- Adorazzjoni u Talb għall-Paċi u għall-Insara Ppersegwitati: Il-Ħadd 17’Awwissu 2014 wara l-quddiesa tas-7.00pm ser isir ħin ta’ adorazzjoni u talb għall-paċi fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex ningħaqdu flimkien bħala komunita’ biex nitolbu għall-Paċi u għall-Insara Ppersegwitati.
- Nhar il-Ġimgħa, Festa ta’ Marija Reġina, l-Isqfijiet qed iħeġġu lill-Insara Maltin sabiex jinġabru flimkien fis-7.00pm biex jingħad ir-Rużarju fil-bitħa tas-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieha.
- Festa ta’ San Ġiljan: Nhar is-Sibt, nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġimgħa tal-Festa. Fis-6.45pm il-vara ta’ San Ġiljan tal-Banda Spinola titlaq fuq dgħajsa mill-pont tal-Qaliet. Tkun ħaġa sabiħa li min għandu inġenji tal-baħar jakkumpanjawha dieħla lura sax-Xatt. Fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola. Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja. Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja.
- Quddiesa Solenni – Dun Paul Mizzi: Nhar il-Ħadd fis-7.00pm, ser issir l-Ewwel Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr tal-Qassis Novell Dun Paul Mizzi fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden għal din l-okkażjoni sabiħa.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali.
- Preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan: Dawk kollha li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom lil San Ġiljan fil-Quddiesa għall-familji fil-ġimgħa tal-festa huma mitluba jċemplu l-uffiċċju parrokkjali biex jagħtu d-dettalji tagħhom.
- Ktieb tal-Festa: Dawk kollha li ma rċevewx il-ktieb tal-Festa jistgħu jiġbru kopja mill-Book Centre.