Il-Qassisin tal-Parroċċa

Il-Kleru tal-Parroċċa

Dun Claude Portelli

Kappillan - Parish Priest

Dun Claude Portelli twieled tas-Sliema fis-6 t’Awwissu 1975 u huwa l-akbar fost erba’ ahwa. Studja fil-kulleġġ St Edwards u s-Seminarju. Ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’Lulju 2002 milll-Arċisqof Mons. Ġużeppi Merċieca.  Fl-ewwel sena tiegħu bħala saċerdot, huwa ta’servizz fil-parroċċa ta’ Santa Marija f’Ħal-Għaxaq.  Fis-sena 2003 huwa nħatar Vici-Kappillan ta’ San Ġiljan fi żmien il-kappillan Fr Ray Toledo.  Bħala viċi huwa kien ir-rettur tal-knisja l-antika magħrufa bħala ta’ Lapsi.  Matul dan iż-żmien, flimkien ma grupp żghir imma attiv ħafna, nbeda xogħol kbir ta’restawr li għadu għaddej sal-lum.

Fil-21 ta’Lulju 2009 jiġi maħtur Kappillan tal-parroċċa ta’San Ġiljan.  Bħala kappillan żagħżugħ, Fr Claude issa kellu jifrex il-ħidma tiegħu lil hinn mill-knisja ta’Lapsi.  Bħala parroċċa mifruxa ħafna u ragħaj spiritwali tal-Ġiljaniżi, huwa għaddej b’ħidma ma tieqaf xejn fost il-komunita’Ġiljaniża – ħidma spiritwali u pastorali kif ukoll kulturali biex dak li ntwieret minn għand ta’ qabilna jibqa’jitgawda mill-ġenerazzjonijiet li għad iridu jitwieldu.

*******************

Fr. Claude Portelli was born on the 6 August 1975. He is from Sliema, and has three younger siblings. Fr. Claude received his education at St. Edwards College, and his tertiary education at the Archbishop’s Seminary and at the University of Malta. It was on the 28 July 2002 that he was ordained by Archbishop Joseph Mercieca. During his first year as a priest, Fr. Claude was sent to carry out pastoral work at the Parish of Saint Mary in Ħal-Għaxaq. He was then appointed Vice Parish Priest of St. Julians in 2003, when Fr. Ray Toledo was Parish Priest. Fr. Claude was appointed Rector of the former Parish Church, commonly known as Lapsi Church. Together with a small but dedicated group of volunteers, Fr. Claude began to work to restore the old church to its’ former glory – work which is still going on today.

Six years later, on the 21st July 2009, Fr. Claude took over from Fr. Ray Toledo as Parish Priest of St. Julians. As a young Parish Priest, Fr. Claude now had to dedicate more time to the whole parish, and less to Lapsi Church. As the Parish is quite widespread, and also includes Paceville – well-known for its’ night life – he is continually working to guide the parishoners. This guidance is spiritual, pastoral and also materialistic as he works to help the parishoners enjoy and also safeguard the spiritual and cultural heritage left to us by our ancestors.

 

    Fr Stefan Attard

    Fr Stefan Attard twieled fit-28 t’April 1972. Studja fil-Kulleġġ De La Salle. Kompla l-istudji tiegħu fl-Universita’ ta’ Malta u s-Seminarju tal-Arċisqof. Ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1999 minn Mons Arċisqof Ġ. Merċieca. Huwa għamel sentejn esperjenza pastorali fil-Parroċċa tal-Ibraġ qabel ma ntbgħat jistudja l-Iskrittura fl-Istituto Pontificio Biblico f’Ruma. Huwa ħa d-Dottorat fl-Iskrittura Mqaddsa bi speċjaliżazzjoni fuq il-Ktieb tas-Salmi mill-Istess Universita’ f’Diċembru 2013. Huwa lecturer fl-Iskrittura fil- Fakulta’ tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta sa minn Ottubru 2013. F’Settembru 2013 ntbgħat jagħmel esperjenza pastorali fil-Parroċċa ta San Ġiljan.

     

    ********************

     

    Fr. Stefan Attard was born on the 28th April 1972. He received his education at De La Salle college, and his tertiary education at the Archbishops Seminary and the University of Malta. On the 2nd July 1999 he was ordained by Archbishop Joseph Mercieca. Following his ordination, Fr. Stefan spent two years working in the Parish of Ibraġ before going on to further his Scriptural studies at the Pontifical Biblical Institute (Isitituto Potificio Biblico) in Rome. He received his Doctorate in the Holy Scriptures – specialising on the Book of the Psalms – in December 2013. In September 2013, on his return from Rome, Fr. Stefan was asked to work in the Parish of St. Julians, and in October 2013 Fr. Stefan was appointed lecturer at the University of Malta’s Faculty of Theology.

