It-Tnejn, 25 ta’ Awwissu 2014 Jum id-Dilettanti tal-Festa
Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li jġibu isem il-patrun San Ġiljan bis-sehem tas-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan, Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa.