Abbatini San Giljan

Is-sejħa tal-abbati

L-abbati huwa persuna (tifel/tifla jew żgħażugħ/a) li jixtieq ikun ħabib ta’ Ġesu. Għalhekk li tkun abbati hija tassew grazzja spċjali li l-Mulej agħti lil xi wħud biex iservuh fuq l-altar fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u f’xi funzjonijiet Liturġiċi oħra.

Id-dmirijiet tal-abbati

L-abbati fil-parroċċa tagħna għandu dawn id-dmirijiet prinċipali:

  • Jattendi regolarment  għas-servizz ta’ meta jkun mitlub minnu.
  • Jieħu sehem fil-quddiesa tal-Ħadd.
  • Jattendi ghal-laqgħa li ssir darba kull ħmistax.
  • Jipparteċipa fl-attivitajiet li jiġu organizzati apposta ghalihom.

Stedina

Għeżież ġenituri, l-għaqda tal-abbatini tal-parroċċa tagħna tixtieq tistieden lit-tifel/tifla tagħkom biex jekk bl-għajnuna ta’ Alla jidħol abbati  mal-grupp sabiħ li għandna fil-parroċċa tagħna. Dawk li huma interessati jistgħu jimlew l-formola u  jibgħatuha b’email jew iġibuha direttament l-uffiċċju parrokkjali.

Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom