

Żewġ Anniversarji

Żewġ Anniversarji

                  Meta toqrob il-festa liturġika ta’ San Ġiljan, li tiġi ċelebrata fis-27 ta’ Jannar, jaħbtu wkoll żewġ anniversarji importanti fl-istorja tal-parroċċa. Propju fil-25 ta’ Jannar ta din is-sena huwa id-disa’ anniversarju mill-mewt tas-saċerdot Dun Anton Sciberras.   Fid-29 ta’ Jannar infakkru l-ħames anniversarju mill-mewt ta’ Dun Philip Demarco. Żgur li dawn kienu żewġ pilastri importanti fil-ħajja ta’ din il-parroċċa u n-nuqqas tagħhom għadu qed jinħass sal-lum il-ġurnata.    ...

Read More