- Festa ta’ S. Klara: Nhar it-Tnejn, is-Sorijiet Klarissi jistidnuna niċċelebraw magħhom il-Festa ta’ S. Klara fil-Monasteru tagħhom f’San Ġiljan. Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm.
- Festa ta’ Santa Marija: Nhar il-Ġimgħa niċċelebrawis-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema – dakinhar hemm l-obbligu tal-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun kif ġej: fil-Knisja Parrokkjali fit-8.00am, 9.30am, 11.00am u 7.00pm; fid-9.00am ikun hemm quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi. Lejliet il-Festa, il-Ħamis filgħaxija ikun hawn quddiesa fis-7.00pm.
- Ġabra għall-Festa: Il-weekend li ġej ser issir ġabra oħra għall-ispejjes tal-Parroċċa għall-Festa ta’ San Ġiljan.
- Preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan: Dawk kollha li jixtiequ jippreżentaw lit-tarbija tagħhom lil San Ġiljan fil-Quddiesa għall-familji fil-ġimgħa tal-festa huma mitluba jċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex jagħtu d-dettalji tagħhom.