- Ikla – Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa filgħaxija ser tiġi organiżżata ikla ġewwa ‘La Carrubia’, Marsaxlokk. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali sat-nhar it-Tnejn.
- Ritratti tal-Ewwel Tqarbina: Ir-ritratti taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina jistgħu jiġu ordnati mingħand il-Fotoclassic, Paceville.
- Buffet BBQ: Il-Ġimgħa 1 ta’ Awwissu filgħaxija, se norganizzaw buffet BBQ bħala fundraising b’risq il-parroċċa fil-Lukanda Cavalieri, San Ġiljan. Biljetti mill-Book Centre jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
- Survey: Fil-jiem li ġejjin, ser jinbeda survey fost xi parruċċani tagħna. Dan l-istħarriġ qed isir mill-Kummissjoni Djakonija flimkien mal-Caritas Djakonija Unit u l-għan huwa li nsiru nafu aħjar in-nies fil-parroċċa tagħna u l-bżonnijiet tagħhom. Nitolbukom sabiex tikkoperaw mal-helpers awtoriżżati mill-parroċċa.
- Korsijiet: Għal darb’oħra, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali kif ukoll diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja, qed joffru diversi korsijiet ta’ formazzjoni nisranija, kemm matul il-ġurnata kif ukoll filgħaxija. Dettalji jinkisbu mill-websajt tal-Istitut www.maltapfi.org/courses/
- Ġabra: Fil-ġabra li saret il-weekend li għaddiet bħala għajnuna lil Papa Franġisku fil-ħidma tiegħu, inġabret is-somma ta’ €1,700. Niringrazzjawkom tal-ġenerożita’ tagħkom.
- Applikazzjonijiet – Skejjel tal-Knisja: Il-ġimgħa li ġejja se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ subien fis-sitt sena primarja f’xi skejjel tal-knisja. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-kurja www.thechurchinmalta.org