Daily Prayers

Spread the love

It-talb mhux xi ħaġa monotona li rridu ngħiduh ta’ bilfors jew bħalha drawwa li nagħmluha bla ma nkunu nafu x’ aħna nagħmlu u ngħidu. Teżisti ukoll din il-mentalita’ li nirikorru  għat-talb f’ kas ta’ mard jew xi bżonn urġenti. It-talb irid isir bħal djalogu bejna u bejn Alla. Biex nagħmlu dan id-djalogu iktar faċli ejjew nimmaġinaw ħbiberija bejn żewġt iħbieb. Jekk ma jkunx hemm komunikazzjoni miż-żewġ naħat din il-ħbiberija tifaxxa fix-xejn.prayer-warrior1

Aħna ilkoll fid-dinja tal-lum sirna ħbieb kbar mal-kompjuter.  Ma nitilqux lil xulxin.  Il-Kompjuter xogħol biss? Jew divertiment biss? Qatt ħsibt li tista’ titlob anki bil-kompjuter jew b’mezzi teknoloġiċi oħra? F’din il-paġna qed intuk lista ta’ siti fuq l-internet iddedikati biex inti tieqaf u tagħmel mument ta’ talb matul il-ħajja mgħaġġla ta’ kulljum.

 

 

 

Pray As You Go Din il-paġna toffri (a) talb għal kuljum ta’ madwar kwarta fuq MP3 player li jinkludi kemm kliem kif ukoll mużika; kemm tiddawnlowdjah u tisimg]u (b) riflessjoni fuq il-ġurnata ta’ madwar 8 minuti, ukoll għal fuq l-MP3.

Daily Reflections Paġna li toffri riflessjonijiet qosra għal kuljum.  Tista’ wkoll tirċevihom permezz tal-posta elettronika.

Video Reflections Paġna li toffri diversi materjal, riflessjonijiet qosra u talb ieħor għal kuljum.

Sacred Space Din hija sit popolari ħafna li toffri talba għal kuljum billi tqatta’ 10 minuti quddiem il-kompjuter. Fil-fatt tista’ tagħmilha bil-qiegħda quddiem kompjuter. L-idea hija li inti ssib “spazju sagru” fil-ġurnata. Bl’għajnuna ta’ gwida pprovduta fuq l-iskrin tiegħek u silta mill-Bibbja, din is-sit tista’ tkun ta’ għajnuna għal min jixtieq jibda jitlob u ma jafx kif.