Grupp Żwieġ u Familja

Il-Grupp Żwieġ u Familja (GŻF) ta’ San Ġiljan hija għaqda voluntarja  li l-bidu tagħha jmur lura għal  1998 meta Father Tony Agius, dak iż-żmien kappillan tal- parroċċa, avviċina xi koppji miżżewġin sabiex jibdew jitħarġu ħalli jkunu jistgħu jmexxu l-korsijiet ta’ Kana għall- għarajjes fi gruppi żgħar.  Wara l-ħatra ta’ Father Martin Cardona bħala Kappillan ġdid fil-parroċċa, huwa wera x-xewqa li dan il-grupp ta’ miżżewġin  jidħol għall-ħidmiet oħra fil-parroċċa.  Minn dak iż-żmien sal-lum il-GŻF baqgħet attiva fil-ħidma tagħha anke taħt it-tmexxija tal-kappillan Fr Ray Toledo u l-kappillan preżenti Fr Claude Portelli.

Attivitajiet:

 

  • Korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ bil-Malti u bl-Ingliż fuq linji tal-Moviment ta’ Kana.

 

  • Tħejjija għaż-żwieġ one-to-one f’ każi speċjali.

 

  • Laqgħat regolari għal preparazzjoni mill-qrib għaż-żwieġ.

 

  • Laqgħat mal-ġenituri li jkunu se jgħammdu lill-uliedhom.

 

  • Animazzjoni Quddies tal-Magħmudija.

 

  • Animazzjoni u organizzazzjoni tal-Quddiesa tal-Familja Mqaddsa.

 

  • Animazzjoni u organizzazzjoni tal-Quddiesa tal-Familji u Emigranti fit-tridu tal-festa.

 

  • Animazzjoni u organizzazzjoni tal-Quddiesa ta’ Jum Internazzjonali tal- Familja fil- 15 ta’ Mejju ta’ kull sena.

 

  • Organizzazzjoni tal- quddiesa tal-anniversarju taż-żwieġ kull xahar.

 

  • Żjara lill-familji ġodda li jkunu ġew joqgħodu fil-parroċċa.

 

Ta’ min jgħid li din l-aħħar attivita hija sospiża minħabba nuqqas ta’ risorsi umani.  Għalhekk dawk il- miżżewġin li jitħajjru li jagħmlu parti minn dan il-grupp u wara ftit taħriġ ikunu ta’ servizz lejn l-oħrajn fil- parroċċa huma mitluba jkellmu lil kappillan.

 

Contact persons:  Carm u Michelle Fenech

c/o Uffiċju Parrokjali

Parroċċa San Ġiljan.

Tel.no. 21 380270