- Festa ta’ San Ġiljan, il-Ħadd 31 t’Awwissu :
- Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
- Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan, immexxija minn Fr Paul Mizzi.
- Fil-11.00pm dħul tal-vara fil-Knisja.
- Uffiċċju Parrokkjali: L-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Settembru sa nhar l-Erbgħa 3 ta’ Settembru.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.
- Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali minn nhar il-Ħamis.
- Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 21 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru. Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.