Avviżi 6-7 ta’ Settembru 2014

  1. Festa Nazzjonali: Nhar it-Tnejn 8 ta’ Settembru hija l-Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija – Festa Nazzjonali.  Ħinijiet tal-quddies huma bħal fost il-ġimgħa.
  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 21 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
  1. Kors ta’ Kana:  Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
  1. Tiġdid ta’ Karti talIdentita’: L-Uffiċċju tal-Karti tal-Identita’ jixtieq javża li ser isir eżerċizzju ta’ tiġdid tal-Karta tal-Identita’ għar-residenti ta’ San Ġiljan fl-iskola primarja li tinsab St Clare College St Julian’s Primary, 98, Triq Lapsi. Dan ser isir bejn il-ġimgħa 5 ta’ Settembru u l-ġimgħa 3 ta’ Ottubru. Il-ħinijiet huma bejn it-3.00pm u t-8.00pm (mit-Tnejn sal-Ġimgħa) u s-Sibt bejn it-8.00am u s-2.00pm. Importanti li tieħdu l-Karta tal-Identita’ magħkom.

About the author

Ikkummenta