        Dun Ġwann Galea

        Dun Ġwann Galea twieled fis-26 ta’Frar 1937.  Huwa ġie ordnat saċerdot fis-7 t’April 1962.  Erba’ snin wara, igifieri fl-1966 ġie maħtur kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġiljan – pożizzjoni li dam jokkupa ghal sittax il-sena sħaħ.  Dun Ġwann fost affarijiet ohra, jibqa’ magħruf ghat-tkomplija tal-bini tal-knisja u ghas-suċċessi li kellu s-St Julians Choir.

        Dun Ġwann dejjem kien involut f’ħidma ma taqta xejn u fil preżent huwa jmexxi iċ-ċentru ta’ edukazzjoni, rikreazzjoni u kultura religjuza jew ahjar l-Istitut Kattoliku li jinsab fil-Floriana.  Il-lum l-Istitut Kattoliku, barra mill-Azzjoni Kattolika Maltija, li zammet is-Sede Centrali taghha fih, jospita wkoll diversi Movimenti ohra: il-Kummissjoni Kateketika Nazzjonali, il-Moviment ta’ Cana, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, id-direzzjoni tal-Lehen is-Sewwa u l-Kummissjoni Kultura tal-Arcidjocesi. Fih isiru korsijiet fuq suggetti varji, tahdidiet u attivitajiet ohra, mhux biss mill-ghaqdiet residenti, imma anki minn gruppi u organizzazzjonijiet barranin, li jsibu l-facilitajiet li joffri l-Istitut Kattoliku komdi ghall-htigijiet taghhom.

         

        *******************

         

        Fr. John, better known as Dun Ġwann, was born on the 26th February 1937. He was ordained on the 7th April 1962. Four years later, he was appointed Parish Priest of St. Julians Parish, and he retained this position for sixteen years. Dun Ġwann will always be remembered for – amongst other works – being the Parish Priest under whose guidance the building of the new Parish church was completed, and also for the many successes enjoyed by the St. Julians Choir which he had formed, and of which he was the choir master.

        Dun Ġwann was always involved in the ongoing work of the Parish. Currently, he is the head of the Catholic Institute in Floriana – a centre for religious culture, education and recreation. The Catholic Institute is home to the Maltese Catholic Action, as well as to various other organisations : the National Catechetical Commission, the Institute of Pastoral Formation, the Cana Movement etc. This centre is also a lecture and conference centre and hosts other organisations such as the Stitch in Time Cross Stitch Club.

          Fr Paul Mizzi

          Dun Paul Mizzi twieled fl-24 t’ Awissu 1967 fl-isptar Blue Sisters u trabba tas-Sliema – fil-parrocca tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Dun Paul huwa l-kbir minn żewġ aħwa.  Huwa ilu joqgħod San Ġiljan għaxar snin, wara li għamel madwar disa’ snin jgħix il-Pieta’; fil-parroċċa tal-Msida.  Huwa ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tas-sorijiet ta’ St Joseph tas-Sliema. Wara li temm l-iskola Sekondarja, fil-Kulleġġ Santu Wistin fil-Pieta’, għamel kors ta’ sentejn fis-Secretarial School tan-New Lyceum (illum il-Junior College). Fl-1987 daħal jaħdem bħala skrivan f’ kumpanija privata li tispeċjalizza fir-reġistrażżjoni tal-vapuri taħt il-bandiera Maltija.

          Fil-festa tas-sollenita’ ta’ San Pietru u San Pawl tal-2010 huwa ġie aċċettat biex jibda’ l-mixja fis-seminarju li kellha twasslu għas-saċerdozju. Fl-14 ta’ Ġunju 2013 ġie ordnat djaknu fil-Bażilika San Paolo Fuore le Mura f’Ruma, waqt li fl-1 ta’ Lulju 2014, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kon Katidral ta’San Ġwann il-Belt Valletta.

          ********************

          Fr. Paul Mizzi was born on the 24th August 1967 at the Blue Sisters Hospital. He was brought up in Sliema, in the Parish of the Sacred Heart. Fr. Paul has a younger brother. He has now been residing in St. Julians for ten years, after having spent about nine years living in Pieta’, in the Parish of Msida. He recieved his primary education at St. Joseph Convent School in Sliema, and his secondary education at St. Augustine’s College in Pieta’. He then followed a two year course at the Secretarial School in Msida. In 1987 he started working with a private company which registers ships under the Maltese flag.

          It was on the 29th June 2010 – feast of St. Peter and St. Paul – that Fr. Paul was accepted as a student at the Seminary. On the 14th June 2013 he was ordained deacon at the Basilica San Paolo Fuori le Mura in Rome, and he was ordained priest by Archbishop Paul Cremona on the 1st July 2014 at St. John’s Co Cathedral in Valletta, Malta.

            Saċerdoti mill-Parroċċa