Fr Paul Mizzi

Dun Paul Mizzi twieled fl-24 t’ Awissu 1967 fl-isptar Blue Sisters u trabba tas-Sliema – fil-parrocca tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Dun Paul huwa l-kbir minn żewġ aħwa.  Huwa ilu joqgħod San Ġiljan għaxar snin, wara li għamel madwar disa’ snin jgħix il-Pieta’; fil-parroċċa tal-Msida.  Huwa ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tas-sorijiet ta’ St Joseph tas-Sliema. Wara li temm l-iskola Sekondarja, fil-Kulleġġ Santu Wistin fil-Pieta’, għamel kors ta’ sentejn fis-Secretarial School tan-New Lyceum (illum il-Junior College). Fl-1987 daħal jaħdem bħala skrivan f’ kumpanija privata li tispeċjalizza fir-reġistrażżjoni tal-vapuri taħt il-bandiera Maltija.

Fil-festa tas-sollenita’ ta’ San Pietru u San Pawl tal-2010 huwa ġie aċċettat biex jibda’ l-mixja fis-seminarju li kellha twasslu għas-saċerdozju. Fl-14 ta’ Ġunju 2013 ġie ordnat djaknu fil-Bażilika San Paolo Fuore le Mura f’Ruma, waqt li fl-1 ta’ Lulju 2014, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kon Katidral ta’San Ġwann il-Belt Valletta.

********************

Fr. Paul Mizzi was born on the 24th August 1967 at the Blue Sisters Hospital. He was brought up in Sliema, in the Parish of the Sacred Heart. Fr. Paul has a younger brother. He has now been residing in St. Julians for ten years, after having spent about nine years living in Pieta’, in the Parish of Msida. He recieved his primary education at St. Joseph Convent School in Sliema, and his secondary education at St. Augustine’s College in Pieta’. He then followed a two year course at the Secretarial School in Msida. In 1987 he started working with a private company which registers ships under the Maltese flag.

It was on the 29th June 2010 – feast of St. Peter and St. Paul – that Fr. Paul was accepted as a student at the Seminary. On the 14th June 2013 he was ordained deacon at the Basilica San Paolo Fuori le Mura in Rome, and he was ordained priest by Archbishop Paul Cremona on the 1st July 2014 at St. John’s Co Cathedral in Valletta, Malta.