Kummissjoni Kateketika

Il-liturġija u l-Katekeżi huma marbuta flimkien. Għaldaqstant din il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tikkoordina l-katekeżi li ssir fil-parroċċa tagħna li tinkludi dik tat-tfal fl-oqsma tal-Museum u ċ-ċentri tal-katekiżmu, dik ta’ l-adulti u dik tat-tfal li ssir fil-quddies tal-Ħdud biex hekk it-tfal ikollhom il-liturġija spjegata b’mod li jifmuha huma u jieħdu l-frott minnha.